Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025D0704

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/704 tal-10 ta’ April 2025 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE u (UE) 2019/1310 (notifikata bid-dokument C(2025)2130)

C/2025/2130

ĠU L, 2025/704, 15.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/704/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/704/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/704

15.4.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/704

tal-10 ta’ April 2025

li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE u (UE) 2019/1310

(notifikata bid-dokument C(2025)2130)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (“il-UCPM”, Union Civil Protection Mechanism) għandu jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u jiffaċilita l-koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili sabiex itejjeb l-effettività tas-sistemi għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem.

(2)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE ġiet emendata biex issaħħaħ il-UCPM billi, fost affarijiet oħrajn, żiedet l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili (“ECPP”, European Civil Protection Pool) u stabbiliet ir-rescEU bħala riżerva ta’ kapaċitajiet tal-protezzjoni ċivili tal-Unjoni. Qabel dan, id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE (3), (UE) 2018/142 (4) u (UE) 2019/1310 (5) ġew adottati sabiex jipprovdu qafas għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE.

(3)

Sabiex jiġi implimentat kif xieraq il-qafas legali li jirriżulta mill-emenda tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, jenħtieġ li r-regoli ta’ implimentazzjoni jiġu aġġornati, b’mod partikolari biex jipprovdu definizzjonijiet u dispożizzjonijiet dwar it-timijiet ta’ assistenza teknika u appoġġ (“TAST”, technical assistance and support teams), it-Tim tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (“it-Tim tal-EUCP”, Union Civil Protection Team), inkluż ir-reġistrazzjoni tagħhom, kapaċitajiet oħrajn ta’ reazzjoni, kif ukoll biex jirreferu b’mod konsistenti għall-ECPP u r-rescEU, jaġġornaw ir-regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni u l-għoti tal-kapaċitajiet taħt il-UCPM, jipprevedu regoli ċari dwar is-Sostenn tan-Nazzjon Ospitanti, u proċedura simplifikata dwar it-talba u r-riċeviment tal-assistenza tal-Unjoni.

(4)

Sabiex jiġi ssimplifikat u ffaċilitat l-aċċess għad-dispożizzjonijiet li bħalissa huma inklużi f’żewġ Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni, dawn jenħtieġ li jingħaqdu f’att wieħed.

(5)

Is-Sistema Komuni ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (“is-CECIS”, Common Emergency Communication and Information System) hija element essenzjali tal-UCPM. Hija tiggarantixxi l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni skambjata bejn l-Istati Membri kemm f’kundizzjonijiet ta’ rutina kif ukoll f’emerġenzi. Jenħtieġ li tinżamm verżjoni separata tas-CECIS li tipprovdi aċċess għas-segretarjati tal-konvenzjonijiet reġjonali tal-baħar u għall-pajjiżi terzi li jikkondividu baċir tal-baħar reġjonali mal-Unjoni fid-dawl tar-rekwiżiti speċifiċi għar-reazzjoni għal inċidenti ta’ tniġġis tal-baħar.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività operazzjonali, jenħtieġ li jiġu ddeterminati rekwiżiti minimi għall-kapaċitajiet ta’ reazzjoni kif previsti fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Jenħtieġ li kapaċità ta’ reazzjoni tkun awtosuffiċjenti u indipendenti minn kwalunkwe appoġġ ipprovdut mill-pajjiż li jibbenefika mill-operazzjoni tagħha. Jenħtieġ li r-regoli dwar l-awtosuffiċjenza jippermettu li l-elementi meħtieġa għal operazzjoni awtosuffiċjenti jsir arranġament għalihom jew jiġu akkwistati fil-pajjiż li jirċievi l-assistenza.

(7)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta’ ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni sabiex jiġi kkonfermat li l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni fir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili (“ECPP”, European Civil Protection Pool) jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa.

(8)

Minħabba l-kumplessità u n-natura multikomponenti ta’ xi kapaċitajiet tar-rescEU u r-rekwiżiti tal-interoperabbiltà għall-komponenti tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni għall-kapaċitajiet tar-rescEU se tkun meħtieġa biss għal dawk il-kapaċitajiet identifikati mill-Kummissjoni. Il-kapaċitajiet li jeħtieġu ċertifikazzjoni se jiġu identifikati wara diskussjoni mal-esperti tal-Istati Membri fil-grupp ta’ esperti rilevanti tal-Kummissjoni. Abbażi ta’ din l-identifikazzjoni, il-kapaċitajiet rilevanti tar-rescEU jista’ jkollhom bżonn jgħaddu mill-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni bħal dawk fir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili. Peress li r-riżerva tar-rescEU sservi bħala l-aħħar alternattiva għal assistenza taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, ir-riżervi tar-rescEU li huma fil-proċess li jlestu ċ-ċertifikazzjoni tal-Unjoni xorta jistgħu jiġu stazzjonati, jekk ikun meħtieġ.

(9)

Jenħtieġ li l-kunċett ta’ impenn minn qabel tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni tal-ECPP jiġi ddefinit minħabba li, skont l-Artikolu 23(2) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, l-ammont ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-istazzjonament tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni taħt il-UCPM jiddependi fuq jekk il-kapaċitajiet ta’ reazzjoni jkunux impenjati minn qabel għall-ECPP.

(10)

Skont l-Artikolu 21(2), il-punt (c), tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, il-kapaċitajiet ta’ reazzjoni li jibbenefikaw mill-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għall-kostijiet ta’ adattament għandhom ikunu disponibbli bħala parti mill-ECPP għal perjodu minimu. Dan il-perjodu minimu għandu jkun marbut mal-finanzjament riċevut u għandu jkopri bejn 3 u 10 snin, u jibda mid-data ta’ disponibbiltà effettiva tal-kapaċità ta’ reazzjoni, għajr meta l-ħajja ekonomika tagħha tkun iqsar. Jenħtieġ li l-perjodu eżatt ta’ impenn jiġi speċifikat sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali.

(11)

Sabiex ir-riżultati tal-azzjonijiet meħuda taħt il-UCPM ikunu viżibbli għaċ-ċittadini, jenħtieġ li jiġu pprovduti arranġamenti xierqa ta’ viżibbiltà lill-ECPP u lill-kapaċitajiet ta’ reazzjoni tar-rescEU użati għall-operazzjonijiet ta’ reazzjoni.

(12)

F’konformità mal-Artikolu 12(5) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, li jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jinvolvu ruħhom fl-użu nazzjonali tal-kapaċitajiet tar-rescEU meta dawn ma jintużawx jew ma jkunux meħtieġa għal operazzjonijiet ta’ reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, jenħtieġ li l-Istati Membri li jospitaw kapaċitajiet tar-rescEU ta’ natura konsumabbli jitħallew jiddonaw dawk il-kapaċitajiet.

(13)

Tali possibbiltà għandha l-għan li tiżgura l-ġestjoni sostenibbli tar-riżervi tar-rescEU rigward il-kapaċitajiet li jistgħu jkunu mistennija li ma jintużawx għal operazzjonijiet ta’ reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili qabel l-iskadenza tal-ħajja operazzjonali tagħhom. Tali donazzjoni ta’ kapaċitajiet konsumabbli tippermetti użu ħafna aktar kosteffettiv. Dan jenħtieġ li jsir wara l-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni. F’koordinazzjoni mal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri li jospitaw il-kapaċitajiet tar-rescEU jitħallew jiddonaw dawk il-kapaċitajiet meta jkunu qrib l-iskadenza, biex jiġi żgurat li jintużaw.

(14)

Meta l-Istati Membri joffru assistenza, jenħtieġ li jiżguraw li l-assistenza offruta tkun ta’ kwalità xierqa u adattata għall-użu maħsub tagħha.

(15)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti għanijiet tal-kapaċità ta’ reazzjoni għall-ECPP. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta regolarment l-adegwatezza tagħhom abbażi tar-riskji identifikati fil-valutazzjonijiet nazzjonali tar-riskju u abbażi ta’ sorsi oħrajn ta’ informazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinżammu infurmati dwar il-progress li jkun sar biex jinkisbu l-għanijiet tal-kapaċità ta’ reazzjoni.

(16)

Il-programm ta’ Taħriġ, Eżerċizzji u Skambju ta’ Esperti tal-UCPM jibqa’ kruċjali għat-tħejjija tal-persunal tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tad-diżastri u tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni stazzjonati fil-kuntest tal-UCPM. F’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, jenħtieġ li l-programm ikopri l-fażijiet ta’ prevenzjoni, tħejjija u reazzjoni.

(17)

Sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza għad-diżastri fil-qasam tal-protezzjoni ċivili, jenħtieġ li t-tagħlimiet identifikati jiġu implimentati b’mod li jkun komprensiv u li jkopri ċ-ċiklu sħiħ tal-ġestjoni tad-diżastri tal-prevenzjoni, it-tħejjija, ir-reazzjoni u l-irkupru, u li jkun sostenibbli. Jenħtieġ għalhekk li jitqies l-impatt tat-tibdil fil-klima u tad-degradazzjoni ambjentali fuq ir-riskji ta’ diżastri. Jenħtieġ li l-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-impatt ambjentali tad-diżastri jagħtu attenzjoni partikolari lill-minimizzazzjoni tal-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili. Fil-qafas tal-UCPM, il-proċeduri operazzjonali ċari għar-reazzjoni għad-diżastri huma mod importanti biex tiġi żgurata assistenza effiċjenti f’każ ta’ diżastri, inkluż għall-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti msemmija fl-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

(18)

Sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva tal-assistenza, jenħtieġ li l-ERCC (Emergency Response Coordination Centre) jikkondividi l-valutazzjoni tiegħu tal-ħtiġijiet kritiċi u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu rigward l-istazzjonament tal-kapaċitajiet tal-UCPM mal-Istati Membri fil-forma ta’ dokumenti informattivi u analitiċi. Jenħtieġ li dawk il-valutazzjonijiet ikunu għall-użu intern u jkunu bbażati fuq il-Faċilità ta’ Konsulenza Teknika Xjentifika (“STAF”, Scientific Technical Assistance Facility), is-sistemi ta’ twissija bikrija eżistenti u sorsi disponibbli oħrajn ta’ data. Jenħtieġ li l-għażla tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni tkun ibbażata fuq kriterji speċifiċi u oġġettivi. Jenħtieġ li l-prijorità tal-kapaċitajiet speċifiċi tiġi vvalutata mill-ERCC fid-dawl tal-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet operazzjonali attwali. Minħabba r-rwol tal-ERCC fil-koordinazzjoni effettiva tal-assistenza, jenħtieġ li kemm l-Istati Membri li jipprovdu l-assistenza kif ukoll il-persunal li jopera l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni jżommu lill-ERCC infurmat regolarment dwar l-għoti ta’ assistenza.

(19)

Il-kapaċitajiet tar-rescEU huma disponibbli għal operazzjonijiet ta’ reazzjoni taħt il-UCPM. Wara talba għal assistenza skont l-Artikolu 15 jew l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, l-ERCC għandu jiddeċiedi dwar l-istazzjonament ta’ dik il-kapaċità, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru li jkun għamel it-talba u mal-Istat Membru li jkun is-sid tal-kapaċità tar-rescEU jew li jkun qed jużaha b’kiri jew b’lokazzjoni. Jenħtieġ li l-kriterji għal deċiżjonijiet ta’ stazzjonament kif ukoll għal proċeduri operatorji rilevanti jiġu stabbiliti sabiex jiġi żgurat proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet effettiv u trasparenti. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll kriterji għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-istazzjonament f’każ ta’ talbiet kunfliġġenti għall-użu tal-kapaċitajiet tar-rescEU.

(20)

Jenħtieġ li jkun possibbli li l-kapaċitajiet tar-rescEU jintużaw għal skopijiet nazzjonali meta ma jintużawx jew ma jkunux meħtieġa għal operazzjonijiet ta’ reazzjoni taħt il-UCPM. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli xierqa għal tali użu nazzjonali sabiex jiġi żgurat li l-kapaċitajiet tar-rescEU jkunu fuq riżerva u lesti għall-istazzjonament taħt il-UCPM fil-perjodu ta’ żmien stabbilit mir-rekwiżiti ta’ kwalità għal kull tip ta’ kapaċità tar-rescEU.

(21)

Skont l-Artikolu 12(10), it-tieni subparagrafu, tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, l-Istati Membri jistgħu, f’każijiet speċifiċi, jirrifjutaw li jistazzjonaw persunal li jopera kapaċitajiet tar-rescEU barra mill-Unjoni. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għal każijiet speċifiċi bħal dawn.

(22)

Skont l-Artikolu 8(1), il-punt (i), tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, għandhom jiġu stabbiliti regoli li jirregolaw is-sostenn tan-nazzjon ospitanti. Jenħtieġ li r-regoli jippermettu lill-istat li jipprovdi l-assistenza tal-protezzjoni ċivili u lill-istat li jirċeviha biex jaqblu li ma għandux jingħata s-sostenn tan-nazzjon ospitanti. Jenħtieġ li r-regoli jirrikjedu wkoll il-ħolqien ta’ punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-kollegament biex jiffaċilita l-għoti ta’ sostenn tan-nazzjon ospitanti, iżda jenħtieġ li ma jistipulawx li l-punt ta’ kuntatt għandu jiġi stabbilit jew b’mod permanenti jew għal kull emerġenza individwali. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli sabiex jippermettu l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-pożizzjonament minn qabel tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni.

(23)

Id-disponibbiltà tal-esperti tekniċi, ta’ koordinazzjoni u valutazzjoni u tal-mexxejja tat-timijiet u l-viċi mexxejja tat-timijiet tat-Tim tal-EUCP hija element importanti tal-UCPM. Jenħtieġ li jiġu speċifikati l-profili bil-kompiti u l-funzjonijiet tal-esperti u jenħtieġ li tiġi ddeterminata l-proċedura għall-istazzjonament tagħhom.

(24)

L-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE jistabbilixxi dispożizzjonijiet rigward l-appoġġ f’każ ta’ diżastru sabiex jiffaċilita reazzjoni rapida u effettiva bl-għajnuna tal-UCPM. Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit sett aktar simplifikat ta’ regoli u proċeduri għall-Istati Membri biex jitolbu appoġġ mill-Unjoni u għall-Kummissjoni biex timmaniġja tali talbiet.

(25)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jippermettu l-finanzjament tar-riżorsi loġistiċi u tat-trasport meħtieġa biex tiġi żgurata reazzjoni kkoordinata effettiva u effiċjenti għad-diżastri, f’konformità mal-Artikolu 23(4) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Din tista’ tieħu l-forma ta’ Ċentru Loġistiku tal-UCPM. Jenħtieġ li l-ħolqien ta’ Ċentru Loġistiku tal-UCPM jissodisfa l-ħtiġijiet identifikati mill-ERCC, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet operazzjonali tal-ERCC permezz tas-CECIS dwar is-sit taċ-Ċentru Loġistiku tal-UCPM u dwar regoli dettaljati relatati mal-għoti tal-assistenza f’każ ta’ diżastri kemm ġewwa kif ukoll barra mill-Unjoni.

(26)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jippermettu lill-ERCC jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ evakwazzjoni medika (medevac, medical evacuation), kemm ġewwa kif ukoll barra mill-Unjoni, ladarba ssir talba għal assistenza skont l-Artikolu 15 jew l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Jenħtieġ li r-regoli li jirregolaw l-assistenza tal-Unjoni jippermettu l-finanzjament ta’ operazzjonijiet medevac, inkluż azzjoni addizzjonali meħtieġa li tkun komplementari u ta’ appoġġ biex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni ta’ dik ir-reazzjoni bl-aktar mod effettiv, bħat-twaqqif ta’ ċentru.

(27)

Jenħtieġ li l-għotjiet fl-azzjonijiet ta’ reazzjoni mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti għall-iffaċilitar tal-aspetti operazzjonali u amministrattivi tal-assistenza tal-Unjoni skont l-Artikolu 22 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE jkunu jistgħu jieħdu l-forma ta’ għotjiet għal diversi azzjonijiet.

(28)

Jenħtieġ li jitħassru d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2014/762/UE u (UE) 2019/1310.

(29)

Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Protezzjoni Ċivili,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, fir-rigward ta’:

(a)

l-interazzjoni taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (“ERCC”, Emergency Response Coordination Centre) mal-punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri;

(b)

il-komponenti tas-Sistema Komuni ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (“is-CECIS”, Common Emergency Communication and Information System) u l-organizzazzjoni tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni permezz tas-CECIS;

(c)

l-identifikazzjoni ta’ esperti, moduli, kapaċitajiet oħrajn ta’ reazzjoni u timijiet ta’ assistenza teknika u appoġġ (“TAST”, technical assistance and support teams) impenjati għar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili (“ECPP”, European Civil Protection Pool)

(d)

ir-rekwiżiti tekniċi minimi għall-moduli u għat-TAST;

(e)

il-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni, ċertifikazzjoni mill-ġdid u reġistrazzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-ECPP u tar-rescEU;

(f)

l-identifikazzjoni ta’ lakuni fil-kapaċità ta’ rispons fl-ECPP u kif dawk il-lakuni għandhom jiġu indirizzati;

(g)

l-identifikazzjoni tal-għanijiet tal-kapaċità tal-ECPP;

(h)

l-organizzazzjoni tal-programmi ta’ taħriġ, eżerċizzji u skambju ta’ esperti;

(i)

l-identifikazzjoni u l-promozzjoni tal-programm tat-tagħlimiet misluta;

(j)

il-proċeduri operazzjonali għall-ECPP u r-rescEU biex jirrispondu għal diżastri ġewwa u barra mill-Unjoni u l-identifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti;

(k)

il-proċedura għall-istazzjonament ta’ Timijiet tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni Ċivili;

(l)

l-organizzazzjoni tal-assistenza tal-Unjoni f’azzjonijiet ta’ reazzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“min jitlob l-assistenza” tfisser Stat Membru jew pajjiż terz milqut minn diżastru jew diżastru imminenti jew li qed jistenna li se jintlaqat minn diżastru imminenti, in-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji tagħha u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn elenkati fl-Anness VI;

(2)

“assistenza tal-protezzjoni ċivili” tfisser esperti, moduli, kapaċitajiet oħrajn ta’ reazzjoni jew timijiet ta’ assistenza teknika u appoġġ maħsuba għall-protezzjoni ċivili, flimkien mat-tagħmir u l-assistenza in natura tagħhom, inkluż materjali jew provvisti ta’ sokkors meħtieġa biex jittaffew il-konsegwenzi immedjati ta’ diżastru;

(3)

“tim ta’ assistenza teknika u appoġġ” (“TAST”) tfisser ir-riżorsi umani u materjali assenjati minn Stat Membru wieħed jew aktar biex jiġu eżegwiti kompiti loġistiċi u ta’ appoġġ;

(4)

“Tim tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni Ċivili” (“Tim tal-EUCP”, European Union Civil Protection) tfisser tim magħmul minn esperti u, fejn meħtieġ, TAST, li jintgħażel u jiġi stazzjonat mill-ERCC skont termini ta’ referenza relatati ma’ talba għal għarfien espert dwar il-prevenzjoni jew it-tħejjija jew ma’ reazzjoni għal emerġenza fil-kuntest ta’ talba għal assistenza li tkun għaddejja;

(5)

“kapaċità oħra ta’ reazzjoni” tfisser jew arranġament awtosuffiċjenti, awtonomu, stazzjonabbli u definit minn qabel, xprunat mill-kompiti u mill-ħtiġijiet tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri jew tim operazzjonali mobbli tal-Istati Membri. Din tirrappreżenta taħlita ta’ mezzi umani u materjali li jistgħu jiġu kkaratterizzati f’termini tal-kapaċità tagħha ta’ intervent jew tal-kompitu(i) li hija kapaċi twettaq, li għalihom ma huma definiti l-ebda rekwiżiti tekniċi minimi. “Kapaċità oħra ta’ reazzjoni” tinkludi wkoll provvisti ta’ sokkors.

(6)

“ħajja operazzjonali” tfisser il-perjodu totali ta’ żmien li matulu kapaċità tista’ teknikament twettaq il-funzjoni tagħha f’konformità mar-rekwiżiti ta’ kwalità tagħha, filwaqt li jitqiesu l-komponenti tagħha;

(7)

“Kapaċità ta’ reazzjoni impenjata minn qabel għall-ECPP” tfisser kapaċità ta’ reazzjoni offruta minn Stat Membru għar-reġistrazzjoni fl-ECPP li għaliha l-Kummissjoni tkun innotifikat formalment lill-Istat Membru li qed jagħmel l-offerta li ċ-ċertifikazzjoni tkun tlestiet.

