This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D0426
Council Decision (EU) 2025/426 of 24 February 2025 on the signing, on behalf of the European Union, of the Agreement between the European Union and the Federative Republic of Brazil on cooperation with and through the European Union Agency for Law Enforcement Cooperation (Europol) and the Federal Police of Brazil
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/426 tal-24 ta’ Frar 2025 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-Pulizija Federali tal-Brażil u permezz tagħhom
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/426 tal-24 ta’ Frar 2025 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-Pulizija Federali tal-Brażil u permezz tagħhom
ST/5616/2025/INIT
ĠU L, 2025/426, 28.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/426/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/426 |
28.2.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/426
tal-24 ta’ Frar 2025
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-Pulizija Federali tal-Brażil u permezz tagħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) u l-Artikolu 88 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jipprevedi li huwa possibbli li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) tittrasferixxi data personali lil awtorità ta’ pajjiż terz abbażi, fost l-oħrajn, ta’ ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jipprovdi salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi. |
|
(2) |
Fil-15 ta’ Mejju 2023, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika Federattiva tal-Brażil għal ftehim dwar l-iskambju ta’ data personali bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tal-Brażil fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu. |
|
(3) |
In-negozjati għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar il-kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-Pulizija Federali tal-Brażil u permezz tagħhom (il-“Ftehim”) ġew konklużi b’suċċess, u t-test tal-Ftehim ġie inizjalat fit-18 ta’ Ottubru 2024. |
|
(4) |
Il-Ftehim jistabbilixxi relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tal-Brażil, u jippermetti t-trasferiment ta’ data personali u mhux personali bejniethom, bl-għan li jiġu miġġielda l-kriminalità serja u t-terroriżmu u Li tiġi protetta s-sigurtà tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha. |
|
(5) |
Il-Ftehim jiżgura r-rispett sħiħ għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”), inkluż id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, rikonoxxut fl-Artikolu 7 tal-Karta, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, rikonoxxut fl-Artikolu 8 tal-Karta, u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta. Il-Ftehim jinkludi salvagwardji adegwati għall-protezzjoni ta’ data personali trasferita mill-Europol skont il-Ftehim. |
|
(6) |
Il-Ftehim ma jaffettwax u huwa mingħajr preġudizzju għat-trasferiment ta’ data personali jew forom oħra ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali. |
|
(7) |
L-Irlanda hija marbuta bir-Regolament (UE) 2016/794 u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(9) |
Il-kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta l-Opinjoni tiegħu 2/2025 fl-10 ta’ Frar 2025. |
|
(10) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-Pulizija Federali tal-Brażil u permezz tagħhom huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (2).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
C. SIEKIERSKI
(1) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/794/oj).
(2) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppublikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/426/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)