Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024L1262

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2024/1262 tat-13 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-istabbilimenti u għall-kura u ż-żamma tal-annimali, u fir-rigward tal-metodi tal-qtil tal-annimali

C/2024/1556

ĠU L, 2024/1262, 15.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2024/1262/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2024/1262/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1262

15.5.2024

DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1262

tat-13 ta’ Marzu 2024

li temenda d-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-istabbilimenti u għall-kura u ż-żamma tal-annimali, u fir-rigward tal-metodi tal-qtil tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 50 tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 33 tad-Direttiva 2010/63/UE jirrikjedi li l-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi jkunu pprovduti b’post fejn joqogħdu, ambjent u kura li huma adatti għal saħħithom u t-trattament xieraq tagħhom. L-Anness III tad-Direttiva 2010/63/UE jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-istabbilimenti u għall-kura u ż-żamma ta’ dawk l-annimali.

(2)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2010/63/UE jirrikjedi li l-annimali jinqatlu b’uġigħ, tbatija u skonfort minimi, permezz tal-metodi xierqa ta’ qtil speċifiċi għall-ispeċi previsti fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Meta kienet qed tiġi adottata d-Direttiva, ma kienx hemm biżżejjed evidenza xjentifika disponibbli dwar ir-rekwiżiti xierqa ta’ akkomodazzjoni u kura għal ċerti speċijiet, inklużi ċ-ċefalopodi, il-ħut taż-żebra u l-għasafar passeriformi, u dwar il-metodi xierqa ta’ qtil għaċ-ċefalopodi. Għalhekk, fl-Anness III tad-Direttiva 2010/63/UE ma ġie inkluż l-ebda rekwiżit speċifiku għall-ispeċi għal dawk l-ispeċijiet jew għall-qtil taċ-ċefalopodi fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva.

(4)

Mill-2010 ’l hawn, inkiseb għarfien xjentifiku ġdid dwar ir-rekwiżiti tal-benessri taċ-ċefalopodi, tal-ħut żebra u tal-għasafar passeriformi miżmuma fil-magħluq, kif ukoll għall-qtil taċ-ċefalopodi b’mod li jikkawża b’uġigħ, tbatija u skonfort minimi, u għalhekk jenħtieġ li l-Annessi III u IV tad-Direttiva 2010/63/UE jiġu adattati skont dan.

(5)

Uħud mir-rekwiżiti l-ġodda identifikati għall-ħut żebra u ċ-ċefalopodi li ma kinux inklużi fl-Anness III tad-Direttiva 2010/63/UE jenħtieġ li jiġu introdotti għall-ispeċijiet akkwatiċi kollha jew għall-annimali kollha.

(6)

L-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 54(3) tad-Direttiva 2010/63/UE turi li bosta Stati Membri jqisu x-xokk ipotermiku bħala metodu xieraq ta’ qtil għall-ħut żebra abbażi tal-evidenza xjentifika attwali. Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn li jirriżulta minn eżenzjonijiet regolari mogħtija skont l-Artikolu 6(4)(a) tad-Direttiva 2010/63/UE, jenħtieġ li dan il-metodu jkun permess għall-qtil tal-ħut żebra.

(7)

Mill-adozzjoni tad-Direttiva 2010/63/UE, ħarġet evidenza xjentifika ġdida dwar l-inadegwatezza tal-użu ta’ gassijiet inerti (argon u nitroġenu) biex jinqatlu r-rodituri, u għalhekk jenħtieġ li l-użu tagħhom ma jibqax permess għall-qtil tar-rodituri.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2010/63/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi III u IV għad-Direttiva 2010/63/UE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-4 ta’ Diċembru 2025, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amminstrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-4 ta’ Diċembru 2026.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/63/oj.


ANNESS

L-Annessi III u IV tad-Direttiva 2010/63/UE huma emendati kif ġej:

(1)

l-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima A hija emendata kif ġej:

(i)

l-intestatura tal-paragrafu 2.3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“2.3.

Ħsejjes u vibrazzjonijiet”;

(ii)

fil-paragrafu 2.3, jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d)

Għall-annimali akkwatiċi, it-tagħmir li joħloq ħsejjes jew vibrazzjoni, bħal ġeneraturi tal-elettriku jew sistemi tal-filtrazzjoni, ma għandux jaffettwa ħażin it-trattament xieraq tal-annimali.”;

(iii)

l-intestatura tal-paragrafu 2.4 hija sostitwita b’dan li ġej:

“2.4.