KAPITOLU 2

ĊENTRU TA’ KOORDINAZZJONI TAR-REAZZJONI F’KAŻ TA’ EMERĠENZA (“ERCC”, EMERGENCY RESPONSE COORDINATION CENTRE)

Artikolu 3

Interazzjoni tal-ERCC mal-punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri

1.   Kull Stat Membru għandu jinnomina punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-ERCC li jkun disponibbli 24 siegħa kuljum u 7 ijiem fil-ġimgħa. Id-deżinjazzjoni għandha ssir bl-użu tal-“formola tal-pajjiż” stabbilita fl-Anness I.

2.   L-ERCC għandu jżomm kuntatt mill-qrib mal-punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri bl-għan li jwettaq id-dmirijiet regolari tiegħu u l-operazzjonijiet ta’ reazzjoni previsti f’din id-Deċiżjoni u fid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

KAPITOLU 3

SISTEMA KOMUNI TA’ KOMUNIKAZZJONI U INFORMAZZJONI F’KAŻ TA’ EMERĠENZA (“CECIS”, COMMON EMERGENCY COMMUNICATION AND INFORMATION SYSTEM)

Artikolu 4

Saffi tas-CECIS

Is-CECIS għandha tinkludi t-tliet komponenti li ġejjin:

(a)

saff tan-network, li jgħaqqad l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta’ kuntatt fl-Istati Membri u l-ERCC;

(b)

saff tal-applikazzjoni, li jikkonsisti minn bażijiet tad-data u minn sistemi ta’ informazzjoni oħrajn meħtieġa għall-funzjonament tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u, b’mod partikolari, dawk meħtieġa biex:

(i)

jiġu kkomunikati n-notifiki;

(ii)

jiġu żgurati l-komunikazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-ERCC u l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta’ kuntatt;

(iii)

jiġu kkomunikati t-tagħlimiet identifikati mill-interventi kif ukoll id-dokumentazzjoni u l-proċeduri operazzjonali;

(c)

saff tas-sigurtà, li jikkonsisti minn sett ta’ sistemi, regoli u proċeduri meħtieġa biex jiġu żgurati l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data maħżuna fis-CECIS u skambjata permezz tagħha.

Artikolu 5

Sigurtà tal-informazzjoni

1.   Is-CECIS għandha tkun kapaċi timmaniġġja d-dokumenti, il-bażijiet tad-data u s-sistemi tal-informazzjoni b’mod sigur permezz tas-Servizzi Trans-Ewropej Sikuri tat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet (“sTESTA”, Secure Trans European Services for Telematics between Administrations) jew network komparabbli.

2.   Id-dokumenti u l-informazzjoni kklassifikati bħala “EU CONFIDENTIAL” jew ogħla, għandhom jiġu ttrażmessi skont l-arranġamenti speċjali bejn l-oriġinatur u r-riċevitur(i) stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 (6).

Artikolu 6

Informazzjoni u aġġornament

1.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw informazzjoni xierqa lill-Kummissjoni billi jużaw il-formola tal-pajjiż li tinsab fl-Anness I.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-punti ta’ kuntatt u, fejn meħtieġ, dwar servizzi oħrajn li jimmaniġġjaw diżastri naturali, teknoloġiċi, kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari u diżastri oħrajn ikkawżati mill-bniedem jew inċidenti ambjentali, inkluż it-tniġġis tal-baħar.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Il-bażi tad-data tas-CECIS għandu jkun fiha taqsima ddeżinjata b’informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni u d-disponibbiltà tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni fl-ECPP u fir-rescEU. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-punti ta’ kuntatt nazzjonali tal-protezzjoni ċivili jkollhom aċċess kontinwu.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-taqsima ddeżinjata fil-bażi tad-data tas-CECIS tkun dejjem aġġornata fir-rigward tal-istatus tad-disponibbiltà u d-data fattwali kollha meħtieġa dwar il-karatteristiċi rilevanti tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni kollha rreġistrati fl-ECPP.

6.   Fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu jagħtu aċċess għas-CECIS lil awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħrajn jew lil awtoritajiet kompetenti ddeżinjati.

Artikolu 7

Grupp ta’ utenti tas-CECIS

Grupp ta’ utenti magħmul minn rappreżentanti nominati mill-Istati Membri għandu jassisti lill-Kummissjoni fil-validazzjoni, l-ittestjar u l-iżvilupp ulterjuri tas-CECIS.

Artikolu 8

Implimentazzjoni u żvilupp ulterjuri

1.   Il-Kummissjoni għandha timmaniġġja u tkompli tiżviluppa s-CECIS, filwaqt li tqis il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-ambjent xieraq tat-teknoloġija tal-informazzjoni tas-CECIS fit-territorju tagħhom f’konformità mal-impenji meħuda billi jużaw il-“formola tal-pajjiż” li tinsab fl-Anness I.

Artikolu 9

CECIS għat-tniġġis tal-baħar

1.   Il-Kummissjoni tista’ tiżgura li applikazzjoni tas-CECIS speċjalizzata, aċċessibbli mill-Istati Membri u mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, tkun disponibbli għat-tniġġis tal-baħar sabiex tirrifletti r-rekwiżit speċifiku ta’ reazzjoni għal inċidenti marittimi.

2.   Dik l-applikazzjoni speċjalizzata tas-CECIS tista’ tkun miftuħa wkoll għal pajjiżi terzi li jikkondividu baċir tal-baħar reġjonali mal-Unjoni. L-aċċess jista’ jingħata wkoll mill-Kummissjoni fuq bażi ad hoc lis-segretarjati tal-konvenzjonijiet reġjonali tal-baħar rilevanti.

KAPITOLU 4

ESPERTI, MODULI, KAPAĊITAJIET OĦRAJN TA’ REAZZJONI U TIMIJIET TA’ ASSISTENZA TEKNIKA U APPOĠĠ (“TAST”, TECHNICAL ASSISTANCE AND SUPPORT TEAMS)

Artikolu 10

Reġistrazzjoni ta’ esperti, moduli, kapaċitajiet oħrajn ta’ reazzjoni u TAST

1.   L-Istati Membri għandhom jirreġistraw informazzjoni dwar l-esperti, il-moduli u l-kapaċitajiet l-oħrajn ta’ reazzjoni tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 9(6) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE fil-bażi tad-data tas-CECIS. Huma għandhom ukoll jirreġistraw it-TASTs tagħhom f’dik il-bażi tad-data.

2.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-akkuratezza tal-informazzjoni trażmessa għar-reġistrazzjoni.

3.   L-esperti, il-moduli, il-kapaċitajiet l-oħrajn ta’ reazzjoni u t-TAST impenjati minn qabel għall-ECPP għandhom jiġu rreġistrati fil-bażi tad-data tas-CECIS u jiġu identifikati bħala tali.

4.   L-Istati Membri għandhom jaġġornaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 kif meħtieġ.

Artikolu 11

Kompożizzjoni tat-Timijiet tal-EUCP, moduli, kapaċitajiet oħrajn ta’ reazzjoni u TAST

1.   It-Timijiet tal-EUCP, il-moduli, il-kapaċitajiet l-oħrajn ta’ reazzjoni u t-TAST jistgħu jkunu magħmula minn riżorsi pprovduti minn Stat Membru wieħed jew aktar.

2.   Meta modulu, kapaċità oħra ta’ reazzjoni jew TAST ikunu magħmula minn aktar minn komponent operazzjonali wieħed, l-istazzjonament tiegħu f’intervent jista’ jkun limitat għall-komponenti meħtieġa għal dak l-intervent.

Artikolu 12

Awtosuffiċjenza tal-moduli u kapaċitajiet oħrajn ta’ reazzjoni

1.   L-elementi ta’ awtosuffiċjenza li ġejjin għandhom ikunu meħtieġa għal kull modulu, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fir-rekwiżiti tekniċi minimi stabbiliti fl-Anness II, u għal kapaċitajiet oħrajn ta’ reazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-provvisti ta’ sokkors:

(a)

kenn xieraq għat-temp prevalenti;

(b)

fjuwil, ġenerazzjoni tal-enerġija u dawl li jkopru l-konsum tal-bażi tal-operazzjoni u tat-tagħmir meħtieġ biex titwettaq il-missjoni;

(c)

faċilitajiet sanitarji u iġjeniċi għall-persunal tal-modulu;

(d)

ikel u ilma għall-persunal tal-modulu;

(e)

persunal, faċilitajiet u provvisti mediċi jew paramediċi għall-persunal tal-modulu;

(f)

ħażna u manutenzjoni tat-tagħmir tal-modulu;

(g)

tagħmir għall-komunikazzjoni mas-sħab rilevanti, b’mod partikolari dawk inkarigati mill-koordinazzjoni fuq il-post;

(h)

trasport lokali, meta meħtieġ;

(i)

appoġġ, tagħmir u persunal loġistiċi li jippermettu li tiġi stabbilita bażi ta’ operazzjonijiet u li l-missjoni tibda mingħajr dewmien mal-wasla fuq il-post.

2.   Il-konformità mar-rekwiżiti ta’ awtosuffiċjenza għandha tkun żgurata mill-Istat Membru li qed jagħmel l-offerta b’wieħed jew aktar mill-modi li ġejjin:

(a)

billi jiġu inklużi l-persunal, it-tagħmir u l-oġġetti konsumabbli meħtieġa fil-modulu jew fil-kapaċità l-oħra ta’ reazzjoni;

(b)

billi jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa fuq il-post tal-operazzjonijiet;

(c)

billi jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa minn qabel ħalli jikkombinaw kapaċità ta’ reazzjoni mhux awtosuffiċjenti ma’ TAST sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 13 ta’ qabel ir-reġistrazzjoni tal-modulu kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 10(1).

3.   Il-perjodu li għalih għandha tiġi żgurata l-awtosuffiċjenza fil-bidu tal-missjoni ma għandux ikun iqsar minn wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

96 siegħa;

(b)

il-perjodi stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 13

Rekwiżiti għall-moduli, kapaċitajiet oħrajn ta’ reazzjoni u TAST

1.   Il-moduli u t-TAST għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi minimi stabbiliti fl-Anness II.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

il-moduli u l-kapaċitajiet l-oħrajn ta’ reazzjoni, għajr il-provvisti ta’ sokkors, jistgħu joperaw ma’ moduli oħrajn u kapaċitajiet oħrajn ta’ reazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-provvisti ta’ sokkors;

(b)

TAST jista’ jopera ma’ TAST ieħor u ma’ atturi rilevanti fuq il-post;

(c)

il-komponenti ta’ modulu jistgħu joperaw flimkien bħala modulu wieħed;

(d)

il-komponenti ta’ TAST jistgħu joperaw flimkien bħala TAST wieħed;

(e)

il-moduli, il-kapaċitajiet l-oħrajn ta’ reazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-provvisti ta’ sokkors, u TAST jistgħu joperaw b’kapaċitajiet internazzjonali ta’ reazzjoni għad-diżastri li jappoġġjaw lill-pajjiż milqut;

(f)

il-mexxejja tat-timijiet, il-viċi mexxejja tat-timijiet, l-uffiċjali ta’ kollegament tal-moduli, il-kapaċitajiet l-oħrajn ta’ reazzjoni, għajr il-provvisti ta’ sokkors, u TAST jipparteċipaw f’korsijiet u eżerċizzji ta’ taħriġ xierqa organizzati mill-Kummissjoni, kif stabbilit fil-Kapitolu 7.

KAPITOLU 5

Żvilupp tal-ECPP U tar-rescEU

Artikolu 14

Għanijiet tal-kapaċità tal-ECPP

1.   L-għanijiet tal-kapaċità tal-ECPP għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness III.

2.   F’kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-għanijiet tal-kapaċità tal-anqas kull sentejn u, jekk ikun meħtieġ, tirrevedihom abbażi tar-riskji identifikati fil-valutazzjonijiet nazzjonali tar-riskju jew f’sorsi ta’ informazzjoni nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali xierqa oħrajn.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni rilevanti dwar riskji meħtieġa għall-valutazzjoni tal-għanijiet tal-kapaċità fi żmien xieraq.

Artikolu 15

Proċedura ta’ ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni għall-kapaċitajiet tal-ECPP

1.   Il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni għandha tapplika għal moduli, kapaċitajiet oħrajn ta’ reazzjoni u TAST fl-ECPP, kif stabbilit fl-Anness V.

2.   Iċ-ċertifikazzjoni tal-moduli u tat-TAST għandha tkun soġġetta għall-issodisfar tar-rekwiżiti tekniċi minimi stabbiliti fl-Anness II.

3.   Meta tirċievi applikazzjoni għal ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni fl-ECPP, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-modulu, il-kapaċità l-oħra ta’ reazzjoni jew it-TAST inkwistjoni jistax jitqies għall-inklużjoni fl-ECPP, u għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tagħha lill-Istat Membru rilevanti mingħajr dewmien. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis, fejn meħtieġ, l-issodisfar tal-għanijiet tal-kapaċità, il-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta, il-prossimità ġeografika u l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri kollha, u fatturi rilevanti oħrajn li hija għandha tiddetermina minn qabel.

4.   Wara li taċċetta l-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni fl-ECPP, il-Kummissjoni għandha tibda l-proċedura ta’ ċertifikazzjoni għall-modulu, il-kapaċità l-oħra ta’ reazzjoni jew it-TAST abbażi tal-informazzjoni pprovduta u ta’ kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni tista’ titlob u tirċievi mill-Istat Membru rilevanti.

5.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika bil-miktub lill-Istat Membru rilevanti s-sejbiet intermedjarji u finali tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni.

6.   Jekk l-Istat Membru jerġa’ jimpenja ruħu għall-istess modulu ta’ reazzjoni, kapaċità oħra ta’ reazzjoni jew TAST fl-ECPP, iċ-ċertifikazzjoni ta’ dik il-kapaċità ta’ reazzjoni għandha tiġi vvalutata mill-ġdid mhux aktar tard minn 5 snin wara.

7.   Meta l-Kummissjoni tqis, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni jkunu ġew issodisfati, hija għandha tirreġistra l-modulu, il-kapaċità l-oħra ta’ reazzjoni jew it-TAST fl-ECPP.

8.   L-Istati Membri għandhom jirreġistraw il-kapaċità tal-ECPP fis-CECIS.

Artikolu 16

Proċedura ta’ ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni fl-ECPP għall-esperti

1.   Il-mexxejja tat-timijiet u l-viċi mexxejja tat-timijiet tat-Timijiet tal-EUCP għandhom jitqiesu bħala ċċertifikati u għandhom isiru eliġibbli għar-reġistrazzjoni fl-ECPP ladarba jkunu lestew, fejn meħtieġ, il-korsijiet u l-eżerċizzji rilevanti tal-Programm ta’ Taħriġ u Eżerċizzji tal-UCPM.

2.   L-Istati Membri għandhom jirreġistraw mexxejja tat-timijiet u viċi mexxejja tat-timijiet iċċertifikati tat-Timijiet tal-EUCP fl-ECPP wara li jibagħtu impenn bil-miktub lill-Kummissjoni.

3.   L-Istati Membri jistgħu jimpenjaw ruħhom u jirreġistraw għadd partikolari ta’ esperti ta’ koordinazzjoni u valutazzjoni u esperti tekniċi taħt profili partikolari, kif stabbilit fl-Anness IV.

4.   Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-konformità tal-esperti ta’ koordinazzjoni u valutazzjoni u tal-esperti tekniċi mal-profili rispettivi tagħhom man-nomina tagħhom għall-istazzjonament.

Artikolu 17

Proċedura ta’ ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni għall-kapaċitajiet tar-rescEU

1.   Flimkien mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-kapaċitajiet rilevanti tar-rescEU li għandhom jiġu ċċertifikati mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jiċċertifikaw il-kapaċitajiet tar-rescEU f’konformità mal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni stabbilita fl-Anness V, kif xieraq. Il-proċess ta’ ċertifikazzjoni għandu jqis, fejn rilevanti, in-natura b’diversi skopijiet tal-kapaċitajiet ikkonċernati tar-rescEU.

3.   Il-kapaċitajiet tar-rescEU li jkunu fil-proċess li jlestu l-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni jistgħu jiġu stazzjonati f’konformità mal-Artikolu 34.

4.   L-Istati Membri għandhom jirreġistraw il-kapaċitajiet tar-rescEU fis-CECIS.

Artikolu 18

Impenn fit-tul tal-kapaċitajiet tar-rescEU

1.   Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom ikunu disponibbli għall-istazzjonament skont l-Artikolu 34 matul il-ħajja operazzjonali kollha tagħhom, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mal-Kummissjoni jew ma jkunux ingħataw b’donazzjoni f’konformità mal-Artikolu 36.

2.   Soġġetti għad-disponibbiltà baġitarja, il-Kummissjoni u l-Istat Membru li qed jospita l-kapaċità għandhom jipprovdu r-riżorsi meħtieġa biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-istazzjonabbiltà tal-kapaċitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 19

Impenn għall-ECPP tal-kapaċitajiet li jirċievu finanzjament mill-Unjoni għal kostijiet ta’ adattament

1.   L-Istati Membri li qed jirċievu appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għal kostijiet ta’ adattament tal-kapaċitajiet f’konformità mal-Artikolu 21(2), il-punt (c), tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE għandhom jimpenjaw dawn il-kapaċitajiet għall-ECPP għall-perjodi minimi li ġejjin:

(a)

3 snin għal kapaċitajiet li jirċievu sa EUR 300 000 ta’ appoġġ finanzjarju tal-Unjoni;

(b)

5 snin għal kapaċitajiet li jirċievu minn EUR 300 001 sa EUR 1 000 000 ta’ appoġġ finanzjarju tal-Unjoni;

(c)

7 snin għal kapaċitajiet li jirċievu minn EUR 1 000 001 sa EUR 2 000 000 ta’ appoġġ finanzjarju tal-Unjoni;

(d)

10 snin għal kapaċitajiet li jirċievu aktar minn EUR 2 000 000 ta’ appoġġ finanzjarju tal-Unjoni.

2.   Meta l-ħajja operazzjonali ta’ kapaċità tkun iqsar mill-perjodu minimu msemmi fil-paragrafu 1, il-perjodu minimu għandu jkun twil daqs il-ħajja operazzjonali.

3.   Il-Kummissjoni tista’ taqbel, permezz tal-ERCC, li tirrinunzja għall-perjodu minimu msemmi fil-paragrafu 1 fir-rigward ta’ kapaċità speċifika meta dan ikun iġġustifikat kif xieraq minn Stat Membru li qed jirċievi l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni.

KAPITOLU 6

INDIRIZZAR TA’ LAKUNI FIL-KAPAĊITÀ TA’ REAZZJONI

Artikolu 20

Monitoraġġ tal-progress lejn l-għanijiet tal-kapaċità

1.   F’kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament il-progress li jkun sar fil-kisba tal-għanijiet tal-kapaċità, filwaqt li tqis il-kapaċitajiet identifikati skont l-Artikolu 22.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Istati Membri bil-valutazzjoni tagħha tal-progress li jkun sar fil-kisba tal-għanijiet tal-kapaċità.

Artikolu 21

Proċedura għall-identifikazzjoni ta’ lakuni fil-kapaċità ta’ reazzjoni fl-ECPP

1.   Bħala parti mill-monitoraġġ tal-progress li jkun sar fil-kisba tal-għanijiet tal-kapaċità, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tivvaluta d-differenza bejn il-kapaċitajiet irreġistrati tal-Istati Membri fl-ECPP u l-għanijiet tal-kapaċità stabbiliti fl-Anness III.

2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iqisu bħala l-kapaċitajiet impenjati minn qabel għall-ECPP dawk il-kapaċitajiet biss li għandhom impenn validu u li jkunu ġew iċċertifikati.

3.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar kwalunkwe lakuna li jifdal fil-kapaċità ta’ reazzjoni.

Artikolu 22

Proċedura għall-identifikazzjoni ta’ kapaċitajiet ta’ reazzjoni barra mill-ECPP

1.   Meta l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, tkun identifikat lakuni potenzjalment sinifikanti fil-kapaċità ta’ reazzjoni f’konformità mal-Artikolu 21 ta’ din id-Deċiżjoni, hija għandha, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, teżamina jekk il-kapaċitajiet meħtieġa humiex disponibbli barra mill-ECPP, f’konformità mal-Artikolu 12(2) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

2.   Il-Kummissjoni għandha tqis biss il-kapaċitajiet li ġejjin bħala disponibbli barra mill-ECPP:

(a)

il-kapaċitajiet irreġistrati fis-CECIS;

(b)

il-kapaċitajiet li ma humiex koperti mill-punt (a) iżda li jistgħu jsiru faċilment disponibbli għall-Istat Membru jew l-Istati Membri fil-kwantitajiet meħtieġa, fil-post meħtieġ, fil-perjodu ta’ żmien meħtieġ u għad-durata meħtieġa.

