Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1990

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1990 tat-22 ta’ Lulju 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1763 fir-rigward ta’ bidla amministrattiva lill-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-familja tal-prodotti bijoċidali Lactic acid Family — Quatchem

C/2024/5030

ĠU L, 2024/1990, 23.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1990/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1990/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1990

23.7.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1990

tat-22 ta’ Lulju 2024

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1763 fir-rigward ta’ bidla amministrattiva lill-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-familja tal-prodotti bijoċidali “Lactic acid Family — Quatchem”

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Settembru 2023, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1763 (2) ta awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0030143-0000 lil Arrow Regulatory (Ireland) Limited għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-familja tal-prodotti bijoċidali “Lactic acid Family – Quatchem”.

(2)

Fil-25 ta’ Jannar 2024, Arrow Regulatory (Ireland) Limited ressqet notifika lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”), f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 (3), rigward bidla amministrattiva lill-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja tal-prodotti bijoċidali “Lactic acid Family – Quatchem” kif imsemmi fit-Titlu 1, it-Taqsima 1 tal-Anness ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Arrow Regulatory (Ireland) Limited ipproponiet li tittrasferixxi l-awtorizzazzjoni lil detentur ġdid stabbilit fiż-Żona Ekonomika Ewropea kif stabbilit fit-Titolu 1, it-Taqsima 1, il-punt 3, tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013. In-notifika ġiet irreġistrata fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali bin-numru tal-każ BC-PG091934-25.

(4)

Fit-12 ta’ Marzu 2024, l-Aġenzija ppreżentat opinjoni (4) lill-Kummissjoni dwar il-bidla proposta, f’konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013. L-opinjoni tikkonkludi li l-emenda fl-awtorizzazzjoni eżistenti mitluba mid-detentur tal-awtorizzazzjoni taqa’ taħt l-Artikolu 50(3), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li l-partijiet qablu dwar it-trasferiment tal-awtorizzazzjoni, li d-detentur tal-awtorizzazzjoni l-ġdid prospettiv huwa stabbilit fl-Unjoni, u li wara l-implimentazzjoni tal-bidliet, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ikunu għadhom issodisfati.

(5)

Fit-3 ta’ April 2024, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni s-sommarju rivedut tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013.

(6)

Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk jidhrilha li jixraq tiġi emendata l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja tal-prodotti bijoċidali “Lactic acid Family – Quatchem”.

(7)

Ħlief għall-emenda dwar it-trasferiment tal-awtorizzazzjoni lil detentur ġdid, l-informazzjoni l-oħra kollha inkluża fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali ta’ “Lactic acid Family – Quatchem” kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1763 tibqa’ l-istess. Sabiex tissaħħaħ iċ-ċarezza u jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-utenti u tal-partijiet interessati għall-verżjoni konsolidata finali tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali li għandha tiġi ppubblikata mill-Aġenzija, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1763 jiġi sostitwit fl-intier tiegħu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1763 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, l-isem “Arrow Regulatory (Ireland) Limited” huwa sostitwit bl-isem “Neogen Italia S.r.l.”;

(2)

l-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1763 tat-12 ta’ Settembru 2023 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “Lactic acid Family - Quatchem” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 225, 13.9.2023, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1763/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta’ April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/354/oj).

(4)  ECHA opinion on an administrative change of the Union authorisation of ‘Lactic acid Family – QuatChem’ of 12 March 2024, Opinion No. UTR-C-1719298-59-00/F, https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation.


ANNESS

SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT GĦAL FAMILJA TA’ PRODOTTI BIJOĊIDALI

Lactic acid Family - Quatchem

Tip(i) ta’ prodott

PT03: Iġjene veterinarja

Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0030143-0000

Numru tal-assi R4BP: EU-0030143-0000

PARTI I

L-EWWEL LIVELL TA’ INFORMAZZJONI

1.   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.1.   Kunjom

Isem

Lactic acid Family - Quatchem

1.2.   Tip(i) ta’ prodott

Tip(i) ta’ prodott

PT03: Iġjene veterinarja

1.3.   Detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni

Isem

Neogen Italia S.r.l.

