This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D02478
Council Decision of 14 April 2025 replacing a member of the Management Board of the European Centre for the Development of Vocational Training (Cedefop) for Austria
Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2025 li tissostitwixxi membru tal- Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għall-Awstrija
Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2025 li tissostitwixxi membru tal- Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għall-Awstrija
ST/7070/2025/INIT
ĠU C, C/2025/2478, 29.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2478/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2478 |
29.4.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ April 2025
li tissostitwixxi membru tal- Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għall-Awstrija
(C/2025/2478)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tat-28 ta’ Marzu 2023 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-perjodu mill-1 ta’ April 2023 sal-31 ta’ Marzu 2027. |
|
(2) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Gerhard RIEMER sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem. |
|
(3) |
L-organizzazzjoni ta’ min iħaddem BusinessEurope nnominat kandidat għas-siġġu vakanti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Viktor FLEISCHER huwa maħtur membru tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali minflok is-Sur Gerhard RIEMER għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta’ Marzu 2027.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ April 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Marzu 2023 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (ĠU C 116, 31.3.2023, p. 15).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2478/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)