This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R2838
Regulation (EU) 2024/2838 of the European Parliament and of the Council of 23 October 2024 amending Regulations (EU) No 1379/2013, (EU) No 167/2013 and (EU) No 168/2013 as regards certain reporting requirements (Text with EEA relevance)
Regolament (UE) 2024/2838 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1379/2013, (UE) Nru 167/2013 u (UE) Nru 168/2013 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rappurtar (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament (UE) 2024/2838 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1379/2013, (UE) Nru 167/2013 u (UE) Nru 168/2013 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rappurtar (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
PE/58/2024/REV/1
ĠU L, 2024/2838, 7.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2838/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2838 |
7.11.2024 |
REGOLAMENT (UE) 2024/2838 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ Ottubru 2024
li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1379/2013, (UE) Nru 167/2013 u (UE) Nru 168/2013 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rappurtar
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Ir-rekwiżiti ta’ rapportar għandhom rwol ewlieni fl-iżgurar ta’ monitoraġġ xieraq u infurzar korrett tal-atti legali tal-Unjoni.. Madankollu, huwa importanti li tali rekwiżiti jiġu ssimplifikati sabiex jiġi żgurat li jissodisfaw l-iskop li kienu maħsuba għalih u biex jiġi limitat il-piż amministrattiv. |
|
(2) |
Għalhekk, is-simplifikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar u t-tnaqqis tal-piżamministrattiv huma prijorità. Ir-Regolamenti (UE) Nru 1379/2013 (3), (UE) Nru 167/2013 (4) u (UE) Nru 168/2013 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fihom numru ta’ rekwiżiti ta’ rapportar fl-oqsma tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq li jenħtieġ li jiġu ssimplifikati f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2023, bit-titolu “Il-kompetittività fit-tul tal-UE: inħarsu lil hinn mill-2030”. |
|
(3) |
Dan ir-Regolament ineħħi u jissimplifika r-rekwiżiti ta’ rapportar li ma għadhomx meqjusa meħtieġa fil-qasam tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura u li jaffettwaw l-industrija tas-sajd u fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 jipprovdi li r-regoli li jistabbilixxu standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni, b’mod partikolari dawk stabbiliti, inter alia, fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 (6) għandhom jibqgħu japplikaw. |
|
(5) |
L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2406/96 jeħtieġ li kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni lista tal-ismijiet u l-indirizzi tal-esperti u l-organizzazzjonijiet kummerċjali maħtura biex jikklassifikaw il-prodotti tas-sajd għall-freskezza u d-daqs mhux aktar tard minn xahar qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament, u li sussegwentement għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe emenda fil-lista. Peress li dak ir-rekwiżit huwa skadut u ma għadux meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013, jenħtieġ li ma jibqax japplika. |
|
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 jistabbilixxi r-regoli dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija. |
|
(7) |
L-Artikoli 74 u 75 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 jirrikjedu li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip u tal-approvazzjonijiet tal-vetturi individwali rispettivament, u jirrikjedu li l-Kummissjoni tissottometti rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fl-2022, il-Kummissjoni wettqet studjudwar il-kwistjonijiet soġġetti għal dawk l-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ rapportar. Peress li dak l-istudju ddetermina li l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip u tal-approvazzjoni tal-vetturi individwali huma sodisfaċenti, jenħtieġ li dawk l-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ rapportar majibqgħux japplikaw. |
|
(8) |
Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 jistabbilixxi r-regoli dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u għall-kwadriċikli. |
|
(9) |
L-Artikoli 78 u 80 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jirrikjedu li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip u tal-approvazzjonijiet tal-vetturi individwali rispettivament, u jirrikjedu li l-Kummissjoni tissottometti rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fl-2022, il-Kummissjoni wettqet studju dwar il-kwistjonijiet soġġetti għal dawk l-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ rapportar. Peress li dak l-istudju ddetermina li l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip u tal-approvazzjoni tal-vetturi individwali huma sodisfaċenti, jenħtieġ li dawk l-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ rapportar ma jibqgħux japplikaw. |
|
(10) |
Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 1379/2013, (UE) Nru 167/2013 u (UE) Nru 168/2013, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
|
(11) |
Għalhekk, ir-Regolamenti (UE) Nru 1379/2013, (UE) Nru 167/2013 u (UE) Nru 168/2013 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1379/2013
Fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, ir-regoli li jistabbilixxu standards komuni għall-kummerċjalizzazzjoni, b’mod partikolari dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 (*1), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1536/92 (*2) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 (*3), bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 13 tiegħu, għandhom ikomplu japplikaw. Ir-regoli adottati għall-applikazzjoni ta’ standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni, bħal dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3703/85 (*4), għandhom ikomplu japplikaw.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 167/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 74 jitħassar |
|
(2) |
L-Artikolu 75 jitħassar. |
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 168/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 78 jitħassar. |
|
(2) |
L-Artikolu 80 jitħassar. |
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-23 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
ZSIGMOND B. P.
(1) ĠU C, C/2024/1587, 5.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1587/oj.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Frar 2024 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat 8 ta’ Ottubru 2024.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 tas-26 ta’ Novembru 1996 li jistabbilixxi standards komuni għall-marketing għal ċerti prodotti tal-industrija tas-sajd (ĠU L 334, 23.12.1996, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2838/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)