This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1987
Commission Regulation (EU) 2024/1987 of 30 July 2024 amending Regulation (EU) 2023/915 as regards maximum levels of nickel in certain foodstuffs
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/1987 tat-30 ta’ Lulju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/915 fir-rigward tal-livelli massimi tan-nikil f’ċerti prodotti alimentari
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/1987 tat-30 ta’ Lulju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/915 fir-rigward tal-livelli massimi tan-nikil f’ċerti prodotti alimentari
C/2024/5379
ĠU L, 2024/1987, 31.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1987/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1987 |
31.7.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1987
tat-30 ta’ Lulju 2024
li jemenda r-Regolament (UE) 2023/915 fir-rigward tal-livelli massimi tan-nikil f’ċerti prodotti alimentari
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/915 (2) jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fil-prodotti alimentari. |
|
(2) |
In-nikil huwa komponent mifrux tal-qoxra tad-Dinja u jinsab kullimkien fil-bijosfera. Il-preżenza tiegħu fl-ikel tista’ tirriżulta kemm minn sorsi naturali kif ukoll minn sorsi antropoġeniċi. |
|
(3) |
Fl-2015, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat Opinjoni Xjentifika dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika relatati mal-preżenza tan-nikil fl-ikel u fl-ilma tax-xorb (3). L-opinjoni identifikat it-tossiċità riproduttiva u tal-iżvilupp bħala l-effett kritiku għall-karatterizzazzjoni tar-riskju tal-esponiment orali kroniku għan-nikil. Ir-reazzjonijiet ta’ intensifikazzjoni tal-ekżema u reazzjonijiet allerġiċi li jsiru agħar ġew identifikati bħala l-effett kritiku tal-esponiment orali akut għan-nikil ta’ bnedmin li huma sensittivi għan-nikil. |
|
(4) |
Id-data relatata mal-okkorrenza tan-nikil fl-ikel u fl-ilma tax-xorb kienet disponibbli fi 15-il Stat Membru. Madankollu, minħabba l-fatt li 80 % tad-data kollha miġbura nġabret fi Stat Membru wieħed, l-Awtorità kkonkludiet li se jkun meħtieġ sett tad-data iktar mifrux għall-verifika tal-okkorrenza tan-nikil fl-ikel madwar l-Unjoni. |
|
(5) |
Permezz tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1111 (4), l-Istati Membri ġew irrakkomandati jimmonitorjaw il-preżenza tan-nikil fl-ikel fl-2016, fl-2017 u fl-2018, sabiex jiġbru aktar data dwar l-okkorrenzi. |
|
(6) |
Filwaqt li qieset din id-data ġdida dwar l-okkorrenzi kif ukoll id-disponibbiltà ta’ informazzjoni xjentifika ġdida, fl-24 ta’ Settembru 2020, l-Awtorità adottat aġġornament tal-valutazzjoni tar-riskju tan-nikil fl-ikel u fl-ilma tax-xorb (5). |
|
(7) |
