This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024L0846
Commission Delegated Directive (EU) 2024/846 of 14 March 2024 amending Directive 2006/22/EC of the European Parliament and of the Council on minimum conditions for the implementation of Regulations (EC) No 561/2006 and (EU) No 165/2014 and Directive 2002/15/EC as regards social legislation relating to road transport activities
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2024/846 tal-14 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 u d-Direttiva 2002/15/KE fir-rigward tal-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2024/846 tal-14 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 u d-Direttiva 2002/15/KE fir-rigward tal-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq
C/2024/1623
ĠU L, 2024/846, 31.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2024/846/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/846 |
31.5.2024 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/846
tal-14 ta’ Marzu 2024
li temenda d-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 u d-Direttiva 2002/15/KE fir-rigward tal-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/22/KE tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 u d-Direttiva 2002/15/KE dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/22/KE, jenħtieġ li l-Istati Membri jintroduċu sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskju għall-impriżi bbażata fuq l-għadd u l-gravità relattivi ta’ kwalunkwe ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li impriża individwali tkun wettqet. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2006/22/KE Lista inizjali ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u l-valutazzjoni tal-gravità tagħhom hija stabbilita fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Bil-ħsieb li jiġi stabbilit jew aġġornat il-kejl tal-piż tas-serjetà tal-ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 jew (UE) Nru 165/2014, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 15a tad-Direttiva 2006/22/KE biex temenda l-Anness III biex jitqiesu l-iżviluppi regolatorji u kunsiderazzjonijiet ta’ sikurezza fit-triq. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2020/1054 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) introduċa dispożizzjonijiet ġodda fir-rigward ta’ ksur li jwassal għal riskji ta’ korrimenti serji jew fatalitajiet jew distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tat-trasport bit-triq. L-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE jenħtieġ li jiġi emendat biex jinkludi dan il-ksur ġdid. |
|
(5) |
Il-kategorija għall-ksur l-aktar gravi jenħtieġ li tinkludi dawk li fihom in-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 joħloq riskju serju ta’ mewt jew ta’ korriment personali gravi, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness III mad-Direttiva 2006/22/KE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Frar 2025. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq, (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).