3.   Għall-fini li jiġu aċċertati l-kapaċitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), il-Kummissjoni għandha tindirizza talba lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali, filwaqt li tistabbilixxi d-dettalji tal-valutazzjoni ta’ lakuni potenzjalment sinifikanti fil-kapaċità ta’ reazzjoni u tistieden lill-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar kwalunkwe kapaċità disponibbli barra mill-ECPP kif imsemmi f’dak il-punt.

4.   Fit-talba tagħha skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi skadenza għat-tweġiba sa 60 jum kalendarju, skont il-kumplessità mistennija għall-Istati Membri biex jaċċertaw il-kapaċitajiet imsemmija fil-paragrafu 2.

5.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miktub sal-iskadenza bid-dettalji ta’ kwalunkwe kapaċità msemmija fil-paragrafu 2.

6.   Meta Stat Membru ma jweġibx bil-miktub qabel l-iskadenza, il-Kummissjoni għandha tassumi għall-fini tal-valutazzjoni tagħha li l-ebda kapaċità msemmija fil-paragrafu 2 ma hija disponibbli f’dak l-Istat Membru.

7.   Abbażi tal-informazzjoni riċevuta mill-Istati Membri u filwaqt li jitqiesu biss dawk il-kapaċitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dawk il-kapaċitajiet jimlewx il-lakuni fil-kapaċità ta’ reazzjoni identifikati f’konformità mal-Artikolu 21. Il-Kummissjoni għandha tqis il-lakuni fil-kapaċità bħala mimlijin biss meta l-għadd ikkombinat ta’ kapaċitajiet fl-ECPP u l-kapaċitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 ikun daqs l-għanijiet tal-kapaċità stabbiliti fl-Anness III jew jaqbiżhom.

Artikolu 23

Proċedura għall-indirizzar ta’ lakuni fil-kapaċità ta’ reazzjoni

1.   Meta l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri u f’konformità mal-Artikolu 21, tkun identifikat lakuni potenzjalment sinifikanti fil-kapaċità ta’ reazzjoni li ma jistgħux jiġu indirizzati f’konformità mal-Artikolu 22, hija għandha tinnotifika lill-Istati Membri bil-miktub, filwaqt li tagħti dettalji dwar dak li tqis li huma lakuni fil-kapaċità ta’ reazzjoni u tistedinhom jindirizzaw il-lakuni sinifikanti fil-kapaċità ta’ reazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk, meta u kif qed jippjanaw li jindirizzaw il-lakuni sinifikanti fil-kapaċità ta’ reazzjoni, jew individwalment jew f’kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn.

KAPITOLU 7

PROGRAMMI TA’ TAĦRIĠ, EŻERĊIZZJI U SKAMBJU TA’ ESPERTI

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet komuni dwar programmi ta’ taħriġ, eżerċizzji u skambju ta’ esperti

1.   Għandhom jiġu stabbiliti programm ta’ taħriġ, programm ta’ eżerċizzji u programm ta’ skambju ta’ esperti biex jissaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili u l-ġestjoni tad-diżastri fil-qafas tan-Network tal-Unjoni ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili stabbilit skont l-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

2.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-koordinazzjoni u l-organizzazzjoni tal-programmi msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, l-orjentazzjoni strateġika u l-prijoritajiet tal-programmi msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkollabora mill-qrib mal-Istati Membri permezz tal-grupp ta’ ħidma stabbilit skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1956 (7). Il-grupp ta’ ħidma jista’ jqis kwalunkwe Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni adottata f’konformità mal-Artikolu 6(5) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE u l-ħidma mwettqa mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri dwar il-bini ta’ xenarji f’konformità mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

4.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw koordinaturi nazzjonali tat-taħriġ bir-responsabbiltà li jikkoordinaw fil-livell nazzjonali l-identifikazzjoni u l-ġestjoni ta’ esperti u partijiet ikkonċernati li jipparteċipaw fil-programmi ta’ taħriġ, eżerċizzji u skambju ta’ esperti. Il-koordinaturi nazzjonali tat-taħriġ għandhom jaġixxu f’konsultazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali rilevanti u ma’ entitajiet oħrajn, kif xieraq.

5.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-programmi msemmija fil-paragrafu 1 u tiżgura li jkun hemm fis-seħħ sistema ta’ evalwazzjoni xierqa.

Artikolu 25

Karattru supplimentari tal-programm ta’ taħriġ

F’konformità mar-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri, kif stabbilit fl-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, li jipprovdu kapaċitajiet suffiċjenti lis-sistemi tagħhom ta’ ġestjoni tad-diżastri, il-programm ta’ taħriġ għandu jissupplimenta t-taħriġ għall-persunal tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tad-diżastri li jsir fil-livell nazzjonali xieraq.

Artikolu 26

Parteċipanti fil-programm ta’ taħriġ

1.   Il-parteċipanti fil-mira tal-programm ta’ taħriġ għandhom ikunu:

(a)

il-persunal tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tad-diżastri tal-Istati Membri involut direttament fl-operazzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli II, III, u IV tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE u l-persunal ta’ awtoritajiet jew entitajiet kompetenti nazzjonali jew reġjonali rilevanti b’funzjoni relatata mal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili;

(b)

il-persunal tal-Kummissjoni, b’mod partikolari l-uffiċjali ta’ kollegament tal-ERCC.

2.   Il-parteċipazzjoni fil-programm ta’ taħriġ għandha tkun miftuħa wkoll, kif xieraq, għal esperti magħżula:

(a)

minn istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-Unjoni;

(b)

min-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji tagħha;

(c)

mill-organizzazzjonijiet internazzjonali elenkati fl-Anness VI;

(d)

minn pajjiżi terzi;

(e)

minn entitajiet rilevanti oħrajn.

Artikolu 27

Kontenut, format u kurrikuli tal-korsijiet ta’ taħriġ

F’kooperazzjoni mal-grupp ta’ ħidma stabbilit skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1956, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kontenut, il-format u l-kurrikuli tal-korsijiet, inkluż ir-rekwiżiti tal-għażla u l-allokazzjoni tal-postijiet fil-korsijiet ta’ taħriġ.

Artikolu 28

Programm ta’ eżerċizzji

1.   Il-programm ta’ eżerċizzji għandu jikkonsisti minn:

(a)

eżerċizzji ta’ simulazzjoni tal-moduli u fuq il-post;

(b)

eżerċizzji fuq skala sħiħa;

(c)

tipi oħrajn ta’ eżerċizzji, ibbażati fuq ħtiġijiet identifikati.

Dawk l-eżerċizzji jistgħu jsiru barra mill-Unjoni.

2.   Il-programm ta’ eżerċizzji għandu jimmira b’mod partikolari li:

(a)

itejjeb il-livell ta’ tħejjija tas-sistemi tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tad-diżastri;

(b)

jiżgura r-reazzjoni effettiva u rapida tal-Istati Membri għad-diżastri, b’mod partikolari fir-rigward ta’ esperti, timijiet u assi oħrajn ipprovduti f’interventi ta’ assistenza taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili;

(c)

jivverifika u jtejjeb ir-rekwiżiti ta’ kwalità għall-istazzjonamenti taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, sabiex isaħħaħ il-koordinazzjoni tal-assistenza tal-protezzjoni ċivili;

(d)

isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-protezzjoni ċivili u servizzi rilevanti oħrajn tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni inkluż fit-twettiq ta’ eżerċizzji transfruntiera msemmija fl-Artikolu 20(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

(e)

jidentifika u jikkondividi t-tagħlimiet misluta;

(f)

jittestja l-implimentazzjoni tat-tagħlimiet misluta.

Artikolu 29

Programm ta’ skambju ta’ esperti

Il-programm ta’ skambju ta’ esperti għandu jappoġġja lill-persunal tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tad-diżastri biex:

(a)

jikseb u jikkondividi esperjenza speċifika u għarfien dirett;

(b)

isir familjari mat-tekniki u l-proċeduri operazzjonali;

(c)

jistudja approċċi segwiti minn servizzi u istituzzjonijiet parteċipanti oħrajn ta’ emerġenza;

(d)

jattendi u jislet tagħlimiet bħala osservatur f’eżerċizzji ta’ simulazzjoni fi Stati Membri oħrajn;

(e)

jattendi korsijiet ħalli jikseb għarfien espert speċifiku li ma huwiex disponibbli fl-organizzazzjoni tal-oriġini tiegħu.

Artikolu 30

Parteċipanti fil-programm ta’ skambju ta’ esperti

Il-programm ta’ skambju ta’ esperti għandu jkun miftuħ għal entitajiet, esperti u voluntiera tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tad-diżastri tal-Istati Membri, kif ukoll għal dawk minn pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali tal-UE u minn pajjiżi tal-Viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar.

KAPITOLU 8

IDENTIFIKAZZJONI TAT-TAGĦLIMIET

Artikolu 31

Monitoraġġ, analiżi u evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkondividu d-data, l-informazzjoni u l-valutazzjonijiet rilevanti meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-azzjonijiet kollha tal-protezzjoni ċivili fi ħdan il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili sabiex jiġu identifikati t-tagħlimiet, inkluż il-prattiċi tajbin u l-oqsma għal titjib.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-identifikazzjoni tat-tagħlimiet mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż billi torganizza laqgħat fil-qafas tan-Network tal-Unjoni ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili stabbilit f’konformità mal-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

Artikolu 32

Promozzjoni tal-implimentazzjoni tat-tagħlimiet

1.   Flimkien mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tippromwovi l-implimentazzjoni tat-tagħlimiet identifikati.

2.   It-tagħlimiet identifikati għandhom jitqiesu fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet għall-iżvilupp ulterjuri tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u l-istabbiliment tal-prijoritajiet ta’:

(a)

il-programm ta’ taħriġ previst fl-Artikolu 25, inkluż, fejn xieraq, il-kontenut u l-kurrikuli tal-korsijiet ta’ taħriġ, u l-programm ta’ eżerċizzji previst fl-Artikolu 28;

(b)

is-sejħiet għal proġetti ta’ prevenzjoni u tħejjija;

(c)

l-attivitajiet ta’ ppjanar imsemmija fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

KAPITOLU 9

PROĊEDURI OPERAZZJONALI GĦAR-REAZZJONI GĦAD-DIŻASTRI

Artikolu 33

Talbiet għal assistenza u reazzjoni

1.   Meta jseħħ diżastru jew dan ikun imminenti fi ħdan l-Unjoni, u meta jirċievi talba għal assistenza permezz tas-CECIS, l-ERCC għandu jwettaq l-azzjonijiet previsti fl-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE kif xieraq u mingħajr dewmien.

2.   Meta jseħħ diżastru jew dan ikun imminenti barra mill-Unjoni, u jaf tkun meħtieġa l-assistenza tal-protezzjoni ċivili, il-Kummissjoni tista’ tinforma lill-pajjiż terz ikkonċernat kif jista’ jitlob għal assistenza taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.

3.   Stat Membru jew pajjiż terz milqut minn diżastru jew mhedded minn diżastru imminenti li jkun jixtieq jitlob għal assistenza permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, għandu jindirizza talba bil-miktub għal assistenza tal-protezzjoni ċivili lill-ERCC permezz tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tiegħu. Pajjiż terz jista’ jitlob ukoll għal assistenza permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili billi jindirizza talba bil-miktub għal assistenza tal-protezzjoni ċivili lill-ERCC permezz tan-Nazzjonijiet Uniti, l-aġenziji tagħha, jew kwalunkwe waħda mill-organizzazzjonijiet internazzjonali speċifikati fl-Anness VI.

4.   Stat Membru milqut minn diżastru jew mhedded minn diżastru imminenti jista’ jitlob rapporti xjentifiċi ta’ emerġenza mħejjija taħt il-Faċilità ta’ Assistenza Teknika Xjentifika (“STAF”, Scientific and Technical Advisory Facility) mill-ERCC.

5.   Min jitlob l-assistenza għandu jinforma lill-ERCC dwar il-perjodu ta’ żmien, il-punt tad-dħul, u l-lokalità għall-assistenza li qed tintalab, u l-punt ta’ kuntatt operazzjonali fuq il-post li jkun qed jimmaniġja d-diżastru u l-arranġamenti ta’ appoġġ tan-nazzjon ospitanti.

6.   Il-Kummissjoni tista’ tieħu azzjoni addizzjonali meħtieġa li tkun ta’ appoġġ u komplementari sabiex tiżgura l-konsistenza u l-effiċjenza fl-għoti tal-assistenza u tiffaċilita l-koordinazzjoni tar-reazzjoni.

7.   Sa fejn ikun possibbli, il-Kummissjoni tista’ tħejji dokument informattiv u analitiku qabel diżastru imminenti jew immedjatament wara, u b’hekk tkun qed tikkontribwixxi għal għarfien komprensiv tas-sitwazzjoni. Dak id-dokument informattiv u analitiku għandu jkun ibbażat, inter alia, fuq l-iSTAF u fuq sistemi eżistenti ta’ twissija bikrija.

8.   Il-kriterji li ġejjin, li l-prijoritizzazzjoni tagħhom tista’ tiddependi fuq in-natura speċifika tat-talba għal assistenza, għandhom jitqiesu fl-għażla minn fost il-kapaċitajiet fl-ECPP:

(a)

is-sitwazzjoni operazzjonali fl-Istati Membri u r-riskji potenzjali ta’ diżastri;

(b)

kemm il-kapaċitajiet ikunu xierqa u adegwati biex jirreaġixxu għad-diżastru;

(c)

il-post ġeografiku tal-kapaċitajiet, inkluż il-ħinijiet u l-kostijiet stmati tat-trasport lejn iż-żona milquta;

(d)

kriterji rilevanti oħrajn, inkluż is-sostenibbiltà, l-esperjenza preċedenti u l-użu tal-kapaċitajiet.

9.   Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mal-Istati Membri, l-ERCC ma għandux jitlob lil Stati Membri jistazzjonaw kapaċitajiet speċifiċi mill-ECPP f’żoni ta’ kunflitt armat jew fejn hemm theddida ta’ dan, jew f’kundizzjonijiet oħrajn fejn is-sikurezza u s-sigurtà tal-kapaċità inkwistjoni u l-persunal tagħha jkunu f’riskju.

10.   F’konformità mal-Artikolu 11(7) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, l-Istati Membri li jkunu ntalbu jistazzjonaw kapaċitajiet mill-ECPP għandhom jikkomunikaw id-deċiżjoni aħħarija tagħhom dwar l-istazzjonament lill-ERCC. L-ERCC għandu jispeċifika skadenza għall-Istat Membru biex iwieġeb għat-talba tal-istazzjonament.

11.   Min jitlob l-assistenza għandu jinforma lill-ERCC dwar liema offerti ta’ assistenza jkun aċċetta. L-ERCC għandu jinforma lill-Istati Membri dwar l-offerti aċċettati.

12.   L-Istati Membri li jipprovdu assistenza għandhom iżommu lill-ERCC infurmat regolarment dwar il-kapaċitajiet ta’ reazzjoni mibgħuta, inkluż il-kapaċitajiet kollha li huma parti mill-ECPP.

13.   Il-Kummissjoni tista’ tagħżel, taħtar u tibgħat Tim tal-EUCP għal appoġġ fuq il-post f’konformità mal-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

Artikolu 34

Kriterji għal deċiżjonijiet ta’ stazzjonament dwar il-kapaċitajiet tar-rescEU

1.   Malli jirċievi talba għal assistenza, l-ERCC għandu jivvaluta jekk il-kapaċitajiet eżistenti offruti mill-Istati Membri permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u l-kapaċitajiet impenjati minn qabel għall-ECPP humiex biżżejjed biex tiġi żgurata reazzjoni effettiva għal dik it-talba. Meta ma tkunx tista’ tiġi żgurata reazzjoni effettiva, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz tal-ERCC, dwar l-istazzjonament tar-riżervi tar-rescEU f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12(6) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

2.   Id-deċiżjoni biex jiġu stazzjonati r-riżervi tar-rescEU għandha tqis il-kriterji speċifiċi li ġejjin:

(a)

is-sitwazzjoni operazzjonali fl-Istati Membri u r-riskji potenzjali ta’ diżastri;

(b)

kemm ir-riżervi tar-rescEU jkunu xierqa u adegwati biex jirreaġixxu għad-diżastru;

(c)

il-post ġeografiku tar-riżervi tar-rescEU, inkluż il-ħinijiet u l-kostijiet stmati tat-trasport lejn iż-żona milquta;

(d)

kriterji rilevanti oħrajn inkluż is-sostenibbiltà, l-esperjenza preċedenti u l-użu tar-riżervi.

3.   Fil-każ ta’ talbiet kunfliġġenti għal assistenza, il-kriterji addizzjonali li ġejjin għandhom jitqiesu fid-deċiżjoni dwar fejn għandhom jiġu stazzjonati r-riżervi tar-rescEU:

(a)

ir-riskji pproġettati għall-ħajjiet tal-bnedmin;

(b)

ir-riskji pproġettati għal infrastruttura kritika u għal entitajiet kritiċi kif definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2022/2557, irrispettivament minn jekk dawn jinsabux ġewwa jew barra mill-Unjoni;

(c)

l-impatt ipproġettat tad-diżastri, inkluż l-impatt ambjentali;

(d)

il-ħtiġijiet identifikati mill-ERCC;

(e)

ir-riskju potenzjali li d-diżastri jinfirxu;

(f)

l-effetti soċjoekonomiċi;

(g)

l-invokazzjoni tal-klawżola ta’ solidarjetà skont l-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

(h)

fatturi operazzjonali rilevanti oħrajn.

Artikolu 35

Użu nazzjonali tal-kapaċitajiet tar-rescEU

1.   L-Istati Membri li jużaw il-kapaċitajiet tar-rescEU għal skopijiet nazzjonali għandhom jiżguraw:

(a)

id-disponibbiltà u l-prontezza tagħhom għal operazzjonijiet taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili fil-perjodu ta’ żmien previst fir-rekwiżiti ta’ kwalità rilevanti, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mal-Kummissjoni;

(b)

it-trattament ugwali tal-kapaċitajiet tar-rescEU u ta’ kapaċitajiet nazzjonali oħrajn fir-rigward tal-manutenzjoni adegwata, il-ħżin, l-assigurazzjoni, il-persunal, u attivitajiet rilevanti oħrajn ta’ ġestjoni u manutenzjoni;

(c)

it-tiswija rapida f’każ ta’ ħsara.

2.   Permezz tal-ERCC, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-użu nazzjonali tal-kapaċitajiet tar-rescEU u jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni wara li jkunu użawhom.

3.   Meta l-użu nazzjonali tal-kapaċitajiet tar-rescEU jkollu impatt fuq id-disponibbiltà kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), l-Istati Membri għandhom jiksbu l-kunsens tal-Kummissjoni qabel l-istazzjonament permezz tal-ERCC.

4.   Meta l-kapaċitajiet tar-rescEU inkwistjoni jkunu meħtieġa għal operazzjonijiet ta’ reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, l-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà tagħhom fl-iqsar żmien possibbli.

Artikolu 36

Donazzjonijiet tar-rescEU

L-Istati Membri li jospitaw kapaċitajiet tar-rescEU ta’ natura konsumabbli jistgħu jiddonaw dawn il-kapaċitajiet bi qbil mal-Kummissjoni u wara li jkunu kisbu l-kunsens tagħha.

Il-kunsens tal-Kummissjoni biex kapaċitajiet tar-rescEU ta’ natura konsumabbli jingħataw b’donazzjoni għandu jqis b’mod partikolari l-kriterji li ġejjin:

(a)

il-ħtiġijiet operazzjonali tal-attivazzjonijiet li għaddejjin taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili;

(b)

il-ħajja operazzjonali u d-data ta’ skadenza tal-kapaċità;

(c)

l-eliġibbiltà tar-riċevitur tad-donazzjoni biex jirċievi d-donazzjoni;

(d)

il-ħtiġijiet tar-riċevitur tad-donazzjoni;

(e)

il-kapaċità tar-riċevitur tad-donazzjoni li jirċievi u jimmaniġġja l-kapaċità kkonċernata.

Artikolu 37

Rifjut li jiġi stazzjonat persunal barra mill-Unjoni

1.   Meta tittieħed deċiżjoni biex jiġu stazzjonati l-kapaċitajiet tar-rescEU barra mill-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 12(10) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jistazzjonaw il-persunal tagħhom fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-Istat Membru u l-pajjiż terz li qed jagħmel it-talba jkunu nqatgħu;

(b)

meta kunflitt armat, it-theddida tiegħu jew raġunijiet oħrajn ugwalment serji jwasslu biex is-sikurezza u s-sigurtà tal-persunal jitpoġġew f’riskju u jipprevjenu lill-Istat Membru rilevanti milli jaqdi d-dmir tiegħu ta’ diliġenza.