Sistemi ta’ allarm u pjanijiet ta’ kontinġenza”;

(iv)

fil-paragrafu 2.4, jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d)

Għandu jkun hemm fis-seħħ pjanijiet ta’ kontinġenza effettivi biex jiġu żgurati s-saħħa u l-benessri tal-annimali fil-każ ta’ nuqqasijiet fl-elementi essenzjali tas-sistemi tat-trobbija.”;

(b)

It-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fil-paragrafu 8, jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Meta jinżammu għasafar meħuda mis-selvaġġ, l-allokazzjonijiet ta’ spazju previsti fit-tabelli 8.1 sa 8.10 għandhom japplikaw kull meta l-għasafar jinżammu għal perjodi ta’ aktar minn 24 siegħa. Meta l-għasafar jinżammu għal perjodi iqsar, għandhom jittieħdu miżuri biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji għat-trattament xieraq tal-annimali.”;

(ii)

fil-paragrafu 8, jiżdiedu t-tabelli 8.8, 8.9 u 8.10 li ġejjin:

Tabella 8.8

Sturnell

Daqs tal-grupp

Daqs minimu tal-kumpartiment(m2)

Għoli minimu(cm)

Tul minimu tal-ħawt tal-għalf għal kull għasfur (cm)

Tul minimu tal-perċa għal kull għasfur(cm)

Sa 6

2,0

200

5

30

7 sa 12

4,0

200

5

30

13 sa 20

6,0

200

5

30

għal kull għasfur addizzjonali bejn 21 u 50

0,25

 

5

30

għal kull għasfur addizzjonali meta l-għadd jaqbeż 50

0,15

 

5

30


Tabella 8.9

Għasafar tal-Bejt

Daqs tal-grupp fin-nuqqas ta’ ostakli viżivi

Daqs tal-grupp fil-preżenza ta’ ostakli viżwali

Daqs minimu tal-kumpartiment (m2)

Għoli minimu (cm)

Sa 10

Sa 15

2,4

180

11 sa 20

16 sa 35

4,8

180

21 sa 30

36 sa 60

7,3

180

għal kull għasfur addizzjonali meta l-għadd jaqbeż 30

għal kull għasfur addizzjonali meta l-għadd jaqbeż 60

0,11

 


Tabella 8.10.

Fjorentin u primavera

Daqs tal-grupp

Daqs minimu tal-kumpartiment għal kull għasfur(m2)

Għoli minimu (cm)

Għadd minmu ta’ ħwat tal-għalf

Tul minimu tal-perċa għal kull għasfur (cm)

1

3

180

1

100

2–10 (*1) (tal-istess sess)

1

180

2

40

1 mara + 1 raġel

2

180

2

100

(iii)

il-paragrafu 11.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“11.1.

Provvista u kwalità tal-ilma

F’kull ħin għandu jkun hemm provvista adegwata ta’ ilma ta’ kwalità adatta. Il-fluss tal-ilma f’sistemi ta’ riċirkulazzjoni jew filtrazzjoni f’tankijiet għandu jkun biżżejjed li jiżgura li l-parametri tal-kwalità tal-ilma jinżammu f’livelli aċċettabbli skont il-karatteristiċi tas-sistema ta’ trobbija, skont ir-rekwiżiti tal-ispeċi u tal-istadju tal-ħajja. Fejn ikun meħtieġ, il-provvista tal-ilma għandha tiġi ffiltrata jew ittrattata biex jitneħħew is-sustanzi li jagħmlu l-ħsara lill-ħut. Il-parametri tal-kwalità tal-ilma għandhom dejjem jinżammu fil-firxa aċċettabbli li ssostni l-attività normali u l-fiżjoloġija tal-ispeċi u l-istadju tal-iżvilupp partikolari. Il-fluss tal-ilma għandu jkun tali li jippermetti lill-ħut jgħumu tajjeb u jġibu rwieħhom b’mod normali. Il-ħut għandu jingħata biżżejjed żmien biex jikklimatizza u jadatta għal tibdil fil-kondizzjonijiet tal-kwalità tal-ilma. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġu mminimizzati l-bidliet f’daqqa fil-parametri diversi li jaffettwaw il-kwalità tal-ilma. Il-fluss xieraq tal-ilma u l-livell xieraq tal-ilma għandhom jiġu żgurati u mmonitorjati.”;

(iv)

il-paragrafu 11.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“11.2.

Ossiġenu, komposti tan-nitroġenu, diossidu tal-karbonju, pH u salinità

Il-konċentrazzjoni tal-ossiġenu għandha tkun adatta għall-ispeċi u l-kuntest li fihom jinżamm il-ħut. Fejn ikun meħtieġ, għandha tiġi pprovduta arjazzjoni supplimentari lill-ilma tat-tank, skont is-sistema tat-trobbija. Il-konċentrazzjonijiet tad-diossidu tal-karbonju u tal-komposti tan-nitroġenu, jiġifieri l-ammonijaka, in-nitrit u n-nitrat, għandhom jinżammu taħt il-livelli ta’ ħsara. Il-kwalità tal-ilma għandha tiġi mmonitorjata bl-użu ta’ skeda tal-ittestjar definita bi frekwenza suffiċjenti biex jiġu identifikati bidliet f’dawn il-parametri kritiċi u għandha tittieħed azzjoni biex jittaffew tali bidliet.