L-Awtorità kkonkludiet li n-nikil jista’ jikkawża effetti kemm kroniċi kif ukoll akuti. Abbażi tal-effett kroniku kritiku tat-telf tat-tqala, l-Awtorità stabbiliet doża tollerabbli ta’ kuljum (TDI) ta’ 13 μg/kg ta’ piż tal-ġisem u l-Awtorità kkonkludiet li din it-TDI nqabżet fit-trabi li telqu jimxu, fit-tfal ta’ bejn is-36 xahar u l-10 snin kif ukoll, f’xi każijiet, fit-trabi. Għalkemm it-telf tat-tqala mhuwiex effett rilevanti għall-gruppi ta’ età żgħira, it-TDI hija wkoll protettiva għal effetti oħra rilevanti għall-gruppi ta’ età iżgħar bħall-effetti newrotossiċi. Għalhekk, l-Awtorità kkonkludiet li l-qbiż tat-TDI jista’ jqajjem tħassib dwar is-saħħa f’dawk il-gruppi ta’ età żgħira. L-awtorità kkonkludiet li l-effetti akuti kritiċi huma reazzjonijiet ta’ intensifikazzjoni tal-ekżema fil-ġilda li jseħħu fi bnedmin sensitizzati għan-nikil, li tikkonċerna madwar 15 % tal-popolazzjoni, li l-aktar livell baxx ta’ effett negattiv osservat għal dawk l-effetti akuti huwa ta’ 4,3 μg nikil/kg piż tal-ġisem u li huwa meħtieġ marġni ta’ esponiment (MOE) ta’ 30 jew ogħla biex jipproteġi kontra dawk l-effetti. Dan l-MOE ta’ 30 mhux miksub għall-esponiment medju u tal-95 perċentil, u dan iqajjem tħassib dwar is-saħħa għall-individwi sensitizzati għan-nikil. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-livelli massimi fl-ikel għan-nikil biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/915 jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Jenħtieġ li jiġi pprovdut perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-operaturi tan-negozji tal-ikel biex ikunu jistgħu jadattaw għal-livelli massimi stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(11) |
Fid-dawl tal-fatt li ċerti oġġetti tal-ikel koperti minn dan ir-Regolament għandhom ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa twila jew jistgħu jiġu pproċessati fi prodotti b’ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa twila, l-oġġetti tal-ikel li tqiegħdu fis-suq legalment qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitħallew jibqgħu fis-suq. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2023/915 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 10(1) huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/315/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/915 tal-25 ta’ April 2023 dwar il-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 (ĠU L 119, 5.5.2023, p. 103, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/915/oj).
(3) Bord tal-EFSA dwar il-kontaminanti fil-katina tal-ikel tal-EFSA (CONTAM); Scientific Opinion on the risks to public health related to the presence of nickel in food and drinking water. EFSA Journal 2015;13(2):4002, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2015.4002.
(4) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1111 tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar il-monitoraġġ tan-nikil fl-ikel (ĠU L 183, 8.7.2016, p. 70, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2016/1111/oj).
(5) Bord tal-EFSA dwar il-kontaminanti fil-katina tal-ikel tal-EFSA (CONTAM); Scientific Opinion on an update of the risk assessment of nickel in food and drinking water. EFSA Journal 2020;18(11):6268, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2020.6268.
ANNESS
Fit-Taqsima 3: “Metalli u elementi oħra” tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/915, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
“3.6 |
Nikil |
Livell massimu (mg/kg) |
Kummenti |
|
3.6.1 |
Ġewż tas-siġar |
|
