This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D0680
Commission Implementing Decision (EU) 2025/680 of 8 April 2025 fixing the definitive allocation of Union aid to Member States for school fruit and vegetables and for school milk for the period from 1 August 2025 to 31 July 2026 and amending Implementing Decision (EU) 2024/845
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/680 tat-8 ta’ April 2025 li tiffissa l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2025 u l-31 ta’ Lulju 2026 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/845
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/680 tat-8 ta’ April 2025 li tiffissa l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2025 u l-31 ta’ Lulju 2026 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/845
C/2025/2028
ĠU L, 2025/680, 10.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/680/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
23/04/2026
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/680 |
10.4.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/680
tat-8 ta’ April 2025
li tiffissa l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2025 u l-31 ta’ Lulju 2026 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/845
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 (2), l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema ta’ għajnuna tal-Unjoni għall-provvista tal-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u tal-ħalib għall-iskejjel fl-istabbilimenti edukattivi (“l-iskema tal-iskejjel”), iridu jippreżentaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, it-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika li jkun imiss u, jekk applikabbli, jaġġornaw it-talba għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika attwali. |
|
(2) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-iskema tal-iskejjel, jenħtieġ li tiġi ffissata l-allokazzjoni tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel fost l-Istati Membri parteċipanti, abbażi tal-ammonti indikati fit-talba għall-għajnuna tal-Unjoni minn dawk l-Istati Membri u billi jitqiesu t-trasferimenti bejn l-allokazzjonijiet indikattivi tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 23a(4), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(3) |
L-Istati Membri kollha nnotifikaw lill-Kummissjoni bit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2025 u l-31 ta’ Lulju 2026, billi speċifikaw l-ammont ta’ għajnuna mitluba għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel jew għall-ħalib għall-iskejjel, jew għaż-żewġ partijiet tal-iskema. Fil-każ tal-Belġju, ta’ Malta u tan-Netherlands, l-ammonti mitluba qiesu t-trasferimenti bejn l-allokazzjonijiet indikattivi. |
|
(4) |
Sabiex jiġi massimizzat il-potenzjal sħiħ tal-fondi disponibbli, jenħtieġ li l-għajnuna tal-Unjoni li ma tintalabx tiġi riallokata lil dawk l-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema tal-iskejjel u li fit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni jindikaw li huma lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva tagħhom, dejjem jekk ikunu disponibbli riżorsi addizzjonali. |
|
(5) |
Il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja nnotifikaw li huma lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel. Madankollu, l-ebda Stat Membru ma talab anqas mill-allokazzjoni indikattiva għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel. Il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovakkja nnotifikaw li huma lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva għall-ħalib għall-iskejjel. Madankollu, l-ebda Stat Membru ma talab anqas mill-allokazzjoni indikattiva għall-ħalib għall-iskejjel. |
|
(6) |
Abbażi tal-informazzjoni notifikata mill-Istati Membri, jenħtieġ li tiġi ffissata l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2025 u l-31 ta’ Lulju 2026. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/845 (4) iffissat l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel fost l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema tal-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2024 u l-31 ta’ Lulju 2025. |
|
(8) |
Tliet Stati Membri aġġornaw it-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika 2024/2025: il-Ġermanja, Spanja u l-Ungerija nnotifikaw it-trasferimenti bejn l-allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u l-allokazzjoni definittiva għall-ħalib għall-iskejjel. L-ebda Stat Membru ma talab anqas mill-allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel. Il-Belġju, iċ-Ċekja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Awstrija, ir-Rumanija u s-Slovakkja nnotifikaw li huma lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel. L-ebda Stat Membru ma talab anqas mill-allokazzjoni definittiva għall-ħalib għall-iskejjel. Iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u l-Iżvezja nnotifikaw li huma lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni definittiva għall-ħalib għall-iskejjel. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/845 tiġi emendata kif xieraq. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel fost l-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema tal-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2025 u l-31 ta’ Lulju 2026 hija stabbilita fl-Anness I.
Artikolu 2
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2024/845 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2025.
Għall-Kummissjoni
Christophe HANSEN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1370/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi ( ĠU L 5, 10.1.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/39/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 ( ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/845 tat-12 ta’ Marzu 2024 li tistabbilixxi l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2024 u l-31 ta’ Lulju 2025 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/655 (ĠU L, 2024/845, 14.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/845/oj).