2.   Stat Membru li jirrifjuta li jistazzjona l-persunal tiegħu għandu jinforma minnufih lill-ERCC u jipprovdilu ġustifikazzjoni motivata.

Artikolu 38

Arranġamenti ta’ viżibbiltà għall-użu tal-kapaċitajiet tal-ECPP u tar-rescEU

Meta l-kapaċitajiet tal-ECPP u tar-rescEU jintużaw għal operazzjonijiet ta’ reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, l-Istat Membru li qed jospita l-kapaċità tal-ECPP jew tar-rescEU u l-Istat Membru li qed jitlob l-assistenza għandhom jipprovdu viżibbiltà xierqa lill-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 20, il-punt (a), tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

Artikolu 39

Missjonijiet tal-esperti

1.   L-esperti msemmija fl-Artikolu 47 għandhom jagħmlu lilhom infushom disponibbli għal missjonijiet, qabel in-nomina tagħhom f’konformità mal-Artikolu 51.

2.   L-esperti mibgħuta għandhom iwettqu l-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 8(1), il-punt (d), tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Huma għandhom jirrapportaw regolarment lil min jitlob l-assistenza u lill-ERCC.

3.   L-ERCC għandu jżomm lill-Istati Membri infurmati dwar il-progress tal-missjoni tal-esperti.

4.   Min jitlob l-assistenza għandu jinforma lill-ERCC fuq bażi regolari dwar l-evoluzzjoni tal-attivitajiet li jkunu għaddejjin fuq il-post.

5.   L-ERCC għandu jikkompila l-informazzjoni kollha li jkun irċieva u jqassamha lill-punti ta’ kuntatt u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Artikolu 40

Diżimpenn operazzjonali tal-kapaċitajiet

1.   L-Istat Membru li jkun għamel it-talba jew kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri li qed jipprovdi assistenza għandu jinforma lill-ERCC u lill-esperti mibgħuta u lill-kapaċitajiet ta’ reazzjoni malajr kemm jista’ jkun jekk iqis li l-assistenza tiegħu ma tkunx għadha aktar meħtieġa jew ma tkunx tista tiġi pprovduta aktar. Id-diżimpenn effettiv għandu jiġi organizzat b’mod xieraq minn min jitlob l-assistenza u mill-Istati Membri. L-ERCC għandu jinżamm infurmat b’dan.

2.   F’pajjiżi terzi, wara konsultazzjonijiet xierqa ma’ min jitlob l-assistenza, il-mexxej tat-tim tat-Tim tal-EUCP għandu jirrapporta lill-ERCC malajr kemm jista’ jkun jekk iqis li l-assistenza ma għadhiex aktar meħtieġa jew ma tistax tiġi pprovduta aktar. L-ERCC għandu jibgħat dik l-informazzjoni lid-delegazzjoni tal-Unjoni fil-pajjiż terz ikkonċernat u lis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Istati Membri. F’koordinazzjoni ma’ min jitlob l-assistenza, l-ERCC għandu jiżgura d-diżimpenn effettiv tal-esperti mibgħuta u tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni.

Artikolu 41

Kriterji għal deċiżjonijiet ta’ diżimpenn dwar il- kapaċitajiet tar-rescEU

1.   Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu ddiżimpenjati fil-każijiet li ġejjin:

(a)

mal-wasla ta’ notifika ta’ qabel l-għeluq fis-CECIS;

(b)

meta jkun hemm ħtieġa operazzjonali akbar għall-kapaċità xi mkien ieħor jew il-ħtiġijiet fuq il-post ma jibqgħux jiġġustifikaw l-użu tagħha;

(c)

meta sseħħ waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) waqt li tkun għaddejja operazzjoni.

2.   Id-deċiżjoni biex tiġi ddiżimpenjata kapaċità tar-rescEU għandha tittieħed mill-Kummissjoni permezz tal-ERCC. Id-deċiżjoni għandha tittieħed f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru li qed jospita l-kapaċità tar-rescEU u ma’ min talab l-assistenza kif ukoll ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, fejn xieraq.

3.   Għall-finijiet li tieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha, fost affarijiet oħrajn, tqis il-kriterji elenkati fl-Artikolu 34(2) u (3).

Artikolu 42

Rapportar u identifikazzjoni tat-tagħlimiet

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ min jitlob l-assistenza u tal-Istati Membri li jkunu pprovdew l-assistenza, kif ukoll l-esperti mibgħuta, għandu jkollhom l-opportunità li jippreżentaw il-konklużjonijiet tagħhom dwar l-aspetti kollha tal-intervent lill-ERCC. L-ERCC għandu jħejji rapport ta’ sinteżi dwar l-assistenza pprovduta u kwalunkwe tagħlima rilevanti identifikata.

2.   Minbarra l-Artikoli 31 u 32, l-ERCC għandu jimmonitorja u jippromwovi flimkien mal-Istati Membri l-implimentazzjoni tat-tagħlimiet identifikati sabiex itejjeb l-interventi ta’ assistenza taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.

Artikolu 43

Kostijiet ta’ assistenza

1.   Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, min jitlob l-assistenza għandu jħallas il-kostijiet tal-assistenza pprovduta mill-Istati Membri.

2.   Kwalunkwe Stat Membru li jipprovdi assistenza jista’, filwaqt li jqis b’mod partikolari n-natura tad-diżastru u l-firxa ta’ kwalunkwe ħsara, joffri l-assistenza tiegħu kompletament jew parzjalment mingħajr ħlas. Dak l-Istat Membru jista’ wkoll fi kwalunkwe ħin jirrinunzja r-rimborż kollu tal-kostijiet tiegħu jew parti minnu.

Artikolu 44

Kostijiet operazzjonali

1.   Il-kostijiet operazzjonali msemmija fl-Artikolu 23(2), (4b) u (4c) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE għandhom jinkludu l-kostijiet kollha biex titħaddem kapaċità matul operazzjoni. Tali kostijiet jistgħu jinkludu kostijiet relatati mal-persunal, it-trasport internazzjonali u lokali, il-loġistika, l-oġġetti konsumabbli u l-provvisti, il-manutenzjoni, kif ukoll kostijiet oħrajn meħtieġa biex jiġi żgurat l-użu effettiv ta’ tali kapaċitajiet.

2.   Il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ tal-Unjoni meta dawn ikunu koperti skont l-Artikolu 45 ta’ din id-Deċiżjoni jew skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/570 (9), jew meta jkunu ffinanzjati permezz ta’ strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni.

3.   Il-proċeduri previsti fl-Artikolu 54 biex tintalab assistenza mill-Unjoni għandhom japplikaw ukoll għal talbiet għal assistenza finanzjarja għal kostijiet operazzjonali.

Artikolu 45

Sostenn tan-nazzjon ospitanti

1.   Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor u għad-durata tal-intervent taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, min jitlob l-assistenza għandu jiffaċilita l-forniment tal-ikel, l-akkomodazzjoni u t-trasport lokali għat-timijiet ta’ assistenza u jimla mill-ġdid u mingħajr ħlas ir-rifornimenti, il-fjuwil u l-provvisti.

2.   L-Istati Membri għandhom jaħtru punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-kollegament bil-kompitu li jiffaċilita s-sostenn tan-nazzjon ospitanti u jinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deżinjazzjoni. Jekk punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-kollegament jiġi ddeżinjat għal emerġenza individwali, dik l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata mat-talba għal assistenza.

3.   Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE, il-Kummissjoni tista’ tikkofinanzja l-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 46

Kumpens għal dannu

1.   L-Istati Membri li jitolbu assistenza jew li jirċievu donazzjoni skont l-Artikolu 36 għandhom joqogħdu lura milli jagħmlu kwalunkwe talba għal kumpens minn Stati Membri oħrajn għal dannu kkawżat bħala konsegwenza ta’ intervent ta’ assistenza pprovdut taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili jew bħala konsegwenza ta’ donazzjoni skont l-Artikolu 36, sakemm ma jiġix ippruvat li dan huwa r-riżultat ta’ intenzjoni jew negliġenza serja.

2.   L-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jressqu kwalunkwe talba kontra l-Kummissjoni għal danni li jirriżultaw minn interventi ta’ assistenza pprovduti taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili jew għal konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ stazzjonament, demobilizzazzjoni jew diżimpenn jew donazzjoni skont l-Artikolu 36 tal-kapaċitajiet tar-rescEU pprovduti taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u din id-Deċiżjoni, sakemm ma jiġix ippruvat li dawn huma r-riżultat ta’ intenzjoni jew negliġenza serja.

3.   Fil-każ ta’ dannu mġarrab minn partijiet terzi bħala riżultat ta’ interventi ta’ assistenza, l-Istati Membri li jitolbu assistenza jew li jirċievu donazzjoni skont l-Artikolu 36 u l-Istat Membru li jipprovdi assistenza jew donazzjoni skont l-Artikolu 36 għandhom jikkooperaw biex jiffaċilitaw il-kumpens ta’ tali dannu f’konformità mal-liġijiet applikabbli u l-oqfsa rilevanti.

KAPITOLU 10

PROĊESS TA’ STAZZJONAMENT TA’ ESPERTI

Artikolu 47

Kategoriji ta’ esperti

L-Istati Membri għandhom jikklassifikaw l-esperti fil-kategoriji li ġejjin:

(a)

mexxejja tat-timijiet u viċi mexxejja tat-timijiet;

(b)

esperti ta’ koordinazzjoni u valutazzjoni dwar il-ġestjoni tal-informazzjoni, l-operazzjonijiet, is-sikurezza u s-sigurtà, u l-loġistika;

(c)

esperti tekniċi.

Artikolu 48

Kompiti u funzjonijiet

1.   Il-mexxej tat-tim u l-viċi mexxej tat-tim għandhom ikunu responsabbli għat-tmexxija tat-Tim tal-EUCP matul missjoni. Il-mexxej tat-tim għandu jkun responsabbli biex jikkuntattja l-awtoritajiet tal-pajjiż milqut, l-ERCC, l-organizzazzjonijiet internazzjonali l-oħrajn u, fil-każ ta’ kwalunkwe intervent ta’ assistenza taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili barra mill-Istati Membri, id-delegazzjoni tal-Unjoni f’dak il-pajjiż.

2.   L-esperti tekniċi għandhom ikunu jistgħu jipprovdu pariri dwar suġġetti speċifiċi tekniċi ħafna u dwar ir-riskji involuti.

3.   L-esperti ta’ koordinazzjoni u valutazzjoni għandhom ikunu jistgħu jipprovdu valutazzjoni tal-ħtiġijiet tas-sitwazzjoni u jagħtu pariri dwar l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed.

4.   L-esperti mibgħuta fuq missjonijiet ta’ tħejjija jistgħu jingħataw mandat mill-Kummissjoni, bi qbil mal-Istat Membru li jinnominahom, biex iwettqu kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 47 u għandhom ikunu jistgħu jipprovdu pariri u jirrapportaw dwar miżuri adegwati ta’ tħejjija, inkluż il-kapaċità amministrattiva, il-ħtiġijiet ta’ twissija bikrija, it-taħriġ, l-eżerċizzji u s-sensibilizzazzjoni.

5.   L-esperti mibgħuta fuq missjonijiet ta’ prevenzjoni jistgħu jingħataw mandat mill-Kummissjoni, bi qbil mal-Istat Membru li jinnominahom, biex iwettqu kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 47 u għandhom ikunu jistgħu jipprovdu pariri u jirrapportaw dwar miżuri adegwati ta’ prevenzjoni u l-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju.

6.   L-uffiċjali ta’ kollegament tal-ERCC mibgħuta mill-Kummissjoni għandhom jiġu integrati bis-sħiħ fit-Tim tal-EUCP.

7.   Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tintegra esperti oħrajn mibgħuta minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti fit-Tim tal-EUCP.

Artikolu 49

Bażi tad-data tal-esperti

1.   L-informazzjoni dwar l-esperti għandha tiġi kkompilata mill-Kummissjoni f’bażi tad-data tal-esperti u tkun disponibbli permezz tas-CECIS.

2.   L-esperti inklużi fl-ECPP għandhom jiġu identifikati speċifikament fil-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 50

Rekwiżiti tat-taħriġ u tal-eżerċizzji

Fejn meħtieġ, l-esperti għandhom isegwu l-programm ta’ taħriġ u jipparteċipaw fl-eżerċizzji f’konformità mal-Artikolu 24.

Artikolu 51

Nomina

Fil-każ ta’ talba għal assistenza, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jinnominaw l-esperti disponibbli u biex jikkondividu d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom mal-ERCC.

Artikolu 52

Stazzjonament ta’ esperti, Timijiet tal-EUCP u TAST

1.   L-ERCC għandu jimmobilizza u jibgħat l-esperti u t-TAST magħżula fi żmien qasir ħafna ladarba jkunu ġew innominati għall-missjoni speċifika mill-Istati Membri.

2.   Il-kostijiet biex jintbagħtu l-esperti individwali, it-Timijiet tal-EUCP u t-TASTs għandhom jiġu mmaniġġjati f’konformità mal-Artikolu 22, il-punt (a), tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

3.   F’każijiet fejn jitfassal ftehim dwar is-servizz, dan għandu jkopri l-elementi li ġejjin:

(a)

l-objettivi tal-missjoni;

(b)

it-termini ta’ referenza;

(c)

prinċipji tal-etika u tal-kondotta;

(d)

id-durata prevista tal-missjoni;

(e)

informazzjoni dwar il-persuna ta’ kuntatt lokali;

(f)

il-kundizzjonijiet tal-kopertura tal-assigurazzjoni;

(g)

il-gratifika għal kull jum biex jitkoprew l-ispejjeż;

(h)

il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-pagament;

(i)

linji gwida għal esperti tekniċi, esperti ta’ koordinazzjoni u valutazzjoni, u mexxejja tat-timijiet u viċi mexxejja tat-timijiet tat-Tim tal-EUCP.

KAPITOLU 11

ASSISTENZA TAL-UNJONI F’AZZJONIJIET TA’ REAZZJONI

Artikolu 53

Assistenza tal-Unjoni f’azzjonijiet ta’ reazzjoni

1.   Kwalunkwe Stat Membru li jipprovdi assistenza tal-protezzjoni ċivili jew juża kapaċità tar-rescEU skont l-Artikolu 34 jista’ jitlob l-assistenza tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 54.

2.   L-assistenza tal-Unjoni tista’ tieħu l-forma ta’:

(a)

għotjiet li jingħataw lill-Istati Membri biex ikopru t-tagħmir, ir-riżorsi loġistiċi u tat-trasport u kwalunkwe azzjoni addizzjonali meħtieġa li tkun ta’ appoġġ u komplementari sabiex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni ta’ reazzjoni;

(b)

aċċess iffaċilitat għal tagħmir, u riżorsi u servizzi loġistiċi u tat-trasport fil-forma ta’ akkomunament ma’ Stati Membri oħrajn u ta’ aċċess għas-suq kummerċjali jew għal sorsi oħrajn permezz tal-Kummissjoni, bħal servizzi tat-trasport akkwistati minn entitajiet privati jew entitajiet oħrajn.

3.   Meta l-kostijiet relatati ma’ talba għal assistenza tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2 ikunu anqas minn EUR 10 000, dawn ma għandhomx ikunu eliġibbli sakemm ma jkunux koperti mis-sħubijiet qafas imsemmija fil-paragrafu 4, jew sakemm ma jkunux relatati mal-istazzjonament tal-kapaċitajiet tar-rescEU jew mal-aċċess iffaċilitat għal tagħmir, trasport u riżorsi u servizzi loġistiċi fil-forma ta’ akkomunament ma’ Stati Membri oħrajn.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi sħubijiet qafas finanzjarji mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 130 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

Artikolu 54

Talbiet għal assistenza tal-Unjoni f’azzjonijiet ta’ reazzjoni

1.   It-talbiet għal assistenza tal-Unjoni għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 57 u jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tas-CECIS jew tal-posta elettronika (jew mezzi elettroniċi oħrajn) qabel ma sseħħ kwalunkwe azzjoni ta’ reazzjoni relatata ma’ dik it-talba. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità li tagħmel it-talba liema informazzjoni hija meħtieġa sabiex tipproċedi bit-talba.

2.   Malli l-Kummissjoni tirċievi talba għal assistenza tal-Unjoni, il-kostijiet tal-azzjoni ta’ reazzjoni mitluba għandhom isiru eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tuża sistema elettronika ta’ skambju ddedikata għall-iskambji kollha mal-benefiċjarji, inkluż il-konklużjoni ta’ ftehimiet tal-għotja u n-notifika ta’ deċiżjonijiet tal-għotja u kwalunkwe emenda għalihom, skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

4.   Malli tirċievi talba għal assistenza tal-Unjoni għal azzjoni ta’ reazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-punti ta’ kuntatt maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9(7) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE permezz tas-CECIS.

5.   Jekk Stat Membru jitlob assistenza tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 53(2), il-punt (b), il-Kummissjoni tista’ tistieden lill-Istati Membri jew lill-operaturi privati, jew lit-tnejn, biex jipprovdulha d-dettalji ta’ kwalunkwe tagħmir, u riżorsa loġistika u tat-trasport li jistgħu joffru. Il-Kummissjoni għandha tindika skadenza biex tingħata dik l-informazzjoni.

6.   Il-Kummissjoni għandha tikkondividi l-informazzjoni li tirċievi skont il-paragrafu 5 mal-Istat Membru li jagħmel it-talba, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Kummissjoni jkollha dwar it-tagħmir, u r-riżorsi loġistiċi u tat-trasport disponibbli minn sorsi oħrajn, inkluż is-suq kummerċjali, u għandha tgħin lill-Istati Membri jaċċessaw dawk ir-riżorsi addizzjonali.

7.   L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar it-tagħmir, it-trasport u s-soluzzjonijiet loġistiċi li l-Istat Membru jkun għażel, u għandu jikkomunika mal-Istati Membri li jipprovdu tali appoġġ jew mal-operatur li jipprovdi tali servizzi identifikat mill-Kummissjoni. Huwa għandu wkoll jinforma lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar fl-għoti tal-assistenza tal-protezzjoni ċivili tiegħu.

8.   Meta l-Istat Membru jagħżel servizzi pprovduti mis-suq kummerċjali, huwa għandu jikkonferma bil-miktub it-talba tiegħu għal servizz loġistiku u tat-trasport u l-impenn tiegħu biex jirrimborża lill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 9.

9.   Għall-kostijiet imġarrba mill-Kummissjoni meta l-Istat Membru li jagħmel it-talba jagħżel servizzi pprovduti mis-suq kummerċjali, il-Kummissjoni għandha toħroġ nota ta’ debitu lill-Istat Membru li jkun ibbenefika mill-assistenza finanzjarja tal-Unjoni.

10.   Fil-każ tal-Artikolu 53(2), il-punt (b), Stat Membru wieħed jista’ jieħu t-tmexxija fil-koordinazzjoni tal-proċedura skont dan l-Artikolu.

Artikolu 55

Deċiżjoni dwar l-assistenza tal-Unjoni għal azzjonijiet ta’ reazzjoni

1.   Meta tivvaluta t-talbiet f’konformità mal-Artikolu 53, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:

(a)

l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal azzjonijiet ta’ reazzjoni ippreżentata mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 54(1);

(b)

il-ħtiġijiet espressi mill-pajjiż milqut li qed jattiva l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, il-ħtiġijiet identifikati mill-ERCC u l-ħtiġijiet ta’ pajjiżi oħrajn milquta, bħal fil-każ ta’ attivazzjonijiet ta’ assistenza konsulari;

(c)

kwalunkwe valutazzjoni tal-ħtiġijiet imwettqa mit-Tim tal-EUCP stazzjonat fil-pajjiż milqut u mill-esperti li jirrapportaw lill-Kummissjoni immedjatament qabel jew matul id-diżastru;

(d)

informazzjoni oħra rilevanti u affidabbli disponibbli għall-Kummissjoni fil-mument tad-deċiżjoni li tkun ipprovduta mill-Istati Membri u minn organizzazzjonijiet internazzjonali;

(e)

l-effiċjenza u l-effettività ta’ soluzzjonijiet jew operazzjonijiet loġistiċi u tat-trasport imfassla biex jiżguraw l-għoti f’waqtu tal-assistenza tal-protezzjoni ċivili;

(f)

azzjonijiet rilevanti oħrajn meħuda mill-Kummissjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-valutazzjoni tat-talbiet f’konformità mal-Artikolu 53. Wara li jirċievu talba mill-Kummissjoni għal informazzjoni addizzjonali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba malajr kemm jista’ jkun.