Il-livell massimu japplika għall-parti li tittiekel. Il-livell massimu ma japplikax għall-ġewż tas-siġar għat-tisħiq jew għar-raffinar taż-żejt, dment li l-ġewż tas-siġar ippressat li jifdal ma jitpoġġiex fis-suq bħala ikel. F’każ li l-ġewż tas-siġar ippressat li jifdal jitqiegħed fis-suq bħala ikel, japplika l-livell massimu, filwaqt li jitqies l-Artikolu 3(1) u (2). |
|
3.6.1.1 |
Ġewż tas-siġar għajr il-prodotti elenkati fil-punt 3.6.1.2 |
3,5 |
|
|
3.6.1.2 |
Qastan, ġewż tal-arżnu, ġewż, ġewż tal-Brażil u ġewż tal-anakardju |
10 |
|
|
3.6.2 |
Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi u ħxejjex tal-basla |
0,90 |
Il-livell massimu japplika għall-piż niedi. Il-livell massimu japplika wara l-ħasil u s-separazzjoni tal-parti li tittiekel. Fir-rigward tal-patata l-livell massimu japplika għall-patata mqaxxra. |
|
3.6.3 |
Ħxejjex tal-frott |
0,40 |
Il-livell massimu japplika għall-piż niedi. Il-livell massimu japplika wara l-ħasil u s-separazzjoni tal-parti li tittiekel. |
|
3.6.4 |
Ħxejjex tal-brassika |
0,50 |
Il-livell massimu japplika għall-piż niedi. Il-livell massimu japplika wara l-ħasil u s-separazzjoni tal-parti li tittiekel. |
|
3.6.5 |
Ħaxix tal-weraq |
|
Il-livell massimu japplika għall-piż niedi. Il-livell massimu japplika wara l-ħasil u s-separazzjoni tal-parti li tittiekel. |
|
3.6.5.1 |
Ħxejjex tal-weraq ħlief il-prodotti elenkati fil-punt 3.6.5.2 |
0,50 |
|
|
3.6.5.2 |
Ħxejjex aromatiċi friski |
1,2 |
|
|
3.6.6 |
Legumi |
|
Il-livell massimu japplika għall-piż niedi. Il-livell massimu japplika wara l-ħasil u s-separazzjoni tal-parti li tittiekel. |
|
3.6.6.1 |
Legumi ħlief il-prodotti elenkati fil-punt 3.6.6.2 |
1,0 |
|
|
3.6.6.2 |
Fażola tas-sojja/edamame (Glycine max) |
6,0 |
|
|
3.6.7 |
Ħxejjex taz-zokk |
0,40 |
Il-livell massimu japplika għall-piż niedi. Il-livell massimu japplika wara l-ħasil u s-separazzjoni tal-parti li tittiekel. |
|
3.6.8 |
Ħaxix tal-baħar |
|
Għall-ħaxix tal-baħar niexef, il-livell massimu japplika għall-prodott kif imqiegħed fis-suq. Għall-ħaxix tal-baħar frisk, il-livell massimu japplika wara l-ħasil u s-separazzjoni tal-parti li tittiekel. Għall-ħaxix tal-baħar frisk, il-livell massimu japplika fuq bażi ta’ materja niexfa. (*1) |
|
3.6.8.1 |
Ħaxix tal-baħar minbarra l-prodotti elenkati fil-punt 3.6.8.2 |
30 |
|
|
3.6.8.2 |
Wakame |
40 |
|
|
3.6.9 |
Bus |
|
|
|
3.6.9.1 |
Bus minbarra l-prodotti elenkati fil-punt 3.6.9.2 |
4,0 |
|
|
3.6.9.2 |
Fażola niexfa u lupini/fażola tal-lupini niexfa |
12 |
|
|
3.6.10 |
Żrieragħ taż-żejt |
|
Il-livell massimu ma japplikax għaż-żrieragħ taż-żejt għat-tisħiq u għar-raffinar taż-żejt, sakemm iż-żrieragħ taż-żejt ippressati li jifdal ma jitqegħdux fis-suq bħala ikel. Fil-każ li l-bqija taż-żrieragħ taż-żejt ippressati jitqiegħdu fis-suq bħala ikel, japplika l-livell massimu, filwaqt li jitqiesu l-Artikoli 3(1) u (2). |
|
3.6.10.1 |
Żerriegħa tal-ġirasol |
8,0 |
|
|
3.6.10.2 |
Karawett |
12 |
|
|
3.6.10.3 |
Fażola tas-sojja |
15 |
|
|
3.6.11 |
Ċereali |
|
Il-livell massimu ma japplikax għaċ-ċereali użati għall-produzzjoni tal-birra jew tad-distillati, dment li r-residwu taċ-ċereali li jifdal ma jitqegħidx fis-suq għall-konsumatur finali bħala ikel. F’każ li r-residwu taċ-ċereali li jifdal jitqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali bħala ikel, japplika l-livell massimu, filwaqt li jitqies l-Artikolu 3(1) u (2). |