Indirizz

c/o REGUS Palazzo Bernini

Centro Direzionale Milano Due, Via Fratelli Cervi snc

20054 - Segrate, Milan

l-Italja

Numru tal-awtorizzazzjoni

 

EU-0030143-0000

Numru tal-assi R4BP

 

EU-0030143-0000

Data tal-awtorizzazzjoni

 

It-3 ta’ Ottubru 2023

Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni

 

It-30 ta’ Settembru 2033

1.4.   Manifattur(i) tal-prodott

Isem tal-manifattur

Quat-Chem Ltd. A Neogen Company

Indirizz tal-manifattur

1-4 Sandfield Industrial Park, Dodgson Street, Rochdale OL16 5SJ Lancashire Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Post ta’ siti ta’ manifattura

Quat-Chem Ltd. A Neogen Company site 1

1-4 Sandfield Industrial Park, Dodgson Street, Rochdale OL16 5SJ Lancashire Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

1.5.   Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)

Sustanza attiva

Aċidu L-(+)-lattiku

Isem tal-manifattur

Purac Biochem bv

Indirizz tal-manifattur

Arkelsedijk 46 4206 AC Gorinchem In-Netherlands

Post ta’ siti ta’ manifattura

Purac Biochem bv site 1

Arkelsedijk 46 4206 AC Gorinchem In-Netherlands


Sustanza attiva

Aċidu L-(+)-lattiku

Isem tal-manifattur

Jungbunzlauer S. A

Indirizz tal-manifattur

Z.I. et Portuaire, B.P. 32 FR-67390 Marckolsheim Franza

Post ta’ siti ta’ manifattura

Jungbunzlauer S. A site 1

Z.I. et Portuaire, B.P. 32 FR-67390 Marckolsheim Franza

2.   KOMPOŻIZZJONI TAL-FAMILJA TAL-PRODOTT U FORMULAZZJONI

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-familja

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru EC

Kontenut (%)

Aċidu L-(+)-lattiku

 

sustanza attiva

79-33-4

201-196-2

4 - 4 % (w/w)

2.2.   Tip(i) ta’ formulazzjoni

Tip(i) ta’ formulazzjoni

AL Kwalunkwe likwidu ieħor

PARTI II

IT-TIENI LIVELL TA’ INFORMAZZJONI META SPC(S)

1.   META SPC 1 INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.1.   Meta SPC 1 identifikatur

Identifikatur

Meta SPC: meta SPC 1

1.2.   Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni

Numru

1-1

1.3.   Tip(i) ta’ prodott

Tip(i) ta’ prodott

PT03: Iġjene veterinarja

2.   KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 1

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 1

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru EC

Kontenut (%)

Aċidu L-(+)-lattiku

 

sustanza attiva

79-33-4

201-196-2

4 - 4 % (w/w)

2.2.   Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 1

Tip(i) ta’ formulazzjoni

AL Kwalunkwe likwidu ieħor

3.   DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 1

Dikjarazzjonijiet ta’ periklu

H315: Jikkawża irritazzjoni tal-ġilda.

H318: Jagħmel ħsara serja lill-għajnejn.

Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni

P280: Ilbes ingwanti protettivi.

P280: Ilbes protezzjoni għall-għajnejn.

P264: Aħsel idejk sew wara li tużah.

P305+P351+P338: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli sabiex tneħħihom. Kompli laħlaħ.

P310: Ikkuntattja immedjatament tabib.

P302+P352: JEKK FUQ IL-ĠILDA: Aħsel b’ħafna ilma.

P332+P313: Jekk ikun hemm irritazzjoni tal-ġilda:Ikkonsulta tabib.

P332+P313: Jekk ikun hemm irritazzjoni tal-ġilda:Ikkonsulta tabib.

