This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R2185
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/2185 of 3 September 2024 concerning the authorisation of a preparation of Bacillus subtilis FERM BP-07462, Enterococcus lactis FERM BP-10867 and Clostridium butyricum FERM BP-10866 as a feed additive for all poultry species for fattening, all poultry species reared for laying or breeding and ornamental birds (holder of authorisation: Toa Biopharma Co., Ltd.)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2185 tat-3 ta’ Settembru 2024 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus subtilis FERM BP-07462, Enterococcus lactis FERM BP-10867 u Clostridium butyricum FERM BP-10866 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-pollam tas-simna, għall-ispeċijiet kollha tal-pollam imrobbija għall-bajd jew għat-tnissil u għall-għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni: Toa Biopharma Co., Ltd.)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2185 tat-3 ta’ Settembru 2024 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus subtilis FERM BP-07462, Enterococcus lactis FERM BP-10867 u Clostridium butyricum FERM BP-10866 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-pollam tas-simna, għall-ispeċijiet kollha tal-pollam imrobbija għall-bajd jew għat-tnissil u għall-għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni: Toa Biopharma Co., Ltd.)
C/2024/5963
ĠU L, 2024/2185, 4.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2185/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2185 |
4.9.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2185
tat-3 ta’ Settembru 2024
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus subtilis FERM BP-07462, Enterococcus lactis FERM BP-10867 u Clostridium butyricum FERM BP-10866 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-pollam tas-simna, għall-ispeċijiet kollha tal-pollam imrobbija għall-bajd jew għat-tnissil u għall-għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni: Toa Biopharma Co., Ltd.)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus subtilis FERM BP-07462, Enterococcus lactis FERM BP-10867 u Clostridium butyricum FERM BP-10866. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus subtilis FERM BP-07462, Enterococcus lactis FERM BP-10867 u Clostridium butyricum FERM BP-10866 bħala addittiv tal-għalf biex jintuża fl-għalf u fl-ilma tax-xorb għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd jew għat-tnissil, għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għall-bajd jew għat-tnissil u għall-ispeċijiet minuri kollha tat-tjur, inklużi l-għasafar għall-isport, l-għasafar eżotiċi u l-għasafar ornamentali l-oħra kollha, sal-punt tal-qatla jew tal-bidien, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “stabbilizzaturi tal-flora intestinali”. |
|
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tal-4 ta’ Mejju 2022 (2) u tas-27 ta’ Settembru 2023 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparat ta’ Bacillus subtilis FERM BP-07462, Enterococcus lactis FERM BP-10867 u Clostridium butyricum FERM BP-10866 hija sikura għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumaturi u għall-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-preparat mhuwiex irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn iżda huwa sensitizzatur respiratorju, filwaqt li minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni pprovduta ma setgħet tinsilet l-ebda konklużjoni dwar il-potenzjal tiegħu li jkun sensitizzatur tal-ġilda. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat huwa effikaċi għall-ispeċijiet fil-mira fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti. L-Awtorità kkonkludiet li l-preparat huwa kompatibbli mal-koċċidjostati diklażuril, dekokinat u alofuġinon, filwaqt li ma setgħet tinsilet l-ebda konklużjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ dak il-preparat mal-koċċidjostati monensina tas-sodju, salinomiċina tas-sodju, narasina, idroklorur tar-robenidina u ammonju tal-maduramiċina. Ma kinitx tal-fehma li hemm ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf u fl-ilma, li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Fl-21 ta’ Ġunju 2024, l-applikant irtira l-applikazzjoni fir-rigward tar-rikonoxximent tal-kompatibbiltà tal-użu tal-preparat ta’ Bacillus subtilis FERM BP-07462, Enterococcus lactis FERM BP-10867 u Clostridium butyricum FERM BP-10866 mal-koċċidjostati li ġejjin: monensina tas-sodju, salinomiċina tas-sodju, narasina, kloridrat tar-robenidina u maduramiċina tal-ammonju. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-preparat ta’ Bacillus subtilis FERM BP-07462, Enterococcus lactis FERM BP-10867 u Clostridium butyricum FERM BP-10866 jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta’ dak il-preparat. Huwa xieraq li jiġi indikat li l-preparat jista’ jintuża simultanjament mal-koċċidjostati diklażuril, dekokinat u alofuġinon. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzaturi tal-flora intestinali”, huwa awtorizzat bħala addittiv għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) EFSA Journal 2022;20(6):7342.
(3) EFSA Journal 2023;21(11):8343.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-additiv tal-għalf |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
|
CFU/kg ta’ għalf komplut b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
CFU/l ta’ ilma tax-xorb |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzaturi tal-flora intestinali |
|||||||||||||||||||
|
4b1895 |
Toa Biopharma Co., Ltd., il-Ġappun, irrappreżentata minn Toa Biopharma Co., Ltd., Uffiċċju Rappreżentanti fl-Ewropa |
Bacillus subtilis FERM BP-07462, Enterococcus lactis FERM BP-10867 u Clostridium butyricum FERM BP-10866 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Bacillus subtilis FERM BP-07462, Enterococcus lactis FERM BP-10867 u Clostridium butyricum FERM BP-10866 li fih minimu ta’ 12 × 108 CFU/g ta’ addittiv (Proporzjon ta’ 1:10:1) Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Spori vijabbli ta’ Bacillus subtilis FERM BP-07462, Enterococcus lactis FERM BP-10867 u Clostridium butyricum FERM BP-10866 Metodu analitiku (1) Identifikazzjoni: Metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA jew Elettroforeżi fuq Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE, Pulsed Field Gel Electrophoresis) — CEN/TS 17697. Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli, fl-għalf kompost u fl-ilma ta’: Bacillus subtilis FERM BP-07462: Il-metodu tat-tifrix bl-użu tat-tryptone soya agar (EN 15784) Enterococcus lactis FERM BP-10867: Il-metodu tat-tifrix bl-użu ta’ agar eskulin ażid tal-aċidu biljari (EN 15788) Clostridium butyricum FERM BP-10866: Il-metodu tat-tferrigħ bl-użu tal-agar tas-sulfit tal-ħadid (ISO 15213) |
L-ispeċijiet kollha ta’ pollam tas-simna L-ispeċijiet kollha ta’ pollam imrobbija għall-bajd L-ispeċijiet kollha ta’ pollam imrobbija għat-tnissil |
— |
2,4 × 108 |
— |
1,2 × 108 |
— |
|
l-24 ta’ Settembru 2034 |
||||||||
|
Għasafar ornamentali |
Punt tal-bidien |
2,4 × 108 |
— |
1,2 × 108 |
— |
||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2185/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)