|
3.6.11.1 |
Ċereali ħlief il-prodotti elenkati fil-punti 3.6.11.2, 3.6.11.3, 3.6.11.4 u 3.6.11.5 |
0,80 Mill-1 ta’ Lulju 2026 |
|
|
3.6.11.2 |
Qamħ durum (Triticum durum) u ross ħlief prodotti elenkati f’3.6.11.3 |
1,5 Mill-1 ta’ Lulju 2026 |
|
|
3.6.11.3 |
Ross imfesdaq |
2,0 Mill-1 ta’ Lulju 2026 |
|
|
3.6.11.4 |
Psewdo ċereali u millieġ |
3,0 Mill-1 ta’ Lulju 2026 |
|
|
3.6.11.5 |
Ħafur |
5,0 Mill-1 ta’ Lulju 2026 |
Il-livell massimu japplika għall-ħbub tal-ħafur mingħajr il-ħliefa li ma tittikilx. Sabiex jiġi kkalkulat il-livell massimu għall-ħbub tal-ħafur bil-ħliefa li ma tittikilx, jeħtieġ li jiġi applikat fattur tal-ipproċessar ta’ 1,5, li jirriżulta f’livell massimu ta’ 7,5 mg/kg għall-ħafur bil-ħliefa li ma tittikilx. |
|
3.6.12 |
Prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata (14) |
|
|
|
3.6.12.1 |
Ċikkulata tal-ħalib b’kontenut totali ta’ solidi niexfa tal-kawkaw ta’ < 30 % |
2,5 |
|
|
3.6.12.2 |
Ċikkulata tal-ħalib b’kontenut totali ta’ solidi niexfa tal-kawkaw ta’ ≥ 30 % |
7,0 |
|
|
3.6.12.3 |
Trab tal-kawkaw u trab tal-kawkaw bix-xaħam imnaqqas imqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali jew bħala ingredjent fit-trab tal-kawkaw dolċifikat jew fiċ-ċikkulata f’forma ta’ trab imqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali (ċikkulata tax-xorb) |
15 |
|
|
3.6.13 |
Formuli tat-trabi, formuli tal-prosegwiment, ikel għal skopijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar (3) u formuli tat-tfal żgħar (4) |
|
Il-livell massimu japplika għall-prodott kif imqiegħed fis-suq. |
|
3.6.13.1 |
imqiegħda fis-suq bħala trab ħlief il-prodotti elenkati fil-punt 3.6.13.2 |
0,25 |
|
|
3.6.13.2 |
imqiegħda fis-suq bħala trab u manifatturati mill-iżolati tal-proteina tas-sojja, waħedhom jew f’taħlita ma’ proteini tal-ħalib tal-baqar |
0,40 |
|
|
3.6.13.3 |
imqiegħda fis-suq bħala likwidu |
0,10 |
|
|
3.6.14 |
Ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar (3) |
3,0 |
Il-livell massimu japplika għall-prodott kif imqiegħed fis-suq. |
|
3.6.15 |
Ikel tat-trabi (3) ħlief il-prodotti elenkati fil-punt 3.6.16. |
0,50 |
Il-livell massimu japplika għall-prodott kif imqiegħed fis-suq. |
|
3.6.16 |
Meraq tal-frott (9), nektar tal-frott (9) u meraq tal-ħaxix inkluż meraq tal-frott (9), nektar tal-frott (9) u meraq tal-ħaxix maħsub bħala ikel tat-trabi (3). |
|
|
|
3.6.16.1 |
Meraq tal-frott, nektar tal-frott u meraq tal-ħaxix ħlief il-prodotti elenkati fil-punt 3.6.16.2 |
0,25 |
|
|
3.6.16.2 |
Meraq tal-frott u nektar tal-frott li fihom il-meraq u nektar minn frott tal-passjoni, frott tal-kawkaw, u minn frott żgħir u berries u ilma tal-ġewż tal-Indi |
1,0 |
|
(*1) Il-materja niexfa hija ddeterminata f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ mikroelementi u ta’ kontaminanti tal-ipproċessar fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/333/oj).”.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1987/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)