3.   Il-Kummissjoni għandha tindika l-ammont tal-pagament ta’ prefinanzjament li għandu jitħallas. Dan il-pagament ta’ prefinanzjament jista’ jkun sa 85 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mitluba, soġġett għad-disponibbiltà tar-riżorsi baġitarji. Ma għandu jiġi pprovdut l-ebda prefinanzjament għal azzjonijiet ta’ reazzjoni li jkunu diġà tlestew. Ma għandu jiġi pprovdut l-ebda prefinanzjament jekk l-għotjiet ma jissodisfawx il-livell limitu stabbilit għal għotjiet ta’ valur baxx definit fl-Artikolu 2, il-punt (41), tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, sakemm l-Istat Membru li jitlob appoġġ finanzjarju ma jkunx jista’ juri li n-nuqqas ta’ prefinanzjament jikkomprometti l-implimentazzjoni tal-azzjoni ta’ reazzjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika minnufih id-deċiżjoni dwar l-assistenza tal-Unjoni f’azzjonijiet ta’ reazzjoni lill-Istat Membru li jkun talab appoġġ finanzjarju u lill-Istati Membri l-oħrajn kollha.

Artikolu 56

Kumpens għal dannu

Minkejja l-Artikolu 340 tat-Trattat, l-Istat Membru li jitlob l-assistenza tal-Unjoni għandu joqgħod lura milli jagħmel kwalunkwe talba għal kumpens mill-Unjoni għal dannu kkawżat lill-proprjetà jew lill-persunal tas-servizz tiegħu meta tali dannu jkun il-konsegwenza tal-forniment ta’ riżorsi jew servizzi tat-trasport irregolati minn din id-Deċiżjoni, sakemm ma jiġix ippruvat li dan huwa r-riżultat ta’ intenzjoni jew negliġenza serja.

Artikolu 57

Deżinjazzjoni ta’ awtoritajiet kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti biex jitolbu u jirċievu l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni jew għandhom jawtorizzaw entitajiet oħrajn biex jitolbu u jirċievu l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet oħrajn ta’ reazzjoni abbażi tal-Artikolu 22, il-punt (c), tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan u jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla.

2.   Meta jiġu stazzjonati, l-entitajiet li huma s-sidien ta’ kapaċitajiet jew li għandhom kontroll effettiv fuq kapaċitajiet li jkunu impenjati minn qabel għall-ECPP jistgħu jiġu ddeżinjati jew awtorizzati mill-Istati Membri fis-sens tal-paragrafu 1.

KAPITOLU 12

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 58

Tħassir

Id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2014/762/UE u (UE) 2019/1310 huma mħassra.

Ir-referenzi għad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.

Artikolu 59

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ April 2025.

Għall-Kummissjoni

Hadja LAHBIB

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/1313/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2019/420 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 77I, 20.3.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/420/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2014/762 tas-16 ta’ Ottubru 2014 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u li tħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/277/KE, Euratom u 2007/606/KE, Euratom (ĠU L 320, 6.11.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/762/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/142 tal-15 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/762/UE li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 25, 30.1.2018, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/142/oj).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1310 tal-31 ta’ Lulju 2019 li tistabbilixxi r-regoli dwar l-operat tar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili u r-rescEU (ĠU L 204, 2.8.2019, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/1310/oj).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/444/oj).

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1956 tal-10 ta’ Novembru 2021 dwar l-istabbiliment u l-organizzazzjoni tan-Network tal-Unjoni ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 399, 11.11.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/1956/oj).

(8)  Id-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 164, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2557/oj).

(9)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/570 tat-8 ta’ April 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE (ĠU L 99, 10.4.2019, p. 41, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/570/oj).

(10)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj).


ANNESS I

CECIS

Formula tal-pajjiż għal ____________________ (pajjiż) parteċipanti fis-Sistema Komuni ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (CECIS)

imsemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (b) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

L-awtorità kompetenti nazzjonali ________________________________________

Membru tal-Kumitat tal-Protezzjoni Ċivili

Isem

 

Kunjom

 

Triq

 

Raħal

 

Kodiċi postali

 

Tel.

Faks

Indirizz elettroniku

(Fil-każ ta’ deputati membri, jekk jogħġbok imla tabella simili)

Informazzjoni dwar is-sit(i) tal-punt(i) ta’ kuntatt li għandhom jiġu konnessi mas-CECIS

Istituzzjoni

 

Triq

 

Raħal

 

Kodiċi postali

 

 

Kap tas-servizz operazzjonali tal-organizzazzjoni tal-punt ta’ kuntatt

Persuna li għandha tiġi kkuntatjata dwar kwistjonijiet tekniċi

Uffiċċju tar-reġistrazzjoni tas-sigurtà lokali

Kunjom

 

 

 

Isem mogħti

 

 

 

Tel.

 

 

 

Faks

 

 

 

Indirizz elettroniku

 

 

 

(Żid il-linji f’każ ta’ aktar minn sit wieħed)

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika bil-miktub mal-awtorità kompetenti nazzjonali l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha l-oħra rilevanti.

FTEHIM

Nikkonfermaw il-preċiżjoni ta’ dan ta’ hawn fuq u nimpenjaw ruħna:

Li nipprovdu lill-Kummissjoni Ewropea l-informazzjoni u l-assistenza kollha meħtieġa fil-kuntest ta’ aktar żvilupp u implimentazzjoni tas-CECIS.

Li niżguraw id-disponibbiltà tar-riżorsi baġitarji meħtieġa għat-tħaddim tal-konnessjoni.

Membru tal-Kumitat tal-Protezzjoni Ċivili:

 

______________________________

(Firma)

 

______________________________

(Data)

Direttur Ġenerali:

 

______________________________

(Firma)

 

______________________________

(Data)

Jekk jogħġbok ibgħat kopja ffirmata bil-posta normali jew bil-faks lill-Kummissjoni Ewropea, DG ECHO.A1 Operazzjonijiet ta’ Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza, kif ukoll kopja bil-posta elettronika lil ECHO-ERCC@ec.europa.eu


ANNESS II

REKWIŻITI TEKNIĊI MINIMI GĦAL MODULI, ASSISTENZA TEKNIKA U TIMIJIET TA’ APPOĠĠ

Għargħar

Ippumpjar b’kapaċità qawwija

Kompiti

Forniment ta’ ppumpjar:

f’żoni mgħarrqa,

biex jassisti t-tifi tan-nar bit-twassil tal-ilma.

Kapaċitajiet

Forniment ta’ ppumpjar b’mezz mobbli u pompi b’kapaċità qawwija:

b’kapaċità totali tal-anqas ta’ 1 000 m3/siegħa, u

b’kapaċità mnaqqsa ta’ ppumpjar għal differenza ta’ 40 metru fl-għoli.

Ħila biex:

jiffunzjona f’żoni u art li mhumiex aċċessibbli faċilment,

jippompja ilma bit-tajn, li fih mhux aktar minn 5 fil-mija ta’ elementi solidi li l-qies tal-biċċiet tagħhom ikun sa 40 mm,

jippompja ilma sa 40 grad °C għal operazzjonijiet itwal,

iwassal l-ilma fuq distanza ta’ 1 000  m.

Elementi prinċipali

Pompi b’kapaċità medja u qawwija.

Manek u rbit tal-pajpijiet kompatibbli ma’ standards differenti, inkluż l-istandard Storz.

Biżżejjed persunal biex iwettaq il-kompitu, fejn meħtieġ, fuq bażi kontinwa.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Kapaċità li jintuża għal perjodu ta’ 21 jum.

Purifikazzjoni tal-ilma

Kompiti

Forniment ta’ ilma għax-xorb, minn sorsi ta’ ilma tal-wiċċ, skont l-istandards applikabbli u tal-anqas skont il-livell tal-istandards tad-WHO.

Jitwettaq kontroll tal-kwalità tal-ilma mill-punt tas-sors tat-tagħmir tal-purifikazzjoni.

Kapaċitajiet

Purifikazzjoni ta’ 225 000  litru ilma kuljum.

Kapaċità ta’ ħżin ekwivalenti għall-produzzjoni ta’nofs jum.

Elementi prinċipali

Tagħmir għad-desalinizzazzjoni (fakultattiv).

Faċilità mobbli tal-purifikazzjoni tal-ilma.

Faċilità mobbli tal-ħżin tal-ilma.

Laboratorju mobbli tal-post.

Irbit tal-pajpijiet kompatibbli ma’ standards differenti, inkluż l-istandard Storz.

Biżżejjed persunal biex iwettaq il-kompitu, fejn meħtieġ, fuq bażi kontinwa.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Ħila li jintuża għal perjodu ta’ 12-il ġimgħa.

Trażżin ta’ għargħar

Kompiti

Rinfurzar ta’ strutturi eżistenti u bini ta’ barrieri ġodda biex jevitaw aktar għargħar mix-xmajjar, baċiri u kanali b’livelli tal-ilma li jkunu qed jiżdiedu.

Kapaċitajiet

Kapaċità li l-ilma jitwaqqaf permezz ta’ barrieri b’għoli minimu ta’ 0,8 m bl-użu ta’:

il-materjali li jagħmluha possibbli li tinbena barriera twila 1 000  m,

aktar materjali li jkunu disponibbli fis-sit,

kapaċità ta’ rinfurzar ta’ barrieri eżistenti,

kapaċità li jopera f’minimu ta’ tliet postijiet fl-istess ħin f’żona aċċessibbli mit-trakkijiet,

operazzjonali 24 siegħa kuljum għal 7 ijiem,

superviżjoni u manutenzjoni ta’ barrieri u digi,

kapaċità li jaħdem mal-persunal lokali.

Elementi prinċipali

Materjal biex jinbnew barrieri li minnhom ma jgħaddix l-ilma għal distanza totali ta’ 1 000  m (ir-ramel għandu jsir disponibbli mill-awtoritajiet lokali).

Biċċiet tal-fojl/plastik (jekk meħtieġa sabiex l-ilma ma jgħaddix minn barriera eżistenti, jiddependi mill-kostruzzjoni tal-barriera).

Magna li timla l-ixkejjer tar-ramel.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Implimentazzjoni bl-art jew bil-baħar. Implimentazzjoni biss bl-ajru jekk il-każ ikun ġustifikat.

Kapaċità li jkun operattiv tal-anqas għal 10 ijiem.

Salvataġġ mill-għargħar bl-użu ta’ dgħajjes

Kompiti

Tiftix u salvataġġ mill-ilma u assistenza lil persuni li jinqabdu fl-għargħar bl-użu ta’ dgħajjes.

Għoti tal-ewwel għajnuna u twassil tal-ewwel neċessitajiet kif meħtieġ.

Kapaċitajiet

Kapaċità ta’ tiftix ta’ persuni f’żoni urbani u rurali.

Kapaċità ta’ salvataġġ ta’ persuni f’żoni mgħarrqa inkluża kura medika fil-livell tal-ewwel rispons.

Kapaċità li jaħdmu flimkien f’tiftix mill-ajru (ħelikopters u ajruplani).

Kapaċità li jwasslu l-ewwel neċessitajiet tal-ħajja f’żoni mgħarrqa:

trasport ta’ tobba, mediċini eċċ.,

ikel u ilma.

Il-modulu jrid ikollu mill-anqas ħames dgħajjes u l-kapaċità li jġorr total ta’ 50 persuna, eskluż il-persunal tal-modulu.

Id-dgħajjes għandhom jitfasslu għall-użu f’kundizzjonijiet ta’ klima kiesħa u jridu jkunu kapaċi jimxu kontra l-kurrent bi fluss ta’ mill-anqas 10 mili nawtiċi.

Operazzjonali 24 siegħa kuljum għal 7 ijiem.

Elementi prinċipali

Id-dgħajjes iridu jkunu mfassla għal:

kundizzjonijiet ta’ ilma baxx (> 0,5 m),

użu f’kundizzjonijiet ta’ riħ qawwi,

użu bi nhar u bil-lejl,

għandhom ikunu mgħammra skont l-istandards ta’ sigurtà internazzjonali inklużi ġkieket tas-salvataġġ għall-passiġġieri.

Persunal imħarreġ għal salvataġġ f’ħin qasir mill-ilma. (M’hemmx bżonn ta’ għaddasa, salvataġġ mill-wiċċ biss).

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Implimentazzjoni bl-art jew bil-baħar. Implimentazzjoni biss bl-ajru jekk il-każ ikun ġustifikat.

Kapaċità li jkunu operattivi tal-anqas għal 10 ijiem.

Assistenza Medika

Evakwazzjoni medika mill-ajru tal-vittmi tad-diżastri

Kompiti

Trasport tal-vittmi tad-diżastri lejn faċilitajiet tas-saħħa għall-kura medika.

Kapaċitajiet

Kapaċità li l-pazjenti jiġu ttrasportati fuq streċers.

Kapaċità ta’ titjiriet lejl u nhar.

Elementi prinċipali

Ħelikopters/ajruplani bi streċers

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-Artikolu 12(1), il-punti (f) u (g).

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Evakwazzjoni medika mill-ajru ta’ pazjenti b’mard infettiv ħafna

Kompiti

Trasport bl-ajru, inkluż trattament matul it-titjira ta’ pazjenti b’mard infettiv ħafna (HID) għal faċilitajiet tas-saħħa speċjalizzati fl-Unjoni.

Kapaċitajiet

Inġenji tal-ajru li għandhom il-kapaċità li jittrasportaw mill-inqas pazjent HID wieħed jew aktar kull titjira;

Elementi prinċipali

Kapaċità ta’ titjiriet lejl u nhar.

Sistema għal trattament mediku matul it-titjira ta’ pazjenti HID, inkluża kura intensiva (1):

persunal mediku mħarreġ b’mod xieraq biex jipprovdi kura lil pazjent HID wieħed jew aktar;

tagħmir tekniku u mediku apposta abbord biex tingħata kura lil pazjenti HID matul it-titjira;

proċeduri xierqa li jiżguraw l-iżolament u t-trattament ta’ pazjenti HID matul it-trasport bl-ajru.

Sostenn:

ekwipaġġ tal-ajru adattat għall-għadd ta’ pazjenti HID u l-perjodu ta’ żmien tat-titjira;

Proċeduri xierqa li jiżguraw it-trattament ta’ tagħmir u skart kif ukoll dekontaminazzjoni skont standards internazzjonali stabbiliti, inkluża, fejn applikabbli, leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti.

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-Artikolu 12(1), il-punti (f) u (g).

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 24 siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Tim mediku ta’ emerġenza (TME) tat-tip 1 (fiss): Kura ta’ Emerġenza għal outpatients

Kompiti

Il-kura outpatient inizjali ta’ emerġenza ta’ korrimenti u ħtiġijiet tal-kura tas-saħħa sinifikanti oħra, inklużi s-servizzi li ġejjin:

klassifikazzjoni tal-pazjenti skont il-gravità tal-kundizzjoni tagħhom, evalwazzjoni, l-ewwel għajnuna,

stabbilizzazzjoni u riferiment ta’ trawma severa u emerġenzi li ma jkunux trawma,

kura definita għal trawma minuri u emerġenzi li ma jkunux trawma.

Kapaċitajiet

Servizzi ta’ matul il-jum għal mill-inqas 100 konsultazzjoni ta’ outpatients kuljum.

Elementi prinċipali

Rekwiżiti ta’ tim u ta’ persunal:

Ġestjoni: persunal li jkopri l-funzjonijiet ta’ Kap tat-Tim, Deputat Kap tat-Tim, Uffiċjal ta’ Kollegament (ħolqa maċ-Ċentru ta’ Akkoljenza/tat-Tluq, iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tal-Operazzjonijiet fuq il-Post jew mekkaniżmu ieħor ta’ koordinazzjoni kif xieraq, l-awtorità lokali ta’ ġestjoni tal-emerġenzi), Uffiċjal tas-Sikurezza u s-Sigurtà,

Professjonisti tas-Saħħa: kif definit fl-istandards minimi tad-WHO,

Loġistika: Maniġer tat-Tim Loġistiku wieħed + tim loġistiku f’konformità ma’ rekwiżiti ta’ awtosuffiċjenza.

It-tim għandu jikkonforma mal-“Istandards ta’ klassifikazzjoni u standards minimi għal timijiet mediċi barranin f’diżastri li jseħħu bla mistenni” u l-linji gwida sussegwenti jew addizzjonali maħruġa mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Awtosuffiċjenza

Jenħtieġ li t-tim jiżgura li jibqa’ awtosuffiċjenti matul iż-żmien kollu tal-implimentazzjoni. Japplika l-Artikolu 12 u, barra minn hekk, l-istandards minimi tad-WHO.

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq fi żmien ta’ mhux aktar minn 24-48 siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Abbiltà li jdum jopera tal-anqas għal 14-il jum.

Tim mediku ta’ emerġenza (TME) tat-tip 1 (mobbli): Kura ta’ Emerġenza għal outpatients

Kompiti

Kura outpatient inizjali ta’ emerġenza ta’ korrimenti u ħtiġijiet tal-kura tas-saħħa sinifikanti oħra, inklużi s-servizzi li ġejjin:

klassifikazzjoni tal-pazjenti skont il-gravità tal-kundizzjoni tagħhom, evalwazzjoni, l-ewwel għajnuna,

stabbilizzazzjoni u riferiment ta’ trawma severa u emerġenzi li ma jkunux trawma,

kura definita għal trawma minuri u emerġenzi li ma jkunux trawma.

Kapaċitajiet

Servizzi ta’ matul il-jum għal mill-inqas 50 konsultazzjoni ta’ outpatients kuljum.

Elementi prinċipali

Rekwiżiti ta’ tim u ta’ persunal:

Ġestjoni: persunal li jkopri l-funzjonijiet ta’ Kap tat-Tim, Deputat Kap tat-Tim, Uffiċjal ta’ Kollegament (ħolqa maċ-Ċentru ta’ Akkoljenza/tat-Tluq, iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tal-Operazzjonijiet fuq il-Post jew mekkaniżmu ieħor ta’ koordinazzjoni kif xieraq, l-awtorità ta’ ġestjoni tal-emerġenzi lokali), Uffiċjal tas-Sikurezza u s-Sigurtà,

Professjonisti tas-Saħħa: kif definit fl-istandards minimi tad-WHO,

Loġistika: maniġer tat-Tim Loġistiku wieħed + tim loġistiku f’konformità ma’ rekwiżiti ta’ awtosuffiċjenza.

It-tim għandu jikkonforma mal-“Istandards ta’ klassifikazzjoni u standards minimi għal timijiet mediċi barranin f’diżastri li jseħħu bla mistenni” u l-linji gwida sussegwenti jew addizzjonali maħruġa mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Awtosuffiċjenza

Jenħtieġ li t-tim jiżgura li jibqa’ awtosuffiċjenti matul iż-żmien kollu tal-implimentazzjoni. Japplika l-Artikolu 12 u, barra minn hekk, l-istandards minimi tad-WHO.

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq fi żmien ta’ mhux aktar minn 24-48 siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Abbiltà li jdum jopera tal-anqas għal 14-il jum.

Tim Mediku ta’ Emerġenza (TME) tat-Tip 2: Kura inpatient Kirurġika ta’ Emerġenza

Kompiti

Kura akuta inpatient, kirurġija ġenerali u ostetrika għal trawma u kundizzjonijiet maġġuri oħra, inklużi s-servizzi li ġejjin:

intake/Skrinjar ta’ pazjenti ġodda jew riferuti, kontroreferenza,

klassifikazzjoni kirurġika tal-gravità u l-valutazzjoni,

sostenn tal-ħajja avvanzat,

ġestjoni definittiva ta’ feriti u ta’ ksur bażiku,

kirurġija ta’ kontroll tal-ħsara,

kirurġija ta’ emerġenza ġenerali u ostetrika,

kura inpatient għal emerġenzi li ma jkunux trawma,

anesteżija bażika, X-ray, sterilizzazzjoni, laboratorju u trasfużjoni tad-demm,

servizzi ta’ riabilitazzjoni u segwitu tal-pazjenti.

Kapaċità biex jintlaqgħu u jiġu integrati timijiet ta’ kura speċjalizzata biex jaħdmu fi ħdan il-faċilità tagħhom, jekk xi wħud mis-servizzi msemmija hawn fuq ma jkunux jistgħu jiġu pprovduti mit-tim.

Kapaċitajiet

Servizzi ta’ matul il-jum u ta’ billejl (li jkopru 24 siegħa kuljum għal 7 ijiem jekk ikun meħtieġ), inkluż bħala minimu:

sala waħda tal-operazzjonijiet b’kamra waħda tal-operazzjonijiet; mill-inqas 20 sodda għal inpatients għal kull mejda operattiva,

kapaċità li jiġu ttrattati 7 każijiet kirurġiċi maġġuri jew 15-il każ minuri, kuljum.