P362+P364: Neħħi l-ħwejjeġ kontaminati u aħsilhom qabel ma terġa’ tużahom.

P501: Armi l-l-kontenut fi punt ta’ ġbir ta’ skart perikoluż jew speċjali, skont ir-regolamenti nazzjonali.

P501: Armi l-il-kontenitur fi punt ta’ ġbir ta’ skart perikoluż jew speċjali, skont ir-regolamenti nazzjonali.

4.   UŻU/I AWTORIZZAT(I) TAL-META SPC

4.1.   Deskrizzjoni tal-użu

Tabella 1.

Uża #1.1 — Diżinfezzjoni tal-bżieżel wara l-ħlib — tgħaddis manwali

Tip ta’ prodott

PT03: Iġjene veterinarja

Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

-

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem xjentifiku: Bakterja

Isem komuni: Bakterja

Istadju iżvilupp: -

Isem xjentifiku: Ħmejjer

Isem komuni: Ħmejjer

Istadju iżvilupp: -

Qasam/Oqsma ta’ użu

użu fuq ġewwa

Diżinfezzjoni tal-bżieżel wara l-ħlib b’tgħaddis manwali bl-użu ta’ kikkra tat-tgħaddis

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: Tgħaddis manwali bl-użu ta’ kikkra tat-tgħaddis

Deskrizzjoni dettaljata: Ħin ta’ kuntatt għat-tgħaddis f’temperatura ta’ 30°C f’kundizzjonijiet maħmuġin: - 5 min għal batterji u ħmejjer.

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ applikazzjoni: 5 sa 10 ml kull beżżula

Dilwizzjoni (%): Prodott RTU (lest għall-użu)

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

sa darbtejn kull jum

Kategorija/i ta’ utenti

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Kontenitur tal-polietilen ta’ densità għolja (HDPE) ta’ 1 000 litru b’għatu tal-HDPE;

Bittija tal-plastik ta’ 200 litru; b’għatu tal-HDPE;

Kartell tal-HDPE ta’ 25 litri b’tapp bil-kamin tal-HDPE DIN 61 jew ekwivalenti;

Kartell tal-HDPE ta’ 5 litri b’tapp bil-kamin tal-HDPE DIN 51 jew ekwivalenti.

4.1.1.   Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

Il-prodott għandu jiġi applikat wara l-ħlib bl-użu ta’ kikkra tat-tgħaddis.

Naddaf il-bżieżel minn qabel b’biċċa xotta, ferra l-prodott fir-reċipjent tal-kikkra tat-tgħaddis. Meta tuża kikkra tat-tgħaddis, il-kikkra tiġi applikata fuq kull beżżula waħda wara l-oħra u l-operatur jagħfas il-prodott mir-reċipjent għal ġol-kikkra. Il-kikkra għandha valv li ma jħallix ritorn lura sabiex kwalunkwe prodott residwu ma jkunx jista’ jmur lura fir-reċipjent.

4.1.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

4.1.3.   Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

4.1.4.   Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

4.1.5.   Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

4.2.   Deskrizzjoni tal-użu

Tabella 2.

Uża #1.2 — Diżinfezzjoni tal-bżieżel wara l-ħlib — sprejjar

Tip ta’ prodott

PT03: Iġjene veterinarja

Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

-

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem xjentifiku: Bakterja

Isem komuni: Bakterja

Istadju iżvilupp: -

Isem xjentifiku: Ħmejjer

Isem komuni: Ħmejjer

Istadju iżvilupp: -

Qasam/Oqsma ta’ użu

użu fuq ġewwa

Diżinfezzjoni tal-bżieżel wara l-ħlib bl-użu ta’ sprejer li jinżamm fl-idejn

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: Sprejjar manwali bl-użu ta’ sprejer li jinżamm fl-idejn

Deskrizzjoni dettaljata: Ħin ta’ kuntatt għall-isprejjarf’temperatura ta’ 30°C f’kundizzjonijiet maħmuġin: - 5 min għal batterji u ħmejjer.

