This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R0793
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/793 of 6 March 2024 correcting Implementing Regulation (EU) 2023/2180 amending Implementing Regulation (EU) 2021/607 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of citric acid originating in the People’s Republic of China as extended to imports of citric acid consigned from Malaysia, whether declared as originating in Malaysia or not, following a new exporter review pursuant to Article 11(4) of Regulation (EU) 2016/1036 of the European Parliament and of the Council
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/793 tas-6 ta’ Marzu 2024 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/607 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ esportatur ġdid skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/793 tas-6 ta’ Marzu 2024 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/607 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ esportatur ġdid skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
C/2024/1336
ĠU L, 2024/793, 7.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/793/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2024/793 |
7.3.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/793
tas-6 ta’ Marzu 2024
li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/607 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ esportatur ġdid skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 11(4) u 14(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1193/2008, (2) il-Kunsill impona dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”, “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) (“il-miżuri oriġinali”). Il-miżuri kellhom l-għamla ta’ dazju ad valorem li jvarja minn 6,6 % sa 42,7 %. |
(2) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/82 (3), il-Kummissjoni estendiet il-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw fir-RPĊ għall-ħames snin b’segwitu għal rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (4) u rrevediet il-miżuri b’segwitu għal rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009. |
(3) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/607 (5), il-Kummissjoni estendiet il-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw fir-RPĊ kif estiżi għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le, għall-ħames snin b’segwitu għal rieżami ta’ skadenza. |
(4) |
Fil-31 ta’ Jannar 2023, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/185 (6) (“ir-Regolament ta’ Tnedija”), il-Kummissjoni nediet rieżami ta’ “esportatur ġdid” fir-rigward tal-produttur esportatur Seven Star Lemon Technology co., Ltd (“Seven Star”) f’konformità mal-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament, Sever Star kien ġie assenjat il-kodiċi addizzjonali TARIC A023. |
(5) |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Tnedija, l-awtoritajiet doganali ngħataw ordnijiet biex jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jirreġistraw, mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Tnedija, l-importazzjonijiet definiti fl-Artikolu 1 tal-istess Regolament. Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Tnedija, daħal fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ladarba r-Regolament ta’ Tnedija ġie ppubblikat fit-30 ta’ Jannar 2023, l-importazzjonijiet rilevanti kellhom jiġu rreġistrati sal-31 ta’ Jannar 2023. |
(6) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180 (7), il-Kummissjoni kkonkludiet ir-rieżami ta’ “esportatur ġdid” ta’ hawn fuq u żiedet lil Seven Star mal-lista tal-kumpaniji b’rati ta’ dazju individwali. Skont l-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament, il-kodiċi addizzjonali TARIC A032 ġie attribwit b’mod żbaljat lil Seven Star. Il-kodiċi addizzjonali TARIC it-tajjeb jenħtieġ li jkun A023. |
(7) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180 ta struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex iwaqqfu l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-RPĊ prodott minn Seven Star u biex jimponu retroattivament ir-rata tad-dazju anti-dumping. L-Artikolu 2 indika b’mod żbaljat li l-applikazzjoni retroattiva tad-dazju jenħtieġ li tibda tgħodd mit-30 ta’ Jannar 2023. Id-data t-tajba għall-applikazzjoni retroattiva tad-dazju anti-dumping jenħtieġ li tkun il-31 ta’ Jannar 2023. |
(8) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkoreġi l-Artikolu 1 u l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180 sabiex tirrettifika l-iżbalji msemmija fil-premessi (6) u (7). Din il-korrezzjoni jenħtieġ li ssir effettiva mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, jiġifieri t-18 ta’ Ottubru 2023. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. It-tabella fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180 hija sostitwita b’dan li ġej:
“Kumpanija |
Dazju anti-dumping |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Seven Star Lemon Technology co., Ltd |
31,5 % |
A023” |
2. L-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li jwaqqfu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ prodott minn Seven Star Lemon Technology co., Ltd. u li jimponu retroattivament ir-rata tad-dazju anti-dumping indikata fl-Artikolu 1 mill-31 ta’ Jannar 2023.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-18 ta’ Ottubru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1193/2008 tal-1 ta’ Diċembru 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazji provviżorji imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 323, 3.12.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/82 tal-21 ta’ Jannar 2015 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 u ta’ rieżamijiet interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 15, 22.1.2015, p. 8).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/607 tal-14 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 129, 15.4.2021, p. 73).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/185 tas-27 ta’ Jannar 2023 li jniedi rieżami ta’ “esportatur ġdid” tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/607 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, li jħassar id-dazju fir-rigward tal-importazzjonijiet minn dak il-produttur esportatur u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 26, 30.1.2023, p. 11).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2180 tas-16 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/607 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ esportatur ġdid skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2180, 17.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2180/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/793/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)