(5) Ir-Regolament (UE) 2020/1054 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward ta’ rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet massimi ta’ sewqan kuljum u kull ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perijodi ta’ mistrieħ kuljum u kull ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta’ takografi (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 1).
ANNESS
L-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS III
1. Gruppi ta’ ksur tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 561/2006 (*1) (Ħin ta’ sewqan u ta’ mistrieħ)
|
Nru |
BAŻI LEGALI |
TIPI TA’ KSUR |
GRAD TA’ SERJETÀ |
||||
|
KAS |
KSĦ |
KS |
MI |
||||
|
A |
Ekwipaġġ |
||||||
|
A1 |
Artikolu 5.1 |
Ma jitħarsux l-etajiet minimi tas-sewwieqa |
|
|
X |
|
|
|
B |
Perjodi ta’ sewqan |
||||||
|
B1 |
Artikolu 6.1 |
Aktar minn 9 sigħat ta’ sewqan kuljum meta mhux permessa l-possibbiltà tal-estensjoni għal limitu ta’ 10 sigħat |
9h < … < 10h |
|
|
|
X |
|
B2 |
10h ≤ … < 11h |
|
|
X |
|
||
|
B3 |
11h ≤ … |
|
X |
|
|
||
|
B4 |
Jinqabeż il-ħin ta’ sewqan ta’ 9 sigħat kuljum b’50 % jew aktar |
13h30 ≤ … |
X |
|
|
|
|
|
B5 |
Jinqabeż il-ħin estiż ta’ sewqan kuljum ta’ 10 sigħat jekk l-estensjoni hija permessa |
10h < … < 11h |
|
|
|
X |
|
|
B6 |
11h ≤ … < 12h |
|
|
X |
|
||
|
B7 |
12h ≤ … |
|
X |
|
|
||
|
B8 |
Jinqabeż il-ħin ta’ sewqan ta’ 10 sigħat ta' sewqan kuljum b’50 % jew aktar |
15h ≤ … |
X |
|
|
|
|
|
B9 |
Artikolu 6.2 |
Jinqabeż il-ħin ta’ sewqan permess fil-ġimgħa |
56h < … < 60h |
|
|
|
X |
|
B10 |
60h ≤ … < 65h |
|
|
X |
|
||
|
B11 |
65h ≤ … < 70h |
|
X |
|
|
||
|
B12 |
Jinqabeż il-ħin ta’ sewqan permess fil-ġimgħa b’25 % jew aktar |
70h ≤ … |
X |
|
|
|
|
|
B13 |
Artikolu 6.3 |
Jinqabeż il-ħin ta’ sewqan massimu totali f’ġimagħtejn konsekuttivi |
90h < … < 100h |
|
|
|
X |
|
B14 |
100h ≤ … < 105h |
|
|
X |
|
||
|
B15 |
105h ≤ … < 112h30 |
|
X |
|
|
||
|
B16 |
Jinqabeż il-ħin ta’ sewqan massimu totali f’ġimagħtejn konsekuttivi b’25 % jew aktar |
112h30 ≤ … |
X |
|
|
|
|
|
C |
Pawsi |
||||||
|
C1 |
Artikolu 7 |
Jinqabeż il-ħin ta’ sewqan mhux interrott ta’ 4,5 sigħat qabel il-pawsa |
4h30 < … < 5h |
|
|
|
X |
|
C2 |
5h ≤ … < 6h |
|
|
X |
|
||
|
C3 |
6h ≤ … |
|
X |
|
|
||
|
D |
Perjodi ta’ mistrieħ |
||||||
|
D1 |
Artikolu 8.2 |
Perjodu insuffiċjenti ta’ mistrieħ ta’ inqas minn 11-il siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ ta’ kuljum |
10h ≤ … < 11h |
|
|
|
X |
|
D2 |
8h30 ≤ … < 10h |
|
|
X |
|
||
|
D3 |
… < 8h30 |
|
X |
|
|
||
|
D4 |
Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta’ mistrieħ ta’ kuljum ta’ inqas minn 9 sigħat meta t-tnaqqis huwa permess |
8h ≤ … < 9h |
|
|
|
X |
|
|
D5 |
7h ≤ … < 8h |
|
|
X |
|
||
|
D6 |
… < 7h |
|
X |
|
|
||
|
D7 |
Perjodu maqsum insuffiċjenti ta’ mistrieħ ta’ kuljum ta’ inqas minn 3 sigħat + 9 sigħat |
3h + [8h ≤ … < 9h] |
|
|
|
X |
|
|
D8 |
3h + [7h ≤ … < 8h] |
|
|
X |
|
||
|
D9 |
3h + [… < 7h] |
|
X |
|
|
||
|
D10 |
Artikolu 8.5 |
Perjodu insuffiċjenti ta’ mistrieħ ta’ kuljum ta’ inqas minn 9 sigħat għal vettura b’aktar minn sewwieq wieħed |
8h ≤ … < 9h |
|
|
|
X |
|
D11 |
7h ≤ … < 8h |
|
|
X |
|
||
|