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ applikazzjoni: 5 sa 10 ml kull beżżula

Dilwizzjoni (%): Prodott RTU

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

sa darbtejn kull jum

Kategorija/i ta’ utenti

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Kontenitur tal-HDPE tal-1 000 litru b’għatu tal-HDPE;

Bittija tal-plastik ta’ 200 litru; b’għatu tal-HDPE;

Kartell tal-HDPE ta’ 25 litri b’tapp bil-kamin tal-HDPE DIN 61 jew ekwivalenti;

Kartell tal-HDPE ta’ 5 litri b’tapp bil-kamin tal-HDPE DIN 51 jew ekwivalenti.

4.2.1.   Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

Il-prodott għandu jiġi applikat wara l-ħlib bl-użu ta’ sprejer li jinżamm fl-idejn.

Naddaf il-bżieżel minn qabel b’biċċa xotta, ferra l-prodott fir-reċipjent tal-isprejer. L-operatur se jisprejja lil kull annimal darba wara l-ħlib.

4.2.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

Utenti professjonali jridu jiżguraw li ma jkunx hemm persuni professjonali oħra li mhumiex l-utent preżenti fiż-żona tat-trattament waqt il-proċess ta’ diżinfezzjoni bl-isprejer. Jekk huwa meħtieġ li jkun hemm persuni professjonali li mhumiex l-utent preżenti, l-utenti professjonali jridu jiżguraw li dawn jilbsu l-istess tip ta’ PPE bħall-operatur.

4.2.3.   Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

4.2.4.   Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

4.2.5.   Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

5.   STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU TAL-META SPC 1

5.1.   Struzzjonijiet għall-użu

Ara l-istruzzjonijiet dwar l-użu speċifiċi għall-użu ta’ meta SPC 1.

Dejjem aqra t-tikketta jew il-fuljett qabel l-użu.

Il-prodott irid jinġab f’temperatura tal-kamra qabel jintuża. L-ammont ta’ prodott applikat għal kull beżżula jiddependi fuq l-annimal li qed jiġi ttrattat. Għal mammiferi kbar (baqar, iġmla) – sa 10 ml kull beżżula, u għal mammiferi żgħar (nagħaġ, mogħoż) – sa 5 ml kull beżżula. Ara li l-bżieżel ikunu mgħottija kompletament bid-diżinfettant. Biex tiżgura ħin ta’ kuntatt suffiċjenti, għandha tingħata attenzjoni li l-prodott ma jitneħħiex wara applikazzjoni (eż. żomm il-baqar bilwieqfa għal tal-anqas 5 minuti).

5.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji

L-użu ta’ protezzjoni tal-għajnejn konsistenti mal-istandard Ewropew EN ISO 16321 jew ekwivalenti waqt l-immaniġġar tal-prodott huwa obbligatorju.

Evita t-trasferiment mill-id għall-għajnejn.

Ilbes ingwanti protettivi reżistenti għal sustanzi kimiċi waqt il-fażi tal-immaniġġjar tal-prodott (ingwanti tan-nitril – klassifikati taħt l-istandards Ewropej EN ISO 374 jew EN 455 jew ekwivalenti).

It-titoli sħaħ tal-istandards Ewropej indikati hawnhekk huma disponibbli taħt it-taqsima 6.

5.3.   Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Aħsel minnufih b’ħafna ilma. Wara, neħħi l-ħwejjeġ kontaminati kollha u aħsilhom qabel terġa’ tilbishom. Ibqa’ laħlaħ il-ġilda bl-ilma għal 15-il minuta. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ minnufih bl-ilma għal ħafna minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ għal tal-inqas 15-il minuta. Sejjaħ lill-112/ambulanza għal għajnuna medika.

JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Esponi lill-vittma għall-arja friska u żommha mistrieħa f’pożizzjoni komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs. Jekk ikun hemm sintomi: Sejjaħ lill-112/ambulanza għal għajnuna medika. Jekk ma jkunx hemm sintomi: Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.