Elementi prinċipali

Rekwiżiti ta’ tim u ta’ persunal:

Ġestjoni: Kap ta’ Tim wieħed; Deputat Kap ta’ Tim wieħed; Uffiċjal ta’ Kollegament wieħed (ħolqa maċ-Ċentru ta’ Akkoljenza/tat-Tluq, iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tal-Operazzjonijiet fuq il-Post jew xi mekkaniżmu ieħor ta’ koordinazzjoni kif xieraq, l-awtorità lokali ta’ ġestjoni tal-emerġenzi); Uffiċjal tas-Sikurezza u s-Sigurtà wieħed,

Professjonisti tas-Saħħa: kif definit fl-istandards minimi tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO),

Loġistika: Maniġer tat-Tim Loġistiku wieħed + tim loġistiku għat-TME u l-inpatients tiegħu.

It-tim għandu jikkonforma mal-“Istandards ta’ klassifikazzjoni u standards minimi għal timijiet mediċi barranin f’diżastri li jseħħu bla mistenni” u l-linji gwida sussegwenti jew addizzjonali maħruġa mid-WHO.

Awtosuffiċjenza

Jenħtieġ li t-tim jiżgura li jibqa’ awtosuffiċjenti matul iż-żmien kollu tal-implimentazzjoni. Japplika l-Artikolu 12 u, barra minn hekk, l-istandards minimi tad-WHO.

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 48-72 siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta, u kapaċità li jkun operattiv fuq il-post fi żmien 24-96 siegħa.

Kapaċità li jibqa’ operattiv għal mill-anqas tliet (3) ġimgħat barra mill-Unjoni, u għal mill-anqas 14-il jum ġewwa l-Unjoni.

Tim Mediku ta’ Emerġenza (TME) tat-Tip 3: Kura Inpatient b’Riferiment

Kompiti

Kura kirurġika kumplessa inpatient b’riferiment inkluż kapaċità ta’ kura intensiva, u li tinkludi s-servizzi li ġejjin:

kapaċità li jiġu pprovduti servizzi tat-tip 2 tat-TME,

kura kumplessa rikostruttiva tal-feriti u ortopedika,

X-ray avvanzata, sterilizzazzjoni, laboratorju u trasfużjoni tad-demm,

servizzi ta’ riabilitazzjoni u segwitu tal-pazjenti,

anesteżija ta’ livell għoli pedjatrika u adulta,

sodod għall-kura intensiva b’monitoraġġ ta’ 24 siegħa u abiltà ta’ ventilazzjoni,

servizzi ta’ aċċettazzjoni u riferiment mit-tipi 1 u 2 ta’ TME u mis-sistema nazzjonali tas-saħħa.

Jistgħu jiġu inklużi servizzi speċjalizzati, bħal ma huma:

kura minħabba ħruq;

dijaliżi u kura tas-sindromu tat-tgħaffiġ (crush syndrome);

kirurġija tax-xedaq u tal-wiċċ;

kirurġija ortoplastika;

riabilitazzjoni intensiva;

saħħa materna;

kura pedjatrika u tat-trabi tat-twelid;

trasport u ġbir.

Kapaċitajiet

Servizzi ta’ matul il-jum u ta’ billejl (li jkopru 24 siegħa kuljum għal 7 ijiem jekk ikun meħtieġ), inkluż bħala minimu:

sala tal-operazzjonijiet waħda b’mill-inqas żewġ imwejjed f’żewġt ikmamar separati fiż-żona tas-sala, mill-inqas 40 sodda inpatient (20 għal kull mejda), u minn erba’ sa sitt sodod tal-kura intensiva. Kull mejda tal-operazzjonijiet addizzjonali se tkun tenħtieġ 20 sodda aktar għal pazjenti inpatient, biex ikun żgurat li jkun hemm biżżejjed kapaċità ta’ wara l-operazzjoni,

kapaċità li jiġu ttrattati 15-il każ kirurġiku maġġuri jew 30 każ minuri kuljum.

Elementi prinċipali

Rekwiżiti ta’ tim u ta’ persunal:

Ġestjoni: Kap ta’ Tim wieħed; Deputat Kap ta’ Tim wieħed; Uffiċjal ta’ Kollegament wieħed (ħolqa maċ-Ċentru ta’ Akkoljenza/tat-Tluq, iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tal-Operazzjonijiet fuq il-Post jew xi mekkaniżmu ieħor ta’ koordinazzjoni kif xieraq, l-Awtorità Lokali ta’ Ġestjoni tal-Emerġenzi); Uffiċjal tas-Sikurezza u s-Sigurtà wieħed,

Tim ta’ Professjonisti tas-Saħħa: kif definit fl-istandards minimi tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO),

Tim Loġistiku: maniġer tat-Tim Loġistiku wieħed + tim loġistiku għat-TME u l-inpatients tiegħu.

It-tim għandu jikkonforma mal-“Istandards ta’ klassifikazzjoni u standards minimi għal timijiet mediċi barranin f’diżastri li jseħħu bla mistenni” u l-linji gwida sussegwenti jew addizzjonali maħruġa mid-WHO.

Awtosuffiċjenza

Jenħtieġ li t-tim jiżgura li jibqa’ awtosuffiċjenti matul iż-żmien kollu tal-implimentazzjoni. Japplika l-Artikolu 12 u, barra minn hekk, l-istandards minimi tad-WHO.

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 48-72 sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta, u kapaċità li jkun operattiv fuq il-post fi żmien 5-7 ijiem.

Kapaċità li jibqa’ operattiv għal mill-anqas 8 ġimgħat barra mill-Unjoni, u għal mill-anqas 14-il jum ġewwa l-Unjoni.

Kenn u appoġġ ieħor

Kenn ta’ Emerġenza

Kompiti

Jipprovdu kenn temporanju ta’ emerġenza lill-popolazzjoni affettwata, inkluż spazju għall-akkomodazzjoni, l-iġjene u s-sanità, is-servizz mediku bażiku u l-ġbir soċjali.

Forniment ta’ persunal għall-immaniġġjar, il-mobilizzazzjoni, l-immontar, l-istabbiliment u ż-żamma ta’ unitajiet ta’ kenn meta meħtieġ. Meta jsir trasferiment, it-taħriġ tal-persunal rilevanti (lokali jew internazzjonali) qabel ma jitlaq mill-kapaċità ta’ kenn.

Kapaċitajiet

Kapaċità ta’ kenn magħmula minn riżerva fiżika ta’ assi li kapaċi jagħtu kenn – meta jiġu implimentati simultanjament – minimu ta’ 250 persuna.

Elementi prinċipali

Unitajiet ta’ kenn, inklużi tined, bit-tisħin (għall-kundizzjonijiet tax-xitwa), sistemi xierqa ta’ arjazzjoni (għall-kundizzjonijiet tas-sajf), u materjal bażiku, bħal sodod b’basket tal-irqad u/jew kutri.

Faċilitajiet ta’ sanità u ta’ iġjene. Infermerija għal servizzi mediċi bażiċi. Settijiet bażiċi tal-iġjene.

Faċilitajiet b’diversi skopijiet għall-preparazzjoni (fakultattiva) u l-konsum tal-ikel, id-distribuzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb, laqgħat soċjali.

Ġeneraturi tal-enerġija u tagħmir tad-dawl.

Arranġamenti xierqa li jiżguraw it-trasport u l-konsenja adegwati tal-unitajiet.

Persunal imħarreġ kif xieraq u assi għall-immaniġġjar, il-mobilizzazzjoni, l-immontar, l-istabbiliment u ż-żamma ta’ assi fiżiċi fiż-żona affettwata.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq tar-riżerva fiżika sa mhux aktar minn 24 siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

It-tul tal-missjoni u, jekk applikabbli, il-bidu tal-proċess ta’ trasferiment għandhom jiġu definiti bi qbil mal-pajjiż affettwat.

Protezzjoni tal-wirt kulturali

Kompiti

Appoġġ tekniku, operazzjonali u ta’ sikurezza għall-protezzjoni tal-wirt kulturali

Kapaċitajiet

Il-modulu jikkontribwixxi għall-protezzjoni/għas-salvagwardja tal-wirt kulturali mobbli, immobbli u intanġibbli permezz ta’ kompiti, bħal:

il-valutazzjoni tar-riskju u/jew il-valutazzjoni tal-ħsara,

il-ġestjoni tal-emerġenzi tal-wirt kulturali,

il-ġestjoni tal-informazzjoni dwar il-wirt kulturali,

l-ippjanar ta’ emerġenza u tekniki ta’ mitigazzjoni tal-ħsara,

l-iżgurar, l-irkupru tal-assi tal-wirt kulturali,

l-għoti ta’ appoġġ għall-Valutazzjoni tal-Ħtiġijiet ta’ Wara d-Diżastri (PDNA).

Elementi prinċipali

Magħmul minn tim xieraq ta’ esperti minn aġenziji tal-ġestjoni tad-diżastri u tal-protezzjoni tal-wirt kulturali;

Tagħmir xieraq bħal:

sett ta’ għodod għall-esperti tal-wirt kulturali (jiġifieri PPE).

sett ta’ għodod (jekk meħtieġ) biex jintervjeni fil-protezzjoni/fis-salvagwardja tal-assi tal-wirt kulturali, skont it-Termini ta’ Referenza tal-missjoni.

Tagħmir ieħor bħal pereżempju għall-iskambju ta’ komunikazzjoni/informazzjoni mas-sħab rilevanti.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 96 siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta

Ħila li joperaw għal 10 ijiem bil-possibbiltà ta’ estensjoni.

Provvista ta’ Enerġija ta’ Emerġenza

Kompiti

Forniment ta’ enerġija ta’ riżerva ta’ emerġenza.

Forniment ta’ persunal biex jimmaniġġja, jarma/iżarma, jinstalla/jaqla’, iħaddem u jieħu ħsieb il-kapaċità tal-provvista tal-enerġija ta’ emerġenza meta jkun meħtieġ.

Meta jsir trasferiment, it-taħriġ tal-persunal rilevanti (lokali u/jew internazzjonali) qabel it-tluq tal-persunal tal-modulu.

Kapaċitajiet

Unitajiet tal-provvista tal-enerġija ta’ emerġenza biex jiġġeneraw u/jew jipprovdu enerġija ta’ emerġenza fuq il-post meta jiġu implimentati simultanjament.

Il-modulu għandu jkun kapaċi jipprovdi enerġija għal mill-inqas xahar.

Elementi prinċipali

Ġeneraturi tal-enerġija ta’ diversi daqsijiet li jippermettu flessibbiltà u skalabbiltà.

Sistemi adegwati ta’ konnettività, sinkronizzazzjoni, monitoraġġ u trasferiment tal-enerġija li jippermettu l-konnessjoni tal-kapaċità mal-faċilitajiet affettwati kif ukoll il-parallellaġġ tal-kontroll tal-unitajiet.

Għadd adegwat ta’ spare parts u oġġetti konsumabbli oħrajn għall-funzjonament tal-kapaċità, bħal batteriji, tagħmir tal-ħsad tal-enerġija, tagħmir ta’ konnettività u sinkronizzazzjoni, tipi oħrajn ta’ apparati u servizzi relatati.

Proċeduri adegwati biex tiġi żgurata l-provvista ta’ fjuwil ta’ emerġenza għall-funzjonament tal-kapaċità.

Proċeduri adegwati biex tiġi trasportata, immaniġġjata, armata/żarmata, installata/maqlugħa, imħaddma u miżmuma l-kapaċità tal-provvista tal-enerġija ta’ emerġenza.

Tagħmir tad-dawl għal tidwil ta’ emerġenza taż-żona affettwata kif ukoll sistemi ta’ protezzjoni mis-sajjetti.

Faċilitajiet ta’ ħażna adegwati.

Persunal imħarreġ sew u assi biex tiġi mmaniġġjata, armata, installata, imħaddma u miżmuma l-kapaċità tal-provvista tal-enerġija ta’ emerġenza.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq tat-tim tekniku u l-komponenti li jistgħu jiġu implimentati sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Trasport u loġistika

Kompiti

Forniment ta’ trasport bl-ajru u servizzi loġistiċi relatati għall-persuni, inklużi timijiet involuti f’operazzjonijiet ta’ rispons jew trasport bl-ajru ta’ materjal/tagħmir.

Kapaċitajiet

Kapaċità biex jiġu żgurati l-funzjonijiet ta’ appoġġ loġistiku rilevanti.

Kapaċità li jopera lejl u nhar.

Kapaċità li jaħdem, fejn meħtieġ, f’ċirkostanzi operazzjonalment diffiċli.

Kapaċità li jiġu ttrasportati mill-inqas ħames passiġġieri jew materjal (li jippermetti l-implimentazzjoni rapida ta’ timijiet żgħar/esperti/bdoti).

Elementi prinċipali

Inġenju(i) tal-ajru

Persunal u tagħmir tal-loġistika, jekk applikabbli

Persunal tekniku, inkluż l-ekwipaġġ, mgħammar u mħarreġ b’mod adegwat biex iwettaq il-kompiti differenti definiti hawn fuq.

Tagħmir ta’ komunikazzjoni adegwat (bħal komunikazzjoni mill-ajru għall-ajru u mill-ajru għall-art għal kapaċitajiet mill-ajru).

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-Artikolu 12(1), il-punti (f) u (g).

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Kapaċità tal-pontijiet

Kompiti

Jipprovdu kapaċitajiet ta’ konnessjoni ta’ emerġenza għall-vetturi u għall-persuni bil-mixi (2).

Jipprovdu persunal għat-trasport, l-immaniġġar, l-immuntar, l-installazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-kapaċità tal-pont meta jkun meħtieġ. Meta jsir trasferiment, it-taħriġ tal-persunal rilevanti (lokali u/jew internazzjonali) qabel it-tluq tal-persunal tal-kapaċità.

Kapaċitajiet

Il-kapaċità tal-pont għandha tkun kapaċi twettaq b’mod awtosuffiċjenti l-kostruzzjoni ta’ pontijiet (3) f’perjodu ta’ sitt ġimgħat (4), fejn meħtieġ, bir-rampi.

Pont tal-vetturi: korsija waħda; tul ta’ 20 m; tagħbija min. ta’ 20 t; passaġġi pedonali għall-persuni bil-mixi.

Pont għall-persuni bil-mixi: wisa’ minimu ta’ 150 cm (adegwatezza għall-immaniġġar tas-siġġu tar-roti); tul sa 25 m; weħidhom jew b’appoġġ li jżomm f’wiċċ l-ilma; tagħbija minima ta’ 5 kN/m2.

Elementi prinċipali

Tagħmir u vetturi biex iwettqu x-xogħlijiet preparatorji kollha meħtieġa fiż-żona riparja (5).

Tagħmir u vetturi xierqa għat-trasport tal-komponenti tal-pont u tal-persunal għall-implimentazzjoni inizjali u t-trasport fuq il-post.

Tagħmir u vetturi/krejnijiet biex jiffaċilitaw l-assemblaġġ fuq il-post tal-pontijiet.

Persunal u assi mħarrġa kif xieraq biex jimmaniġġjaw u jimmobilizzaw it-tagħmir.

Faċilitajiet xierqa ta’ ħażna fl-Unjoni (6), loġistika u sistema adegwata ta’ monitoraġġ tal-kumulazzjoni ta’ riżerva.

Awtosuffiċjenza

Meta l-kapaċità tiġi implimentata flimkien mal-persunal, il-kapaċità għandha tiżgura mill-inqas awtosuffiċjenza matul l-ewwel 96 siegħa tal-implimentazzjoni.

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq mhux aktar minn 72 siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Jekk applikabbli, it-tul tal-missjoni għandu jiġi ddeterminat bi qbil mal-pajjiż affettwat.

CBRN (kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari) u ambjentali

Detezzjoni u kampjunar kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari (CBRNDET)

Kompiti

Twettiq/konferma tal-valutazzjoni inizjali, inkluż:

id-deskrizzjoni tal-perikli jew ir-riskji,

id-determinazzjoni taż-żona kontaminata,

il-valutazzjoni jew il-konferma tal-miżuri protettivi diġà meħuda,

it-twettiq ta’ kampjunar kwalifikat,

l-immarkar taż-żona kontaminata,

il-previżjoni tas-sitwazzjoni, il-monitoraġġ, il-valutazzjoni dinamika tar-riskji, inklużi r-rakkomandazzjonijiet għal twissija u miżuri oħra,

il-forniment ta’ appoġġ għal tnaqqis immedjat tar-riskju.

Kapaċitajiet

Identifikazzjoni ta’ perikli kimiċi u d-detezzjoni ta’ perikli radjoloġiċi permezz ta’ kombinazzjoni ta’ tagħmir li jinżamm fl-idejn, mobbli u bbażat fil-laboratorju:

kapaċità ta’ detezzjoni ta’ radjazzjoni alfa, beta u gamma u ta’ identifikazzjoni ta’ iżotopi komuni,

kapaċità ta’ identifikazzjoni, u fejn possibbli, ta’ twettiq ta’ analiżi semikwantitattiva ta’ kimiċi komuni industrijali tossiċi u aġenti rikonoxxuti użati għall-gwerer.

kapaċità tal-ġbir, ipproċessar u tħejjija ta’ kampjuni bijoloġiċi, kimiċi u radjoloġiċi għal aktar analiżi fi bnadi oħra (7).

kapaċità li jiġu applikati mudelli xjentifiċi xierqa għall-previżjoni tal-perikli u li jiġu kkonfermati mudelli permezz ta’ monitoraġġ kontinwu.

Forniment ta’ appoġġ għal tnaqqis immedjat tar-riskju:

limitar tal-periklu,

newtralizzar tal-periklu,

forniment ta’ appoġġ tekniku lil skwadri jew moduli oħra.

Elementi prinċipali

Laboratorju kimiku u radjoloġiku, mobbli fuq il-post.

Tagħmir ta’ detezzjoni miżmum fl-idejn jew mobbli.

Tagħmir għall-kampjunar fuq il-post.

Sistemi ta’ mmudellar għat-tifrix.

Stazzjon mobbli meteoroloġiku.

Materjal għall-immarkar.

Dokumentazzjoni ta’ referenza u aċċess għal sorsi magħżula ta’ għarfien espert xjentifiku.

Trażżin sigur u sikur għall-kampjuni u l-iskart.

Faċilitajiet ta’ dekontaminazzjoni għall-persunal.

Persunal u tagħmir protettiv adegwat għas-sostenn ta’ operazzjoni f’ambjent kontaminat u/jew nieqes mill-ossiġenu, inkluż lbies ta’ protezzjoni kontra l-gass fejn xieraq.

Provvista ta’ tagħmir tekniku għat-trażżin u n-newtralizzazzjoni ta’ periklu.

Tagħmir ta’ monitoraġġ fl-ajru (mhux obbligatorju).

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Identifikazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Dekontaminazzjoni CBRN

Kompiti

Dekontaminazzjoni minn aġenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari tal-infrastruttura, bini, jew vetturi, tagħmir, evidenza kritika jew persuni affettwati, inklużi l-fatalitajiet.

Kapaċitajiet

Kapaċità ta’ dekontaminazzjoni adegwata għall-infrastruttura, il-bini, jew il-vetturi, it-tagħmir u l-evidenza kritika.

Jekk il-kapaċità tkopri d-dekontaminazzjoni ta’ persuni, kapaċità adegwata ta’ dekontaminazzjoni għal mill-inqas 70 persuna ambulanti fis-siegħa u 10 persuni mhux ambulanti fis-siegħa kif ukoll fatalitajiet.

Kapaċità ta’ dekontaminazzjoni minn sustanzi kimiċi industrijali tossiċi komuni, aġenti tal-gwerra rikonoxxuti, aġenti infettivi bijoloġiċi (patoġeni) u tossini, u radjunuklidi.

Ħila ta’ ħolqien ta’ faċilitajiet temporanji ta’ dekontaminazzjoni f’raġġ sikur, li jissorvelja ż-żona ta’ dekontaminazzjoni sabiex l-ambjent tax-xogħol jinżamm sikur u li jevalwa l-effettività tad-dekontaminazzjoni.

Elementi prinċipali

Tagħmir xieraq, teknoloġija u soluzzjonijiet xierqa għad-dekontaminazzjoni minn sustanzi kimiċi industrijali tossiċi komuni, aġenti tal-gwerra rikonoxxuti, aġenti bijoloġiċi infettivi (patoġeni) u tossini u radjunuklidi.

Tagħmir xieraq għall-monitoraġġ tal-progress tal-operazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni.

Tagħmir u persunal xieraq biex iwettaq dekontaminazzjoni tal-infrastruttura, bini, vetturi, tagħmir, evidenza kritika u kapaċitajiet.