Il-livell tal-pH għandu jiġi adattat għall-ispeċi u mmonitorjat biex jinżamm kemm jista’ jkun stabbli. Is-salinità għandha tiġi adattata għall-ħtiġijiet tal-ispeċi tal-ħut u għall-istadju tal-ħajja tal-ħut. Tibdil fis-salinità għandu jsir gradwalment.”;

(v)

il-paragrafu 11.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“11.3.

Temperatura u dawl

It-temperatura għandha tinżamm fil-limiti ottimali għall-ispeċi tal-ħut u l-istadji tal-iżvilupp tagħhom u tinżamm kemm jista’ jkun stabbli. Tibdil fit-temperatura għandu jsir gradwalment. Il-ħut għandu jingħata perijodi ta’ dawl adatti.’;

(vi)

il-paragrafu 11.5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“11.5.

Għalf u maneġġar

Il-ħut għandu jingħalef b’dieta li tgħodd għalih u bi frekwenza adatta. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-għalf tal-ħut larvali waqt kwalunkwe transizzjoni minn dieta ħajja għal waħda artifiċjali. Jekk ikun meħtieġ li jitneħħa l-għalf għal raġunijiet mhux proċedurali (eż. it-trasport), it-tul ta’ żmien għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u jqis id-daqs tal-ħut u t-temperatura tal-ilma.

Fejn possibbli, il-ħut għandu jiġi mmaniġġjat mingħajr ma jitneħħa mill-ilma. L-immaniġġjar tal-ħut kemm fl-ilma kif ukoll barra mill-ilma għandu jinżamm għall-minimu u t-tagħmir f’kuntatt dirett mal-ħut għandu jiġi mxarrab. Il-ħut ma għandux jiġi mmaniġjat fil-limiti lil hinn mill-meded tat-temperatura tal-ilma ttollerat mill-ħut.”;

(vii)

jiżdied il-paragrafu 11.6 li ġej:

“11.6.

Żebra

11.6.1.

Kwalità tal-ilma

Tabella 11.1

Rekwiżiti tal-parametri tal-ilma fis-sistemi ta’ alloġġ tal-għasafar taż-żebra

Parametri tal-ilma

Rekwiżiti minimi massimi

Temperatura

24–29 °C

Konduttività

150–1700 μS/cm2

Alkalinità totali

40–250 mg/L CaCO3

pH

6,5–8

Komposti tan-Nitroġenu

NH3/NH4 + < 0,1 (*2) mg/L, NO2 - < 0,3 mg/L,

NO3 - < 25 mg/L

Ossiġenu dissolt

> 5 mg/L

11.6.2.

Dawl

Matul il-fażi tad-dawl, il-livelli tad-dawl għandhom ikunu kostanti, ħlief matul it-tranżizzjonijiet qosra meta jisbaħ u jidlam. Il-fażi tad-dlam għandha tkun mudlama kompletament.

11.6.3.

Densità tal-istokkjar u kumplessità ambjentali

Ma għandux jintuża volum ta’ ilma inqas minn litru għall-għasafar tal-għasafar taż-żebra adulti. Id-densitajiet tal-istokkjar ma għandhomx jaqbżu l-10 ħuta adulta f’kull litru. Id-daqs u l-forma tat-tank għandhom jippermettu lill-ħut iwettaq l-imġiba naturali u l-attività tal-għawm tiegħu.

Iż-żamma ta’ ħuta waħda fit-tul għandha tiġi evitata.”;

(viii)

jiżdied il-paragrafu 12 li ġej:

“12.

Ċefalopodi

12.1.

Provvista u kwalità tal-ilma

F’kull ħin għandu jkun hemm provvista adegwata ta’ ilma ta’ kwalità adatta.

Id-disinn tat-tank u r-rata tal-fluss tal-ilma għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-annimal inkluża ossiġenazzjoni xierqa mogħtija skont id-daqs, l-istadju tal-ħajja u l-ħtiġijiet tal-imġiba tiegħu. It-temperatura tal-ilma, is-salinità, il-pH, u l-livelli tal-komposti tan-nitroġenu għandhom ikunu xierqa għall-ħtiġijiet tal-ispeċijiet u tal-forom tal-ħajja. Il-ħarbiet u l-introduzzjoni involontarja ta’ elementi barranin għandhom jiġu evitati bl-użu ta’ għotjien fejn meħtieġ.

Iċ-ċefalopodi għandhom jingħataw ħin xieraq għall-akklimatizzazzjoni u għall-adattament għal tibdil fil-kondizzjonijiet tal-kwalità tal-ilma.

12.2.