JEKK JINBELA’: Laħlaħ ħalqek minnufih. Agħti lill-persuna esposta xi ħaġa x’tixrob jekk din tista’ tibla’. TIPPROVOKAX ir-remettar. Sejjaħ lill-112/ambulanza għal għajnuna medika.

5.4.   Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu

Fi tmiem it-trattament armi kull prodott li ma ntużax u l-ippakkjar skont ir-rekwiżiti lokali. Il-prodott użat jista’ jiġi fflaxxjat fid-dranaġġ miniċipali jew mormi fid-depożitu tad-demel skont ir-rekwiżiti lokali. Evita r-rilaxx f’impjant ta’ trattament individwali tad-dranaġġ.

5.5.   Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Żommu ‘l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it- tfal.

Aħżen fil-kontenitur oriġinali magħluq sew.

Aħżen bejn 0°C u + 30°C.

Żmien kemm idum tajjeb il-prodott: 24 xahar

6.   INFORMAZZJONI OĦRA

It-titoli sħaħ tal-standards Ewropej li ssir referenza għalihom fit-taqsima 5.2 ‘Miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ riskju’ huma:

 

EN ISO 16321 — Protezzjoni tal-għajnejn u tal-wiċċ għall-użu fuq il-post tax-xogħol

 

EN ISO 374 — Ingwanti protettivi kontra kimiċi u mikroorganiżmi perikolużi

 

EN 455 — Ingwanti mediċi għal użu ta’ darba

7.   IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 1

7.1.   Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali

Isem/Ismijiet kummerċjali

Synodex

qasam tas-suq: UE

Lactopost

qasam tas-suq: UE

Lactopost Y

qasam tas-suq: UE

Lactopost Plus

qasam tas-suq: UE

Lactopost Extra

qasam tas-suq: UE

Synodex Y

qasam tas-suq: UE

Synodex Extra

qasam tas-suq: UE

Synodex Plus

qasam tas-suq: UE

Udder X

qasam tas-suq: UE

Teat Care

qasam tas-suq: UE

Lacto Gold

qasam tas-suq: UE

Lacto Extra

qasam tas-suq: UE

Lactogold

qasam tas-suq: UE

Lacto Spray

qasam tas-suq: UE

Numru tal-awtorizzazzjoni

EU-0030143-0001 1-1

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru EC

Kontenut (%)

Aċidu L-(+)-lattiku

 

sustanza attiva

79-33-4

201-196-2

4 % (w/w)

7.2.   Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali

Isem/Ismijiet kummerċjali

Laxsan

qasam tas-suq: UE

Hexsan

qasam tas-suq: UE

Lactopost R

qasam tas-suq: UE

Laxsan R

qasam tas-suq: UE

Hexfoam

qasam tas-suq: UE

Deosan LA1

qasam tas-suq: UE

Hexsan Extra

qasam tas-suq: UE

Hexsan Plus

qasam tas-suq: UE

Laxsan Plus

qasam tas-suq: UE

Laxsan Extra

qasam tas-suq: UE

Hexsan R

qasam tas-suq: UE

LA1

qasam tas-suq: UE

Condition Pink

qasam tas-suq: UE

Numru tal-awtorizzazzjoni

EU-0030143-0002 1-1

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru EC

Kontenut (%)

Aċidu L-(+)-lattiku

 

sustanza attiva

79-33-4

201-196-2

4 % (w/w)

1.   META SPC 2 INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.1.   Meta SPC 2 identifikatur

Identifikatur

Meta SPC: meta SPC 2

1.2.   Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni

Numru

1-2

1.3.   Tip(i) ta’ prodott

Tip(i) ta’ prodott

PT03: Iġjene veterinarja

2.   KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 2

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 2

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru EC

Kontenut (%)

Aċidu L-(+)-lattiku

 

sustanza attiva

79-33-4

201-196-2

4 - 4 % (w/w)

2.2.   Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 2

Tip(i) ta’ formulazzjoni

AL Kwalunkwe likwidu ieħor

3.   DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 2

Dikjarazzjonijiet ta’ periklu

H315: Jikkawża irritazzjoni tal-ġilda.

