This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024L1416
Commission Delegated Directive (EU) 2024/1416 of 13 March 2024 amending Directive 2011/65/EU of the European Parliament and of the Council as regards an exemption for cadmium in downshifting quantum dots directly deposited on LED semiconductor chips
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2024/1416 tat-13 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-kadmju f’punti kwantistiċi għal bidla fil-frekwenza tad-dawl li jgħaddi minnhom iddepożitat direttament fuq ċipep semikondutturi LED
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2024/1416 tat-13 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-kadmju f’punti kwantistiċi għal bidla fil-frekwenza tad-dawl li jgħaddi minnhom iddepożitat direttament fuq ċipep semikondutturi LED
C/2024/1573
ĠU L, 2024/1416, 21.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2024/1416/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1416 |
21.5.2024 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1416
tat-13 ta’ Marzu 2024
li temenda d-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-kadmju f’punti kwantistiċi għal bidla fil-frekwenza tad-dawl li jgħaddi minnhom iddepożitat direttament fuq ċipep semikondutturi LED
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1), il-punt (a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/65/UE jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma elenkati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Il-kadmju huwa sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. Il-valur massimu tal-konċentrazzjoni ttollerat huwa ta’ 0,01 % skont il-piż ta’ kadmju f’materjali omoġenji. |
|
(3) |
Permezz tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/1975 (2), il-Kummissjoni tat eżenzjoni għall-użu tas-selenid tal-kadmju fil-punti kwantistiċi tan-nanokristalli semikondutturi għal bidla fil-frekwenza tad-dawl li jgħaddi minnhom għall-użu f’applikazzjonijiet tat-tidwil għall-wiri (“l-eżenzjoni kurrenti”), li hija elenkata fl-entrata 39(a) tal-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni kellha tiskadi fil-31 ta’ Ottubru 2019. |
|
(4) |
Fid-29 ta’ Settembru 2017, fid-29 ta’ April 2018 u fit-30 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjonijiet għall-emendar tal-eżenzjoni kurrenti (“l-applikazzjonijiet”), jiġifieri fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. F’konformità mal-Artikolu 5(5), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2011/65/UE, eżenzjoni tibqa’ valida sa meta tittieħed deċiżjoni dwar it-talba għat-tiġdid. |
|
(5) |
L-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet, li qieset id-disponibbiltà tas-sostituti u l-impatt soċjoekonomiku tas-sostituzzjoni, kienet tinkludi studju ta’ valutazzjoni teknika u xjentifika (3) u studju ta’ segwitu (4). L-evalwazzjoni kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. Il-kummenti li waslu matul dawk il-konsultazzjonijiet saru disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta. |
|
(6) |
L-eżenzjoni attwali ma tiddistingwix bejn konfigurazzjonijiet differenti fil-mod kif il-materjal b’bażi ta’ kadmju huwa integrat fil-punti kwantiċi. L-evalwazzjoni sabet li l-applikazzjonijiet bl-hekk imsejħa konfigurazzjonijiet on-edge u on-surface ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2011/65/UE. L-hekk imsejħa konfigurazzjoni on-chip tirrikjedi l-anqas ammont ta’ kadmju u turi livelli ta’ prestazzjoni aħjar. |
|
(7) |
L-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li bħalissa huma disponibbli alternattivi għat-teknoloġija “on-chip” applikabbli fl-applikazzjonijiet tat-tidwil li huma affidabbli u li jiksbu livelli ta’ prestazzjoni simili. Għal dawk l-applikazzjonijiet, l-evalwazzjoni kkonkludiet li l-benefiċċji ta’ eżenzjoni ma jissuperawx l-impatti negattivi tagħhom fuq l-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur. Għalhekk, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2011/65/UE ma humiex issodisfati għat-teknoloġija “on-chip” applikabbli fl-applikazzjonijiet tat-tidwil. |
|
(8) |