Dawl

L-intensità tad-dawl u l-fotoperjodu għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ispeċi.

12.3.

Dieta

Iċ-ċefalopodi għandhom jiġu pprovduti b’reġim ta’ għalf xieraq għall-ispeċi, l-istadji tal-iżvilupp tagħhom u l-ħtiġijiet tal-imġiba.

12.4.

Arrikkiment u mmaniġġjar

Iċ-ċefalopodi għandhom jiġu pprovduti b’ammont xieraq u suffiċjenti ta’ stimuli fiżiċi, konjittivi u sensorji biex jippermettu firxa kbira ta’ mġibiet speċifiċi għall-ispeċi. Il-kundizzjonijiet ta’ alloġġ għandhom iqisu l-ħtiġijiet soċjali speċifiċi għall-ispeċi (jiġifieri drawwiet ta’ għajxien fi grupp jew solitarju tal-ispeċi). Għandhom jiġu pprovduti postijiet ta’ kenn kull meta jkun xieraq għall-ispeċi.

Fejn possibbli, iċ-ċefalopodi għandhom jiġu mmaniġġjati mingħajr ma jinħarġu mill-ilma. L-immaniġġjar taċ-ċefalopodi kemm fl-ilma kif ukoll barra mill-ilma għandu jkun mill-inqas u t-tagħmir f’kuntatt dirett mal-annimali għandu jiġi mxarrab.

Tabella 12.1.

Ċefalopodi

Familja

Grupp

Tul tal-ġisem (*3) (cm)

Erja minima tal-wiċċ tal-ilma (cm2)

Erja minima tal-wiċċ tal-ilma għal kull annimal addizjonali miżmum fil-grupp (cm2)

Fond minimu tal-ilma (cm)

Sepiidae

Siċċ

Sa 2

> 2 sa 6

> 6 sa 12

> 12

100

600

1 200

2 500

40

200

400

1 000

7

15

20

25

Sepiolidae

Sepjolidi (*4)

Sa 1

> 1 sa 3

> 3

50

120

150

5

50

100

5

8

12

Loliginidae

Klamari (*5) ,  (*6)

Sa 15

> 15 sa 25

> 25

2 000

4 500

6 000

400

900

1 200

60

90

90

Octopodidae

Qarnit (*6)

Sa 10

> 10 sa 20

> 20

2 000

2 600

4 000

600

700

1 200

40

50

50

(2)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Il-qtil ta’ annimali għandu jiġi kkompletat b’wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

konferma tal-waqfien permanenti taċ-ċirkulazzjoni;

(b)

distruzzjoni tal-moħħ;

(c)

diżlokazzjoni tal-għonq;

(d)

żvinar; jew

(e)

konferma tal-bidu tar-rigor mortis.

Il-metodi ta’ konferma tal-mewt għandhom ikunu xierqa għall-ispeċi li għandhom jiġu maqtula.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

it-tabella hija sostitwita b’din li ġejja:

Image 1

(ii)

fil-lista tar-“Rekwiżiti”, jiżdied il-punt 17 li ġej:

“17.

Għandu jintuża biss għall-għasafar taż-żebra (Danio rerio) ≥ 16-il jum wara l-fertilizzazzjoni (dpf) u b’tul massimu tal-ġisem ta’ 5 cm. It-temperatura tax-xokk ipotermiku għandu jkun ta’ ≤ 4 °C u d-differenza fit-temperatura mit-temperatura taż-żamma għandha tkun ta’ ≥ 20 °C. Il-ħut ma għandux jiġi f’kuntatt dirett mas-silġ. Il-ħin minimu tal-esponiment għandu jkun ta’ 5 minuti.”.


(*1)  Id-daqsijiet tal-gruppi akbar minn 10 ma għandhomx ikunu permessi mingħajr skeda ta’ monitoraġġ definita bi frekwenza suffiċjenti biex tkun identifikata u mitigata l-aggressjoni.”;

(*2)  jew taħt il-limitu ta’ detezzjoni. 0,1 mg/L jindika l-ammont totali ta’ ammonja, NH3/NH4 +. Dan jikkorrispondi għal 0,002 mg/L of NH3 fi 28 °C u pH 7,5.

(*3)  Tul tal-mantell dorsali.

(*4)  Grupp sa 40 individwu.

(*5)  Użu ta’ tankijiet b’forma ċilindrika għandu jkun preferut. Il-valuri minimi għandhom jiżdiedu b’ 5 % jekk jintużaw tankijiet mhux ċilindriċi.

(*6)  Meta għadhom żgħar, fl-istadju paralarvali, il-klamari u l-qarnit għandhom jinżammu f’tankijiet ċilindriċi, b’massimu ta’ 20 faqas għal kull litru u għandhom jiġu adottati metodi biex tiġi limitata l-interazzjoni viżiva.”.;


ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2024/1262/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top