H318: Jagħmel ħsara serja lill-għajnejn.

EUH208: Jinkludi iż-żejt tan-nagħniegħ. Jista’ jagħmel reazzjoni allerġika.

Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni

P280: Ilbes ingwanti protettivi.

P280: Ilbes protezzjoni għall-għajnejn.

P264: Aħsel idejk sew wara li tużah.

P305+P351+P338: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli sabiex tneħħihom. Kompli laħlaħ.

P310: Ikkuntattja immedjatament tabib.

P302+P352: JEKK FUQ IL-ĠILDA: Aħsel b’ħafna ilma.

P332+P313: Jekk ikun hemm irritazzjoni tal-ġilda:Ikkonsulta tabib.

P332+P313: Jekk ikun hemm irritazzjoni tal-ġilda:Ikkonsulta tabib.

P362+P364: Neħħi l-ħwejjeġ kontaminati u aħsilhom qabel ma terġa’ tużahom.

P501: Armi l-l-kontenut fi punt ta’ ġbir ta’ skart perikoluż jew speċjali, skont ir-regolamenti nazzjonali.

P501: Armi l-il-kontenitur fi punt ta’ ġbir ta’ skart perikoluż jew speċjali, skont ir-regolamenti nazzjonali.

4.   UŻU/I AWTORIZZAT(I) TAL-META SPC

4.1.   Deskrizzjoni tal-użu

Tabella 1.

Uża #3.1 — Diżinfezzjoni tal-bżieżel wara l-ħlib — tgħaddis manwali

Tip ta’ prodott

PT03: Iġjene veterinarja

Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

-

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem xjentifiku: Bakterja

Isem komuni: Bakterja

Istadju iżvilupp: -

Isem xjentifiku: Ħmejjer

Isem komuni: Ħmejjer

Istadju iżvilupp: -

Qasam/Oqsma ta’ użu

użu fuq ġewwa

Diżinfezzjoni tal-bżieżel wara l-ħlib b’tgħaddis manwali bl-użu ta’ kikkra tat-tgħaddis

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: Tgħaddis manwali bl-użu ta’ kikkra tat-tgħaddis

Deskrizzjoni dettaljata: Ħin ta’ kuntatt għat-tgħaddis f’temperatura ta’ 30°C f’kundizzjonijiet maħmuġin: - 5 min għal batterji u ħmejjer.

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ applikazzjoni: 5 sa 10 ml kull beżżula

Dilwizzjoni (%): Prodott RTU

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

sa darbtejn kull jum

Kategorija/i ta’ utenti

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

 

Kontenitur tal-HDPE tal-1 000 litru b’għatu tal-HDPE;

 

Bittija tal-plastik ta’ 200 litru; b’għatu tal-HDPE;

 

Kartell tal-HDPE ta’ 25 litri b’tapp bil-kamin tal-HDPE DIN 61 jew ekwivalenti;

 

Kartell tal-HDPE ta’ 5 litri b’tapp bil-kamin tal-HDPE DIN 51 jew ekwivalenti.

4.1.1.   Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

Il-prodott għandu jiġi applikat wara l-ħlib bl-użu ta’ kikkra tat-tgħaddis.

Naddaf il-bżieżel minn qabel b’biċċa xotta, ferra l-prodott fir-reċipjent tal-kikkra tat-tgħaddis. Meta tuża kikkra tat-tgħaddis, il-kikkra tiġi applikata fuq kull beżżula waħda wara l-oħra u l-operatur jagħfas il-prodott mir-reċipjent għal ġol-kikkra. Il-kikkra għandha valv li ma jħallix ritorn lura sabiex kwalunkwe prodott residwu ma jkunx jista’ jmur lura fir-reċipjent.