ANNESS I
Sena skolastika 2025/2026
|
Stat Membru |
Allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel f’EUR |
Allokazzjoni definittiva għall-ħalib għall-iskejjel f’EUR |
|
Il-Belġju |
3 866 136 |
1 383 066 |
|
Il-Bulgarija |
2 110 411 |
1 800 090 |
|
Iċ-Ċekja |
3 349 886 |
3 048 057 |
|
Id-Danimarka |
1 671 583 |
1 632 431 |
|
Il-Ġermanja |
20 373 277 |
8 910 720 |
|
L-Estonja |
396 340 |
754 955 |
|
L-Irlanda |
1 889 775 |
826 537 |
|
Il-Greċja |
3 149 503 |
1 464 086 |
|
Spanja |
13 407 407 |
6 023 462 |
|
Franza |
22 720 501 |
9 979 209 |
|
Il-Kroazja |
1 278 964 |
610 533 |
|
L-Italja |
15 293 816 |
6 910 347 |
|
Ċipru |
290 000 |
252 652 |
|
Il-Latvja |
649 309 |
868 581 |
|
Il-Litwanja |
891 870 |
1 236 781 |
|
Il-Lussemburgu |
290 000 |
193 000 |
|
L-Ungerija |
2 894 429 |
2 970 122 |
|
Malta |
326 670 |
156 330 |
|
In-Netherlands |
5 521 523 |
1 632 699 |
|
L-Awstrija |
2 320 736 |
1 015 027 |
|
Il-Polonja |
12 138 186 |
12 791 591 |
|
Il-Portugall |
2 804 412 |
1 301 261 |
|
Ir-Rumanija |
6 178 236 |
11 303 390 |
|
Is-Slovenja |
665 306 |
305 638 |
|
Is-Slovakkja |
1 851 325 |
1 659 402 |
|
Il-Finlandja |
1 672 943 |
2 731 455 |
|
L-Iżvezja |
3 404 234 |
7 635 935 |
|
Total |
131 406 778 |
89 397 357 |
ANNESS II
“ANNESS I
Sena skolastika 2024/2025
|
Stat Membru |
Allokazzjoni definittiva għall- frott u l-ħxejjex għall-iskejjel f’EUR |
Allokazzjoni definittiva għall- ħalib għall-iskejjel f’EUR |
|
Il-Belġju |
3 866 136 |
1 383 066 |
|
Il-Bulgarija |
2 185 083 |
1 800 090 |
|
Iċ-Ċekja |
3 471 298 |
3 048 057 |
|
Id-Danimarka |
1 738 084 |
1 632 431 |
|
Il-Ġermanja |
21 088 189 |
9 036 819 |
|
L-Estonja |
412 171 |
754 955 |
|
L-Irlanda |
1 964 838 |
826 537 |
|
Il-Greċja |
3 149 503 |
1 464 086 |
|
Spanja |
14 598 879 |
5 342 000 |
|
Franza |
22 720 501 |
9 979 209 |
|
Il-Kroazja |
1 319 431 |
610 533 |
|
L-Italja |
15 293 816 |
6 910 347 |
|
Ċipru |
300 835 |
252 652 |
|
Il-Latvja |
672 013 |
868 581 |
|
Il-Litwanja |
923 640 |
1 236 781 |
|
Il-Lussemburgu |
297 664 |
193 000 |
|
L-Ungerija |
3 589 688 |
2 376 098 |
|
Malta |
312 950 |
170 050 |
|
In-Netherlands |
5 721 331 |
1 632 699 |
|
L-Awstrija |
2 415 705 |
1 015 027 |
|
Il-Polonja |
12 559 346 |
12 791 591 |
|
Il-Portugall |
2 804 412 |
1 301 261 |
|
Ir-Rumanija |
6 178 236 |
11 303 390 |
|
Is-Slovenja |
689 465 |
305 638 |
|
Is-Slovakkja |
1 915 441 |
1 659 402 |
|
Il-Finlandja |
1 672 943 |
2 731 455 |
|
L-Iżvezja |
0 |
8 316 782 |
|
Total |
131 861 598 |
88 942 537 . |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/680/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)