Jekk il-kapaċità tkopri d-dekontaminazzjoni ta’ persuni, tagħmir u persunal xierqa biex iwettqu dekontaminazzjoni ta’ persuni ambulanti u mhux ambulanti.

Kapaċità u proċeduri xierqa għall-monitoraġġ taż-żona ta’ dekontaminazzjoni biex l-ambjent tax-xogħol jinżamm sikur u biex tiġi vverifikata l-effettività tad-dekontaminazzjoni.

Tagħmir protettiv personali xieraq biex jopera b’mod sikur f’ambjent ikkontaminat għall-perjodu sħiħ tal-użu.

Sistema ta’ ppumpjar u kontenituri adegwati biex jieħdu l-ilma lokalment.

Sistema u proċeduri sikuri u siguri għall-ġestjoni tal-iskart matul u wara d-dekontaminazzjoni, inklużi soluzzjonijiet ta’ konteniment għall-ħżin temporanju u sikur ta’ skart ikkontaminat, pompi, fdalijiet tal-kombustjoni tal-iskart, ilma kkontaminat u tagħmir għat-trattament tal-ilma mormi. L-immaniġġjar ta’ skart perikoluż, inkluż l-ilma kkontaminat u prodotti sekondarji oħra, se titwettaq f’konformità mar-regolamenti rilevanti tal-Unjoni jew internazzjonali, jew mal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż affettwat, skont liema minnhom tkun l-aktar stretta u b’appoġġ mill-pajjiż affettwat.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Kapaċità ta’ dekontaminazzjoni tal-persunal proprju tal-kapaċità.

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Kapaċità li l-operazzjonijiet jibqgħu għaddejjin għal mill-inqas 7 ijiem kontinwi.

Tiftix u salvataġġ f’kundizzjonijiet CBRN

Kompiti

Tiftix u salvataġġ speċjali bl-użu ta’ ilbies protettiv.

Kapaċitajiet

Tiftix u salvataġġ speċjali bl-użu ta’ lbies protettiv, skont ir-rekwiżiti tal-moduli ta’ tiftix u salvataġġ urban medju u qawwi kif xieraq.

Tliet persuni li jaħdmu simultanjament f’żona ta’ periklu.

Intervent kontinwu għal 24 siegħa.

Elementi prinċipali

Materjal għall-immarkar.

Konteniment sigur u sikur għall-iskart.

Faċilitajiet ta’ dekontaminazzjoni għall-persunal u għall-vittmi salvati.

Persunal u tagħmir protettiv adegwat għas-sostenn ta’ operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ f’ambjent ikkontaminat, f’konformità mar-rekwiżiti tal-moduli ta’ tiftix u salvataġġ urban medju u qawwi kif xieraq.

Provvista ta’ tagħmir tekniku għat-trażżin u n-newtralizzazzjoni ta’ periklu.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

USAR (Urban Search and Rescue) u lil hinn mit-tiġrif

Tiftix u salvataġġ urban intensiv

Kompiti

Kompiti f’konformità sħiħa mal-Linji Gwida tal-INSARAG (International Seach and Rescue Advisory Group).

Tiftix, lokalizzar u salvataġġ tal-vittmi (8) lokalizzati taħt it-terrapien bħal bini mġarraf u inċidenti tat-trasport.

Forniment tal-ewwel għajnuna ta’ salvataġġ tal-ħajja, sakemm isir it-trasferiment għal aktar kura.

Kapaċitajiet

F’konformità sħiħa mal-Linji Gwida tal-INSARAG, il-modulu għandu jkollu l-kapaċità li jwettaq dan li ġej:

tiftix bil-klieb jew bit-tagħmir tekniku tat-tiftix (jew bit-tnejn),

salvataġġ, inkluż irfigħ ħafif,

salvataġġ b’irbit tekniku bil-ħbula,

għajnuna avvanzata ta’ sostenn tal-ħajja avvanzat (9).

Elementi prinċipali

Konformi bis-sħiħ mal-Linji Gwida tal-INSARAG.

Ġestjoni (kmand, kollegament, koordinazzjoni, ippjanar, midja/rappurtar, valutazzjoni/analiżi, sikurezza/sigurtà).

Tiftix (tiftix tekniku, tiftix bil-klieb).

Salvataġġ (tkissir u ksur, irfigħ u ċaqliq, irbit tekniku bil-ħbula).

Mediku, inkluż kura tal-pazjenti u tal-persunal tal-iskwadra u l-klieb tat-tiftix (10).

Awtosuffiċjenza

Konformi bis-sħiħ mal-Linji Gwida tal-INSARAG.

Implimentazzjoni

Konformi bis-sħiħ mal-Linji Gwida tal-INSARAG.

Tiftix u salvataġġ urban medju

Kompiti

Kompiti f’konformità sħiħa mal-Linji Gwida tal-INSARAG.

Tiftix, lokalizzar u salvataġġ tal-vittmi (11) lokalizzati taħt it-terrapien (bħal bini mġarraf u inċidenti tat-trasport).

Forniment tal-ewwel għajnuna ta’ salvataġġ tal-ħajja, sakemm isir it-trasferiment għal aktar kura.

Kapaċitajiet

F’konformità sħiħa mal-Linji Gwida tal-INSARAG, il-modulu għandu jkollu l-kapaċità li jwettaq dan li ġej:

tiftix bil-klieb tat-tiftix jew tagħmir tekniku tat-tfittix,

salvataġġ, inkluż irfigħ,

qtugħ ta’ konkos,

irbit tekniku bil-ħbula,

irfid bażiku,

detezzjoni u iżolament ta’ HAZMAT (materjal perikoluż) (12),

għajnuna avvanzata ta’ salvataġġ tal-ħajja (13).

Kapaċità li jopera fuq sit wieħed 24 siegħa kull jum għal 7 ijiem.

Elementi prinċipali

Konformi bis-sħiħ mal-Linji Gwida tal-INSARAG.

Ġestjoni (kmand, kollegament/koordinazzjoni, ippjanar, midja/rappurtar, valutazzjoni/analiżi, sikurezza/sigurtà).

Tiftix (tiftix tekniku u/jew tiftix bil-klieb, detezzjoni ta’ HAZMAT, iżolament ta’ HAZMAT).

Salvataġġ (tkissir u ksur, qtugħ, irfigħ u ċaqliq, irfid, irbit tekniku bil-ħbula).

Mediku, inkluż kura tal-pazjenti u tal-persunal tal-iskwadra u l-klieb tat-tiftix (14).

Awtosuffiċjenza

Konformi bis-sħiħ mal-Linji Gwida tal-INSARAG.

Implimentazzjoni

Konformi bis-sħiħ mal-Linji Gwida tal-INSARAG.

Tiftix u salvataġġ urban intensiv

Kompiti

Kompiti f’konformità sħiħa mal-Linji Gwida tal-INSARAG

Tiftix, lokalizzar u salvataġġ tal-vittmi (15) lokalizzati taħt it-terrapien (bħal bini mġarraf u inċidenti tat-trasport).

Forniment tal-ewwel għajnuna ta’ salvataġġ tal-ħajja, sakemm isir it-trasferiment għal aktar kura.

Kapaċitajiet

F’konformità sħiħa mal-Linji Gwida tal-INSARAG, il-modulu għandu jkollu l-kapaċità li jwettaq dan li ġej:

tiftix bil-klieb tat-tiftix u tagħmir tekniku tat-tiftix,

salvataġġ, inkluż irfigħ tqil,

qtugħ tal-konkos rinforzat u ta’ strutturi tal-ħadid,

irbit tekniku bil-ħbula,

irfid avvanzat,

detezzjoni u iżolament ta’ HAZMAT (16),

għajnuna avvanzata ta’ salvataġġ tal-ħajja (17).

Kapaċità li jiffunzjona fuq aktar minn sit wieħed 24 siegħa kuljum għal 10 ijiem.

Elementi prinċipali

Konformi bis-sħiħ mal-Linji Gwida tal-INSARAG.

Ġestjoni (kmand, kooperazzjoni/koordinazzjoni, ippjanar, midja/rappurtaġġ, valutazzjoni/analiżi, sikurezza/sigurtà).

Tiftix (tiftix tekniku, tiftix bil-klieb, detezzjoni ta’ HAZMAT, iżolament ta’ HAZMAT).

Salvataġġ (tkissir u ksur, qtugħ, irfigħ u ċaqliq, irfid, irbit tekniku bil-ħbula).

Mediku, inkluż kura tal-pazjenti u tal-persunal tal-iskwadra u l-klieb tat-tfittxija (18).

Awtosuffiċjenza

Konformi bis-sħiħ mal-Linji Gwida tal-INSARAG

Implimentazzjoni

Konformi bis-sħiħ mal-Linji Gwida tal-INSARAG

Tiftix u salvataġġ fil-muntanji

Kompiti

Twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ f’żoni muntanjużi

Kapaċitajiet

Tiftix f’ambjenti muntanjużi (it-tipi kollha ta’ żoni fl-Ewropa), kapaċi ssalva matul il-ħin kollu tal-ġurnata u twettaq salvataġġ tekniku wieħed kull darba;

Kapaċità ta’ salvataġġ vertikali f’żoni ristretti ħafna.

Elementi prinċipali

Forniment ta’ kura medika avvanzata ta’ appoġġ għall-ħajja;

Installazzjoni ta’ sistema ta’ komunikazzjoni (mingħajr fili u bil-fili);

Kapaċità li jingħata appoġġ kwalunkwe modulu ieħor li jitlob appoġġ tekniku avvanzat bil-ħbula;

Ġestjoni (kmand, kollegament/koordinazzjoni, ippjanar, midja/rappurtar, valutazzjoni/analiżi, sikurezza/sigurtà);

Loġistika (Bażi ta’ Operazzjonijiet, manutenzjoni u provvista, komunikazzjonijiet);

Tiftix (tiftix tekniku, tiftix bil-klieb, tiftix bid-droni);

Salvataġġ (salvataġġ fil-muntanji, salvataġġ f’terren vertikali, salvataġġ f’valangi);

Medika (kura tat-tim inklużi l-klieb u l-vittmi li jiltaqgħu magħhom).

Persunal adegwat.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Kapaċità li jaħdem 24 siegħa kuljum għal 7 ijiem.

Tiftix u salvataġġ fl-għerien

Kompiti

Twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ fi spazji taħt l-art u fi spazji magħluqa.

Tiftix fi spazju magħluq b’tagħmir ta’ tiftix tekniku ’l isfel sa fond ta’ 1 000  m (għerien).

Salvataġġ ta’ persuni minn spazju magħluq b’irbit tekniku bil-ħbula għat-trasport orizzontali u vertikali sa fond ta’ 1 000  m (għerien).

Kapaċitajiet

Tiftix fi spazju magħluq b’tagħmir ta’ tiftix tekniku ’l isfel sa fond ta’ 1 000  m (għerien);

Salvataġġ ta’ persuni minn spazju magħluq b’irbit tekniku bil-ħbula għat-trasport orizzontali u vertikali sa fond ta’ 1 000  m (għerien).

Elementi prinċipali

Forniment ta’ kura medika avvanzata ta’ appoġġ għall-ħajja;

Installazzjoni ta’ sistema ta’ komunikazzjoni (mingħajr fili u bil-fili) Twessigħ ta’ passaġġi dojoq permezz ta’ splussivi kkontrollati;

Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji għall-aċċess għad-dħul fl-għerien;

Kapaċità fakultattiva li jitwettqu operazzjonijiet ta’ għadis fl-għerien fis-sifuni u potenzjalment f’ambjenti tal-ilma oħrajn;

Kapaċità li jingħata appoġġ kwalunkwe modulu ieħor li jitlob appoġġ tekniku avvanzat bil-ħbula;

Ġestjoni (kmand, kollegament/koordinazzjoni, ippjanar, midja/rappurtar, valutazzjoni/analiżi, sikurezza/sigurtà);

Loġistika (bażi operazzjonali, manutenzjoni u provvista, komunikazzjonijiet);

Tiftix u salvataġġ fl-għerien (inkluż salvataġġ b’irbit tekniku bil-ħbula għal użu għat-trasport orizzontali u vertikali);

Persunal mediku (kura tal-pazjenti u tal-persunal tat-tim);

Persunal adegwat.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Kapaċità li jaħdem 24 siegħa kuljum għal 7 ijiem.

Aspett Marittimu

Reazzjoni għat-tniġġis kostali u tal-ilma ħelu

Kompiti

Konteniment tat-tniġġis u rkupru ta’ sustanzi niġġiesa li jżommu f’wiċċ l-ilma minn żoni mgħarrqa u/jew ilma kostali jew ħelu biex jiġu protetti l-linji tal-kosta jew ix-xtut.

Kapaċitajiet

Kapaċità għal intervent malajr biex jiġu protetti korpi tal-ilma jew meded ta’ kosta/xtut.

Kapaċità li jadatta għal siti differenti (l-erja tas-superfiċje tal-bajja, il-kundizzjonijiet tal-aċċess).

Kapaċità li jirkupra tipi u kwantità differenti ta’ inkwinant (floaters) u li jadatta għar-rata ta’ evakwazzjoni tal-iskart.

Kapaċità li jaħżen l-iskart.

Elementi prinċipali

Kontenituri b’konfigurazzjoni ta’ tagħmir skont is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet attwali.

Pjattaforma tax-xogħol bi skopijiet multipli b’magna esterna żgħira f’kontejner tat-trasport.

Tagħmir għall-irkupru tat-tniġġis fl-ilma kostali jew fl-ilma ħelu (eż. barrieri/breakwaters ta’ konteniment kostali u tagħmir aċċessorju meħtieġ (ankraġġi, ktajjen, bagi, ħbula), pakketti tal-enerġija idrawlika, pajpijiet ta’ trasferiment idrawliċi u taż-żejt, xkumaturi bid-dawl u/jew modulari, u pompi).

Kapaċità tal-ħżin tal-iskart (eż. tankijiet kollassabbli).

Tagħmir ta’ sikurezza: PPE għall-irkupru taż-żejt (eż. overalls, ingwanti, bwiez, nuċċalijiet, elmi, għotjien taż-żraben, apparat ta’ dekontaminazzjoni, tagħmir, u aċċessorji għad-delimitazzjoni taż-żona, sistemi tad-dawl).

Tagħmir għall-komunikazzjoni.

Persunal imħarreġ biex iwettaq il-kompiti.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Kapaċità li jintuża għal perjodu ta’ 14-il jum.

Nirien

Modulu tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta’ ħelikopters

Kompiti

Kontribuzzjoni fit-tifi ta’ nirien kbar f’foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta’ tifi tan-nar mill-ajru.

Kapaċitajiet

Ħelikopter wieħed jew aktar b’kapaċità totali ta’ kapaċità ta’ 3 000  litru, fejn l-ebda ħelikopter individwali ma jkun taħt il-kapaċità ta’ 1 000  litru.

Kapaċità biex jitwettqu operazzjonijiet kontinwi.

Elementi prinċipali

Ħelikopter(s) bl-ekwipaġġ(i).

Persunal tekniku.

Bramel tal-ilma jew kits tar-rilaxx tal-ilma.

Sett tal-manutenzjoni wieħed.

Sett ta’ spare parts wieħed.

Żewġ winċijiet għas-salvataġġ.

Tagħmir tal-komunikazzjoni.

Awtosuffiċjenza

l-Artikolu 12(1), japplikaw il-punti (f) u (g).

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 3 sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Modulu tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu tal-ajruplani

Kompiti

Kontribuzzjoni fit-tifi ta’ nirien kbar f’foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta’ tifi tan-nar mill-ajru.

Kapaċitajiet

Żewġ ajruplani b’kapaċità ta’ 3 000  litru kull wieħed.

Kapaċità biex jitwettqu operazzjonijiet kontinwi.

Elementi prinċipali

Żewġ ajruplani.

Minimu ta’ erba’ ekwipaġġ(i).

Persunal tekniku.

Kit għall-manutenzjoni fuq il-post.

Tagħmir għall-komunikazzjoni.

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-Artikolu 12(1), il-punti (f) u (g).

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn tliet sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Tifi tan-nar fil-foresti mill-art

Kompiti

Jikkontribwixxi fit-tifi ta’ nirien kbar f’foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta’ mezzi mill-art.

Kapaċitajiet

Riżorsi umani suffiċjenti għal operazzjoni kontinwa matul sebat ijiem.

Kapaċità li jopera f’żoni b’aċċess ristrett.

Kapaċità li jintramaw linji twal ta’ pajpijiet bil-pompi, minimu 2 km, u/jew jagħmlu linji ta’ difiża kontinwament.

Elementi prinċipali

Persunal tat-tifi tan-nar imħarreġ biex iwettaq il-ħidmiet imsemmija hawn fuq u b’taħriġ addizzjonali fis-sigurtà u s-sikurezza li jieħu kont tat-tipi differenti ta’ nirien li l-modulu jista’ jintuża għalih.

Għodda manwali biex isiru l-linji ta’ difiża.

Pajpijiet, tankijiet portabbli u pompi biex tiġi stabbilita l-linja.

Adaptors biex jiġu mqabbda l-pajpijiet inkluż l-istandard Storz.

Tankijiet tal-ilma li jinġarru fuq id-dahar.

Tagħmir li jista’ jintrabat jew jiġi mniżżel minn ħelikopter.

Proċeduri ta’ evakwazzjoni għall-persunal tat-tifi tan-nar iridu jiġu miftiehma mal-istat li jirċevihom.

Awtosuffiċjenza

Japplika l-Artikolu 12.

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 6 sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Kapaċità li jaħdmu kontinwament matul 7 ijiem.

Tifi tan-nar fil-foresti mill-art bl-użu tal-vetturi

Kompiti

Jikkontribwixxi fit-tifi ta’ nirien kbar f’foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta’ vetturi.

Kapaċitajiet

Riżorsi umani u vetturi suffiċjenti għal operazzjonijiet kontinwi b’minimu ta’ 20 pumpier f’kull ħin.

Elementi prinċipali

Pumpiera mħarrġa fil-ħidmiet imsemmija hawn fuq.

Erba’ vetturi b’kapaċità ta’ off road.

Awtosuffiċjenza

Tankijiet ta’ kull vettura li jesgħu mill-anqas 2 000  litru.

Adaptors biex jiġu mqabbda l-pajpijiet inkluż l-istandard Storz.

Implimentazzjoni

Japplika l-Artikolu 12.

 

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 6 sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Kapaċità li jaħdmu kontinwament matul 7 ijiem.

Implimentazzjoni bl-art jew bil-baħar. Implimentazzjoni biss bl-ajru jekk il-każ ikun ġustifikat.

Timijiet Tekniċi ta’ assistenza u appoġġ (TAST)

Rekwiżiti ġenerali għal timijiet tekniċi ta’ assistenza u appoġġ

Kompiti

Jiġi pprovdut jew isiru arranġamenti għal:

appoġġ għat-twaqqif u t-tmexxija ta’ uffiċċju,

appoġġ tal-ICT,

appoġġ ta’ loġistika u ta’ sussistenza,

appoġġ tat-trasport fil-post.

Kapaċitajiet

Kapaċità ta’ appoġġ lil skwadra tal-valutazzjoni, tal-koordinazzjoni u/jew tat-tħejjija, ċentru fuq il-post għall-koordinazzjoni tal-operazzjonijiet, jew li tkun ikkombinata ma’ modulu tal-protezzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 12(2).

Elementi prinċipali

L-elementi ta’ appoġġ li ġejjin, li jippermettu li jintlaħqu l-funzjonijiet kollha ta’ ċentru fuq il-post għall-koordinazzjoni tal-operazzjonijiet, filwaqt li jqisu l-linji gwida rikonoxxuti internazzjonali bħal-linji gwida tan-NU:

appoġġ għat-twaqqif u t-tmexxija ta’ uffiċċju,

appoġġ għat-tagħmir tal-ICT,

tagħmir għall-appoġġ ta’ loġistika u ta’ sussistenza,

riżorsi tat-trasport fil-post.

Il-komponenti għandhom ikunu jistgħu jinqasmu f’unitajiet differenti biex jiżguraw flessibilità meta jiġu adattati għall-ħtiġijiet ta’ intervent speċifiku.

Implimentazzjoni

Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.


(1)  Sistema bħal din tista’ tinkludi l-approċċ ristrett.

(2)  Jenħtieġ li minħabba l-kumplessità tagħhom, il-pontijiet ferrovjarji ma jitqisux għall-kapaċità tal-pont tal-ECPP.

(3)  Jenħtieġ li l-kostruzzjonijiet li jsostnu lilhom infushom mingħajr pilastri ta’ appoġġ jintużaw kemm għall-pontijiet pedonali kif ukoll għal dawk tal-vetturi. Jenħtieġ li l-kostruzzjonijiet ma jirrestrinġux in-navigazzjoni ta’ dgħajjes jew vetturi oħra.