4.1.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

4.1.3.   Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

4.1.4.   Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

4.1.5.   Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

4.2.   Deskrizzjoni tal-użu

Tabella 2.

Uża #3.2 — Diżinfezzjoni tal-bżieżel wara l-ħlib — sprejjar

Tip ta’ prodott

PT03: Iġjene veterinarja

Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

-

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem xjentifiku: Bakterja

Isem komuni: Bakterja

Istadju iżvilupp: -

Isem xjentifiku: Ħmejjer

Isem komuni: Ħmejjer

Istadju iżvilupp: -

Qasam/Oqsma ta’ użu

użu fuq ġewwa

Diżinfezzjoni tal-bżieżel wara l-ħlib bl-użu ta’ sprejer li jinżamm fl-idejn

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: Sprejjar manwali bl-użu ta’ sprejer li jinżamm fl-idejn

Deskrizzjoni dettaljata: Ħin ta’ kuntatt għall-isprejjarf’temperatura ta’ 30°C f’kundizzjonijiet maħmuġin: - 5 min għal batterji u ħmejjer.

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ applikazzjoni: 5 sa 10 ml kull beżżula

Dilwizzjoni (%): Prodott RTU

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

sa darbtejn kull jum

Kategorija/i ta’ utenti

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

 

Kontenitur tal-HDPE tal-1 000 litru b’għatu tal-HDPE;

 

Bittija tal-plastik ta’ 200 litru; b’għatu tal-HDPE;

 

Kartell tal-HDPE ta’ 25 litri b’tapp bil-kamin tal-HDPE DIN 61 jew ekwivalenti;

 

Kartell tal-HDPE ta’ 5 litri b’tapp bil-kamin tal-HDPE DIN 51 jew ekwivalenti.

4.2.1.   Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

Il-prodott għandu jiġi applikat wara l-ħlib bl-użu ta’ sprejer li jinżamm fl-idejn.

Naddaf il-bżieżel minn qabel b’biċċa xotta, ferra l-prodott fir-reċipjent tal-isprejer. L-operatur se jisprejja lil kull annimal darba wara l-ħlib.

4.2.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara d-rdiezzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

Utenti professjonali jridu jiżguraw li ma jkunx hemm persuni professjonali oħra li mhumiex l-utent preżenti fiż-żona tat-trattament waqt il-proċess ta’ diżinfezzjoni bl-isprejer. Jekk huwa meħtieġ li jkun hemm persuni professjonali li mhumiex l-utent preżenti, l-utenti professjonali jridu jiżguraw li dawn jilbsu l-istess tip ta’ PPE bħall-operatur.

4.2.3.   Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

4.2.4.   Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

4.2.5.   Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara d-direzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.

5.   STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU TAL-META SPC 2

5.1.   Struzzjonijiet għall-użu

Ara l-istruzzjonijiet dwar l-użu speċifiċi għall-użu ta’ meta SPC 2.

Dejjem aqra t-tikketta jew il-fuljett qabel l-użu.

Il-prodott irid jinġab f’temperatura tal-kamra qabel jintuża. L-ammont ta’ prodott applikat għal kull beżżula jiddependi fuq l-annimal li qed jiġi ttrattat. Għal mammiferi kbar (baqar, iġmla) – sa 10 ml kull beżżula, u għal mammiferi żgħar (nagħaġ, mogħoż) – sa 5 ml kull beżżula. Ara li l-bżieżel ikunu mgħottija kompletament bid-diżinfettant. Biex tiżgura ħin ta’ kuntatt suffiċjenti, għandha tingħata attenzjoni li l-prodott ma jitneħħiex wara applikazzjoni (eż. żomm il-baqar bilwieqfa għal tal-anqas 5 minuti).

5.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji

L-użu ta’ protezzjoni tal-għajnejn konsistenti mal-istandard Ewropew EN ISO 16321 jew ekwivalenti waqt l-immaniġġar tal-prodott huwa obbligatorju.