L-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li bħalissa huma disponibbli ħafna alternattivi għat-teknoloġija “on-chip” applikabbli fl-applikazzjonijiet tal-wiri, madankollu, għal xi teknoloġiji speċifiċi, bħall-unitajiet tal-wiri mikro, bħalissa ma teżisti l-ebda alternattiva affidabbli. Għal dawk l-applikazzjonijiet speċifiċi tal-wiri, għalkemm qed jiġu żviluppati sostituti, hija ssodisfata l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 5(1), il-punt (a), it-tieni inċiż, tad-Direttiva 2011/65/UE, jiġifieri li l-affidabbiltà tas-sostituti ma hijiex żgurata. |
|
(9) |
Il-konfigurazzjoni “on-chip” tista’ tirriżulta wkoll f’anqas kadmju għal kull apparat, b’mod partikolari għal skrins tal-kristalli likwidi, meta mqabbla mal-konfigurazzjonijiet “on-surface”, li jużaw anqas minn 0,01 % skont il-piż ta’ kadmju f’materjal omoġenu. Minħabba effiċjenza enerġetika akbar u anqas użu tal-kadmju totali, il-benefiċċji ambjentali jissuperaw l-impatti negattivi totali fuq l-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur ikkawżati minn sostituzzjoni tal-kadmju. Il-kamp ta’ applikazzjoni limitat tal-eżenzjoni mitluba fl-applikazzjonijiet, fil-forma ta’ konċentrazzjoni massima ta’ kadmju għal kull apparat, jiżgura li jitqiegħed anqas kadmju fis-suq milli taħt l-eżenzjoni kurrenti. Għalhekk, il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 5(1), il-punt (a), it-tielet inċiż, tad-Direttiva 2011/65/UE hija ssodisfata. |
|
(10) |
L-eżenzjoni mitluba hija konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa mogħtija minnu. |
|
(11) |
Għalhekk, huwa xieraq li tingħata l-eżenzjoni għall-kadmju fil-punti kwantiċi ta’ nanokristalli semikondutturi għal bidla fil-frekwenza tad-dawl li jgħaddi minnhom (downshifting) iddepożitat direttament fuq ċipep semikondutturi LED biex jintużaw fit-tidwil tas-sistemi ta’ turija u tal-projezzjoni. Huwa mistenni li l-alternattivi għal dawk l-applikazzjonijiet ta’ punti kwantistiċi b’bażi ta’ kadmju jistgħu jkunu disponibbli sa tmiem l-2027. Hawnhekk jitqiesu ż-żewġ effetti pożittivi fuq l-innovazzjonijiet (eż. il-minjaturizzazzjoni) kif ukoll l-effetti negattivi fuq l-innovazzjoni (eż. anqas inċentivi għall-iżvilupp ta’ alternattivi mingħajr kadmju). Għalhekk huwa xieraq li tiġi limitata d-durata tal-eżenzjoni sa dik id-data f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. |
|
(12) |
Jenħtieġ li tiġi stabbilita data ta’ skadenza għall-eżenzjoni kurrenti f’konformità mal-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2011/65/UE. Sabiex l-industrija tingħata biżżejjed żmien u fid-dawl tal-ktajjen tal-provvista globali għal tali prodotti, huwa xieraq li tiġi stabbilita d-data ta’ skadenza massima possibbli ta’ 18-il xahar wara d-deċiżjoni għall-eżenzjoni kurrenti. |
|
(13) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata bix-xieraq, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard 31 Diċembru 2024 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet 1 Jannar 2025.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.
(2) Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1975 tas-7 ta’ Awwissu 2017 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-kadmju f’dijodi li jemmettu d-dawl permezz tal-konverżjoni tal-ilwien (LEDs) għall-użu f’sistemi ta’ turija (ĠU L 281, 31.10.2017, p. 29).
(3) Assessing three exemption requests for the use of cadmium in quantum dot applications in displays and lighting – Study to support the review of the list of restricted substances and to assess a new exemption request under RoHS (RoHS Pack 15 — Task 5, final), Novembru 2020 https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/afa12b2f-5a0a-11eb-b59f-01aa75ed71a1/language-en/format-PDF/source-187695217.
(4) Study to update the information on the use of cadmium in quantum dot applications for displays and lighting under Directive 2011/65/EU Final Report, Novembru 2022 https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/ac232efe-76ad-11ed-9887-01aa75ed71a1/language-en/format-PDF/source-277797051
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS
L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrata 39(a) hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
qed tiddaħħal l-entrata li ġejja:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2024/1416/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)