(4)  Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati sistemi ta’ kostruzzjoni differenti li jwasslu minn sistemi ta’ qafas tax-xogħol speċjalizzati għal sistemi ta’ immuntar rapidu.

(5)  Ma jinkludix l-asfaltar ta’ mogħdijiet xierqa għall-pont jew lil hinn mill-pont.

(6)  Għall-finijiet tal-loġistika tal-faċilitajiet tal-ħażna, “fl-Unjoni” tinkludi t-territorji tal-Istati Membri u tal-Istati Parteċipanti fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni tal-Protezzjoni Ċivili.

(7)  Dan il-proċess għandu, fejn possibbli, iqis ir-rekwiżiti evidenzjarji tal-Istat li jagħmel it-talba.

(8)  Vittmi ħajjin.

(9)  Kapaċità bażika, mezzi aktar estensivi huma inklużi fil-modulu “detezzjoni u kampjunar kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari”.

(10)  Suġġett għat-termini ta’ liċenzja medika u veterinarja.

(11)  Vittmi ħajjin.

(12)  Kapaċità bażika, mezzi aktar estensivi inkluż fil-modulu tad-“detezzjoni u kampjunar kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari”.

(13)  Kura tal-pazjenti (l-ewwel għajnuna u stabbilizzazzjoni medika) mid-dħul sat-trasferiment tal-vittma.

(14)  Suġġett għat-termini ta’ liċenzja medika u veterinarja.

(15)  Vittmi ħajjin.

(16)  Kapaċità bażika, mezzi aktar estensivi huma inklużi fil-modulu “detezzjoni u kampjunar kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari”.

(17)  Kura tal-pazjenti (l-ewwel għajnuna u stabbilizzazzjoni medika) mid-dħul sat-trasferiment tal-vittma.

(18)  Suġġett għat-termini ta’ liċenzja medika u veterinarja.


ANNESS III

MIRI TA’ KAPAĊITÀ TAL-ECPP

Moduli

Modulu

Għadd ta’ moduli disponibbli simultanjament għall-implimentazzjoni

LIGHT USAR (Tiftix u salvataġġ urban ħafif fuq skala żgħira)

3

MEDEVAC HID (Evakwazzjoni medika mill-ajru ta’ pazjenti b’mard infettiv ħafna)

2

CHP (Protezzjoni tal-Wirt Kulturali)

2

EES (Provvista ta’ Enerġija ta’ Emerġenza)

2

T&L (It-Trasport u l-loġistika)

2

Reazzjoni għat-tniġġis kostali u tal-ilma ħelu

2

Tiftix u salvataġġ fil-muntanji

3

Tiftix u salvataġġ fl-għerien

3

Dekontaminazzjoni CBRN (kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari)

2

Il-kapaċità tal-pontijiet

2

HCP (Ippumpjar ta’ kapaċità għolja)

20

MUSAR (Tfittix u salvataġġ urban medju — wieħed għal kundizzjonijiet kesħin)

4

WP (Purifikazzjoni tal-ilma)

6

FFFP (Modulu tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta’ ajruplani)

2

ES (Kenn ta’ emerġenza)

4

HUSAR (Tiftix u salvataġġ urban intensiv)

4

CBRNDET (Detezzjoni u kampjunar tas-CBRN)

6

GFFF (Tifi tan-nar mill-art fil-foresti)

4

GFFF-V (Tifi tan-nar mill-art fil-foresti bl-użu tal-vetturi)

15

CBRNUSAR (USAR f’kundizzjonijiet CBRN)

2

FC (Kontroll ta’ għargħar)

2

FRB (Salvataġġ mill-għargħar bl-użu tad-dgħajjes)

2

MEDEVAC (Evakwazzjoni medika mill-ajru tal-vittmi tad-diżastri)

2

FFFH (Modulu tat-tifi tan-nar mill-ajru fil-foresti bl-użu ta’ ħelikopters)

2

TME fiss tat-tip 1 (Tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 1: Kura ta’ Emerġenza għal Outpatients – fissa)

15

TME mobbli tat-tip 1 (Tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 1: Kura ta’ Emerġenza għal Outpatients – mobbli)

6

TME tat-tip 2 (Tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 2: Kura Inpatient Kirurġika ta’ Emerġenza)

6

TME tat-tip 3 (Tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3: Kura Inpatient b’Riferiment)

1

Timijiet Tekniċi ta’ Assistenza u Appoġġ

Tim Tekniku ta’ Assistenza u Appoġġ

Mira

TAST (Tim Tekniku ta’ Assistenza u Appoġġ)

2

Kapaċitajiet oħra ta’ reazzjoni

Mezzi oħra ta’ reazzjoni

Numru ta’ mezzi oħra ta’ reazzjoni disponibbli simultanjament għall-implimentazzjoni

Timijiet ta’ Valutazzjoni tal-Ħruq (BAT)

2

Trasport u Loġistika (konfigurazzjonijiet mhux tal-ajru)

2

Detezzjoni tat-tniġġis (fuq il-baħar, max-xatt, interna)

2

Rispons għat-tniġġis mix-xatt u interna (l-irkupru tat-tniġġis fuq l-art, l-immaniġġjar tal-iskart u r-rispons għall-organiżmi selvaġġi li jintlaqtu miż-żejt)

2

Provvisti ta’ sokkors u tipi oħra ta’ assistenza in natura

Kif meħtieġ

Timijiet ta’ tiftix u salvataġġ fl-ilma

2

Timijiet b’tagħmir speċjalizzat għal tiftix u salvataġġ,

eż. robots ta’ tiftix

2

Sistema ta’ inġenju tal-ajru ppilotat mill-bogħod (RPAS)

2

Timijiet ta’ reazzjoni għal inċidenti marittimi (MIRG)

2

Timijiet tal-inġinerija strutturali, li jwettqu valutazzjonijiet tal-ħsara u s-sikurezza, il-valutazzjoni ta’ bini li għandu jitwaqqa/jissewwa, il-valutazzjoni ta’ infrastruttura, irfid għal żmien qasir

2

Appoġġ fl-evakwazzjonijiet: jinkludi timijiet għall-ġestjoni tal-informazzjoni u l-loġistika

2

Tifi tan-nar: timijiet konsultattivi/ta’ valutazzjoni

2

Laboratorji mobbli għal emerġenzi ambjentali

2

Timijiet jew pjattaformi ta’ komunikazzjoni biex jerġgħu jkunu stabbiliti l-komunikazzjonijiet f’żoni remoti

2

Mezzi separati għall-Evakwazzjoni Medika bl-Ajru permezz ta’ Ajruplani u Ħelikopter fl-Ewropa jew madwar id-dinja

2

Kapaċità Miżjuda ta’ Kenn: unitajiet għal 250 persuna (50 tinda); inkl. l-unità awtosuffiċjenti għall-ġestjoni tal-persunal

100

Reazzjoni għat-tniġġis fil-baħar (lil hinn mill-kosta, tagħmir tqil, bastimenti ta’ rkupru)

2

Timijiet mediċi ta’ emerġenza għal kura speċjalizzata

8

Laboratorji tal-bijosikurezza mobbli

4

Kapaċità tal-inġinerija permanenti

2

Kapaċitajiet oħra ta’ reazzjoni meħtieġa biex jindirizzaw ir-riskji identifikati

kif meħtieġ


ANNESS IV

PROFILI TA’ ESPERTI TEKNIĊI

Raggruppament Ambjentali

1.

Espert tan-Nirien Forestali

2.

Espert Ambjentali

3.

Espert tar-Rispons għat-Tniġġis tal-Baħar

4.

Espert fl-Immaniġġjar tal-Iskart

Raggruppament tas-Saħħa/CBRN

5.

Espert dwar l-ilma, is-sanità u l-iġjene (WASH)

6.

Epidemjoloġija/Espert tas-Saħħa Pubblika

7.

Koordinatur tas-Saħħa

8.

Espert tas-CBRN

Raggruppament Orizzontali

9.

Espert tat-Trasport u l-Loġistika

10.

Espert tal-Wirt Kulturali

11.

Espert tal-Inġinerija Strutturali

Raggruppament Ġeoloġiku

12.

Ġeoloġist/Vulkanologu

13.

Espert tal-Valutazzjoni tad-Digi

14.

Sismologu

Raggruppament Kenn

15.

Espert tal-Inġinerija Ċivili

16.

Ippjanar tas-Siti

ANNESS V

ĊERTIFIKAZZJONI U PROĊESS TA’ REGISTRAZZJONI GĦALL-KAĊITTAJIET TAL-ECPP u r-rescEU

INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA

L-informazzjoni meħtieġa li għandha tiġi pprovduta għall-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni u r-reġistrazzjoni [proċedura] ta’ modulu partikolari, kapaċità oħra ta’ rispons (bl-eċċezzjoni ta’ oġġetti ta’ għajnuna) jew tim ta’ assistenza teknika u appoġġ fl-ECPP għandha tinkludi l-elementi li ġejjin u kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Kummissjoni tqis meħtieġa:

1.

awtovalutazzjoni li tistabbilixxi li l-moduli u t-timijiet ta’ assistenza teknika u appoġġ jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti għal din it-tip ta’ kapaċità ta’ rispons kif stabbilit fl-Anness II jew, għal kapaċitajiet oħra ta’ rispons, bl-informazzjoni rilevanti;

2.

skeda informattiva tal-kapaċità ta’ rispons (skedi informattivi tas-CECIS);

3.

konferma tal-arranġamenti meħtieġa stabbiliti biex jiġi żgurat li l-awtorità rilevanti u l-punti ta’ kuntatt nazzjonali jkunu kontinwament kapaċi jindirizzaw it-talbiet mingħajr dewmien għal implimentazzjoni fir-rigward tal-kapaċitajiet ta’ rispons tagħhom irreġistrati fl-ECPP;

4.

konferma li ttieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, inklużi l-arranġamenti ta’ finanzjament meħtieġa, biex jiġi żgurat li l-kapaċità ta’ rispons irreġistrata fl-ECPP tkun tista’ tiġi implimentata immedjatament wara stedina għall-implimentazzjoni mill-Kummissjoni;

5.

id-durata eżatta tal-impenn minn qabel fl-ECPP (minimu ta’ sena, filwaqt li jitqies l-Artikolu 19 jekk tkun ingħatat għotja ta’ adattament);

6.

informazzjoni dwar il-ħin massimu garantit ta’ mobilizzazzjoni (massimu ta’ 12 siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Anness II);

7.

il-post ġeografiku tal-assi, il-post indikattiv tal-mobilizzazzjoni (pereżempju, l-ajruport), l-ambitu ġeografiku normali tal-użu, kif ukoll ir-restrizzjonijiet ġeografiċi, jekk ikun hemm;

8.

proċeduri Operattivi Standard tal-kapaċità ta’ rispons;

9.

l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-ġestjoni tat-trasport, bħal miżuri, piżijiet, ir-restrizzjonijiet fit-titjiriet eċċ., mezzi preferuti ta’ trasport; jekk rilevanti: aċċess għal portijiet;

10.

kwalunkwe restrizzjoni oħra jew kundizzjonijiet prevedibbli ta’ implimentazzjoni;

11.

“fajl ta’ Esperjenza”, b’sommarji tal-implimentazzjonijiet preċedenti tal-kapaċità ta’ rispons; parteċipazzjoni f’eżerċizzji tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, taħriġ ta’ persunal ewlieni (Kap tat-Tim, Viċi Kap tat-Tim, oħrajn) permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, konformità mal-istandards internazzjonali fejn rilevanti (pereżempju, INSARAG, WHO, IFRC);

12.

awtovalutazzjoni ta’ ħtiġijiet ta’ adattament u l-ispejjeż assoċjati;

13.

l-informazzjoni ta’ kuntatt kollha meħtieġa.

IL-PROĊESS TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI

1.

Il-proċess ta’ ċertifikazzjoni għall-moduli, kapaċitajiet oħra ta’ reazzjoni bl-eċċezzjoni ta’ oġġetti ta’ għajnuna u timijiet ta’ assistenza teknika u appoġġ għandu jinkludi żjara konsultattiva, parteċipazzjoni f’eżerċizzju ta’ simulazzjoni, u parteċipazzjoni f’eżerċizzju fuq il-post. F’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirrinunzja r-rekwiżit ta’ parteċipazzjoni f’eżerċizzju fuq il-post għall-kapaċitajiet ta’ reazzjoni, meta jiġu ssodisfati l-kriterji miftiehma, kif definit fil-linji gwida taċ-ċertifikazzjoni.

2.

Timijiet ta’ Tiftix u Salvataġġ Urbani għandhom jitqiesu ċċertifikati jekk ikunu lestew il-Klassifikazzjoni Esterna tal-INSARAG u dik il-klassifikazzjoni tkun għadha valida. Ma għandu jkun meħtieġ l-ebda proċess ta’ ċertifikazzjoni addizzjonali għat-timijiet tat-Tiftix u s-Salvataġġ Urban skont l-ECPP.

3.

Timijiet Mediċi ta’ Emerġenza (tipi 1, 2, 3 u timijiet speċjalizzati tal-kura) għandhom jitqiesu ċċertifikati jekk ikunu lestew il-klassifikazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u jekk dik iċ-ċertifikazzjoni tkun għadha valida. Ma għandu jkun meħtieġ l-ebda proċess ta’ ċertifikazzjoni addizzjonali għat-Timijiet Mediċi ta’ Emerġenza skont l-ECPP.

4.

Il-laboratorji mobbli tal-bijosikurezza għandhom jitqiesu ċċertifikati jekk ikunu lestew il-proċess ta’ rikonoxximent tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għal-Laboratorji Mobbli ta’ Rispons Rapidu u r-rikonoxximent ikun għadu validu. Ma għandu jkun meħtieġ l-ebda proċess ta’ ċertifikazzjoni addizzjonali għal-laboratorji tal-bijosikurezza mobbli skont l-ECPP.

5.

Ir-rekwiżiti tal-kwalità għall-oġġetti ta’ sokkors skont l-ECPP għandhom jikkonformaw mar-regolamenti jew mal-istandards rilevanti tal-Unjoni jew internazzjonali. L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tintalab tissottometti dikjarazzjoni formali jew evidenza ta’ sostenn. L-elementi ta’ eżenzjoni jenħtieġ li jiġu impenjati għall-ECPP għal perjodu minimu ta’ sitt xhur jew għat-tul ta’ ħajja fil-ħażna tagħhom, li ma għandux ikun inqas minn sitt xhur.

6.

Il-linji gwida jippreżentaw il-proċedura u l-għodod dettaljati għaċ-ċertifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ moduli, kapaċitajiet oħra ta’ rispons, u TAST. Il-linji gwida taċ-ċertifikazzjoni huma approvati mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar il-Kapaċitajiet.

7.

Il-linji gwida jippreżentaw il-proċedura u l-għodod dettaljati għaċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni u l-għażla tal-esperti. Il-linji gwida huma approvati mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar il-Kapaċitajiet.

8.

Il-linji gwida jippreżentaw il-proċedura u l-għodod dettaljati għaċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid u r-reġistrazzjoni tal-moduli, kapaċitajiet oħra ta’ rispons, u TAST. Il-linji gwida dwar iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid huma approvati mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar il-Kapaċitajiet.

REĠISTRAZZJONI

L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għad-dħul tal-kapaċitajiet fis-CECIS malli jirċievu informazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-tlestija tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-kapaċitajiet fl-ECPP.


ANNESS VI

ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI RILEVANTI

L-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti msemmija fl-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom ikunu kif ġej:.

1.

Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM)

2.

Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar (IFRC)

3.

Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW)

4.

Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA)


ANNESS VII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Id-Deċiżjoni 2014/762/UE

Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1310

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1

 

Artikolu 1

Artikolu 2

 

Artikolu 2

Artikolu 3

 

Artikolu 3

Artikolu 4

 

Artikolu 4

Artikolu 5

 

Artikolu 5

Artikolu 6

 

Artikolu 6

Artikolu 7

 

Artikolu 7

Artikolu 8

 

Artikolu 8

Artikolu 9

 

Artikolu 9

Artikolu 10

 

Artikolu 10

Artikolu 11

 

Artikolu 11

Artikolu 12

 

Artikolu 12

Artikolu 13

 

Artikolu 13

Artikolu 14

 

Artikolu 14

Artikolu 15

 

-

Artikolu 16

 

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

 

-

Artikolu 18

 

Artikolu 20

Artikolu 19

 

Artikolu 21

Artikolu 20

 

Artikolu 22

Artikolu 21

 

Artikolu 23

Artikolu 22

 

-

Artikolu 23

 

-

Artikolu 24

 

-

Artikolu 25

 

-

Artikolu 26(1)

Artikolu 26(2)

 

Artikolu 24(1)

Artikolu 24(2)

Artikolu 27

 

Artikolu 26

Artikolu 28(1)

 

-

Artikolu 28(2)

 

Artikolu 27

Artikolu 28(3)

 

-

Artikolu 29

 

Artikolu 29

Artikolu 30

 

-

Artikolu 31

 

Artikolu 24(5)

Artikolu 32(1)

 

Artikolu 24(1)

Artikolu 24(2)

Artikolu 32(2)

 

-

Artikolu 32(3)

 

Artikolu 28(2)

Artikolu 32(4)

 

Artikolu 24(3)

Artikolu 32(5)

 

-

Artikolu 33(1)

 

Artikolu 31(1)

Artikolu 33(2)

 

-

Artikolu 33(3)

 

Artikolu 31(2)

Artikolu 34(1)

Artikolu 34(2)

 

Artikolu 32(1)

Artikolu 32(2)

Artikolu 34(3)

 

-

Artikolu 34(4)

 

-

Artikolu 35

 

Artikolu 35

Artikolu 36

 

Artikolu 39

Artikolu 37

 

Artikolu 40

Artikolu 38

 

Artikolu 42

Artikolu 39(1)

Artikolu 39(2)

 

Artikolu 43

Artikolu 39(3)

 

Artikolu 45(1)

Artikolu 39(4)

 

Artikolu 44

Artikolu 40

 

Artikolu 46

Artikolu 41

 

Artikolu 47

Artikolu 42

 

Artikolu 48

Artikolu 43

 

Artikolu 49

Artikolu 44

 

Artikolu 50

Artikolu 45

 

Artikolu 51

Artikolu 46

 

Artikolu 52

Artikolu 47

 

Artikolu 53(2)

Artikolu 48(1)

 

Artikolu 53(1)

Artikolu 48(2)

 

Artikolu 54(1)

Artikolu 48(3)

 

Artikolu 54(10)

Artikolu 48(4)

 

-

Artikolu 48(5)

 

54(1)

Artikolu 48(6)

 

54(3)

Artikolu 49(1)

 

Artikolu 54(4)

Artikolu 49(2)

 

Artikolu 54(5)

Artikolu 49(3)

 

Artikolu 54(2)

Artikolu 50(1)

Artikolu 50(2)

Artikolu 50(5)

 

-

Artikolu 50(3)

 

Artikolu 54(6)

Artikolu 50(4)

 

Artikolu 54(7)

Artikolu 51(1)

 

Artikolu 53(1)

Artikolu 51(2)

 

-

Artikolu 51(3)

 

Artikolu 53(4)

Artikolu 52

 

-

Artikolu 53(1)(a)

Artikolu 53(1)(b)

Artikolu 53(1)(c)

Artikolu 53(1)(d)

Artikolu 53(1)(e)

Artikolu 53(1)(g)

Artikolu 53(2)

Artikolu 53(3)

Artikolu 53(4)

 

Artikolu 55

Artikolu 53(1)(f)

 

-

Artikolu 53(5)

 

Artikolu 53(3)

Artikolu 54

 

-

Artikolu 55

 

Artikolu 56

Artikolu 56

 

Artikolu 57

Artikolu 57

 

Artikolu 58

Artikolu 58

 

Artikolu 59

Anness I

 

Anness I

Anness II

 

Anness II

Anness III

 

Anness III

Anness IV

 

-

Anness V

 

Anness V

Anness VI

 

-

Anness VII

 

Anness VI

Anness VIII

 

-

Anness IX

 

Anness VII

 

Artikolu 1

Artikolu 1

 

Artikolu 2

Artikolu 19

 

Artikolu 3

Artikolu 34

 

Artikolu 4

Artikolu 41

 

Artikolu 5

Artikolu 35

 

Artikolu 6

Artikolu 37

 

Artikolu 7

-

 

Artikolu 8

Artikolu 38

 

Artikolu 9

Artikolu 46

 

Artikolu 10

Artikolu 17

 

Artikolu 11

-

 

Artikolu 12

Artikolu 44

 

Artikolu 13

Artikolu 59


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/704/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top