Evita t-trasferiment mill-id għall-għajnejn.

Ilbes ingwanti protettivi reżistenti għal sustanzi kimiċi waqt il-fażi tal-immaniġġjar tal-prodott (ingwanti tan-nitril – klassifikati taħt l-istandards Ewropej EN ISO 374 jew EN 455 jew ekwivalenti).

It-titoli sħaħ tal-istandards Ewropej indikati hawnhekk huma disponibbli taħt it-taqsima 6.

5.3.   Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Aħsel minnufih b’ħafna ilma. Wara, neħħi l-ħwejjeġ kontaminati kollha u aħsilhom qabel terġa’ tilbishom. Ibqa’ laħlaħ il-ġilda bl-ilma għal 15-il minuta. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ minnufih bl-ilma għal ħafna minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ għal tal-inqas 15-il minuta. Sejjaħ lill-112/ambulanza għal għajnuna medika.

JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Esponi lill-vittma għall-arja friska u żommha mistrieħa f’pożizzjoni komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs. Jekk ikun hemm sintomi: Sejjaħ lill-112/ambulanza għal għajnuna medika. Jekk ma jkunx hemm sintomi: Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.

JEKK JINBELA’: Laħlaħ ħalqek minnufih. Agħti lill-persuna esposta xi ħaġa x’tixrob jekk din tista’ tibla’. TIPPROVOKAX ir-remettar. Sejjaħ lill-112/ambulanza għal għajnuna medika.

5.4.   Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu

Fi tmiem it-trattament armi kull prodott li ma ntużax u l-ippakkjar skont ir-rekwiżiti lokali. Il-prodott użat jista’ jiġi fflaxxjat fid-dranaġġ miniċipali jew mormi fid-depożitu tad-demel skont ir-rekwiżiti lokali. Evita r-rilaxx f’impjant ta’ trattament individwali tad-dranaġġ.

5.5.   Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Żommu ‘l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it- tfal.

Aħżen fil-kontenitur oriġinali magħluq sew.

Aħżen bejn 0°C u + 30°C.

Żmien kemm idum tajjeb il-prodott: 24 xahar

6.   INFORMAZZJONI OĦRA

It-titoli sħaħ tal-standards EN li ssir referenza għalihom fit-taqsima 5.2 huma dawn li ġejjin:

 

EN ISO 16321 — Protezzjoni tal-għajnejn u tal-wiċċ għall-użu fuq il-post tax-xogħol

 

EN ISO 374 — Ingwanti protettivi kontra kimiċi u mikroorganiżmi perikolużi

 

EN 455 — Ingwanti mediċi għal użu ta’ darba

7.   IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 2

7.1.   Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali

Isem/Ismijiet kummerċjali

Synoshield

qasam tas-suq: UE

Lactopost G

qasam tas-suq: UE

Synoshield P

qasam tas-suq: UE

Lactopost P

qasam tas-suq: UE

Synoshield G

qasam tas-suq: UE

Lactoshield

qasam tas-suq: UE

Lactoshield Plus

qasam tas-suq: UE

Lactoshield Extra

qasam tas-suq: UE

Synoshield Extra

qasam tas-suq: UE

Synoshield Plus

qasam tas-suq: UE

Lactopost Protect

qasam tas-suq: UE

Udder Shield

qasam tas-suq: UE

Teat Care

qasam tas-suq: UE

Mint Lacto Plus

qasam tas-suq: UE

Lacto Care G

qasam tas-suq: UE

Lactosal

qasam tas-suq: UE

Lacto Care P

qasam tas-suq: UE

Previoshield

qasam tas-suq: UE

Numru tal-awtorizzazzjoni

EU-0030143-0003 1-2

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru EC

Kontenut (%)

Aċidu L-(+)-lattiku

 

sustanza attiva

79-33-4

201-196-2

4 % (w/w)


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1990/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top