D12 |
… < 7h |
|
X |
|
|
||
|
D13 |
Artikolu 8.6 |
Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta’ mistrieħ fil-ġimgħa ta’ inqas minn 24 siegħa |
22h ≤ … < 24h |
|
|
|
X |
|
D14 |
20h ≤ … < 22h |
|
|
X |
|
||
|
D15 |
… < 20h |
|
X |
|
|
||
|
D16 |
Perjodu insuffiċjenti ta’ mistrieħ fil-ġimgħa ta’ inqas minn 45 siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ fil-ġimgħa |
42h ≤ … < 45h |
|
|
|
X |
|
|
D17 |
36h ≤ … < 42h |
|
|
X |
|
||
|
D18 |
… < 36h |
|
X |
|
|
||
|
D19 |
Artikolu 8.6 |
Aktar minn 6 perjodi konsekuttivi ta’ 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta’ mistrieħ fil-ġimgħa |
… < 3h |
|
|
|
X |
|
D20 |
3h ≤ … < 12h |
|
|
X |
|
||
|
D21 |
12h ≤ … |
|
X |
|
|
||
|
D22 |
Artikolu 8.6b |
L-ebda kumpens għal żewġ perjodi mnaqqsa konsekuttivi ta’ mistrieħ fil-ġimgħa |
|
|
X |
|
|
|
D23 |
Artikolu 8.8 |
Perjodu regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa jew kwalunkwe perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa ta’ aktar minn 45 siegħa meħud f’vettura |
|
|
X |
|
|
|
D24 |
Artikolu 8.8 |
L-impjegatur ma jkopri l-ebda spiża għall-akkomodazzjoni barra mill-vettura |
|
|
|
X |
|
|
E |
Deroga mir-regola ta’ 12-il jum |
||||||
|
E1 |
Artikolu8.6a. |
Aktar minn 12-il perjodu konsekuttiv ta’ 24 siegħa wara perjodu preċedenti ta’ serħan fil-ġimgħa |
… < 3h |
|
|
|
X |
|
E2 |
3h ≤ … < 12h |
|
|
X |
|
||
|
E3 |
12h ≤ … |
|
X |
|
|
||
|
E4 |
Artikolu8.6a. (b)(ii) |
Perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa meħud wara 12-il perjodu konsekuttiv ta’ 24 siegħa |
67h <…<69h |
|
|
|
X |
|
E5 |
65h < … ≤ 67h |
|
|
X |
|
||
|
E6 |
… ≤ 65h |
|
X |
|
|
||
|
E7 |
Artikolu8.6a. (d) |
Perjodu ta’ sewqan, bejn l-22.00 u s-6.00, ta’ aktar minn tliet sigħat qabel il-pawsa, jekk il-vettura ma jkollhiex aktar minn sewwieq wieħed |
3h < … < 4,5 h |
|
|
X |
|
|
E8 |
4,5 h ≤ … |
|
X |
|
|
||
|
F |
Organizzazzjoni tax-xogħol |
||||||
|
F1 |
Artikolu 8.8 a |
Impriża tat-trasport li ma tkunx qed torganizza x-xogħol tas-sewwieqa b’tali mod li s-sewwieqa jkunu jistgħu jirritornaw lejn iċ-ċentru operazzjonali tal-impjegatur, jew jirritornaw lejn il-post ta’ residenza tas-sewwieqa |
|
|
X |
|
|
|
F2 |
Artikolu. 10.1 |
Relazzjoni bejn il-paga/ħlas u d-distanza misjuqa, il-veloċità tat-twassil u/jew l-ammont ta’ merkanzija trasportata |
|
|
X |
|
|
|
F3 |
Artikolu. 10.2 |
L-ebda organizzazzjoni jew l-organizzazzjoni mhux xierqa tax-xogħol tal-kunduttur, l-ebda struzzjoni jew struzzjonijiet mhux xierqa mogħtija lill-kunduttur li jippermettulu li jikkonforma mal-liġi |
|
|
X |
|
|
2. Gruppi ta’ ksur tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( (*2) ) (Takografu)
|
Nru |
BAŻI ĠURIDIKA |
TIPI TA’ KSUR |
GRAD TA’ SERJETÀ |
||
|
KAS |
KSĦ |
KS |
|||
|
G |
L-installazzjoni ta’ takografu |
||||
|
G1 |
Artikolu 3(1), (4), (4a) u Artikolu 22 |
Li ma jkollux takografu ta' tip approvat installat u użat |
X |
|
|
|
H |
Użu tat-takografu, tal-karta tas-sewwieq jew tal-folja ta’ reġistrazzjoni |
||||
|
H1. |
Artikolu 23(1) |
L-użu ta’ takografu mhux spezzjonat minn workshop approvat |
|
X |
|
|
H2. |
Artikolu 27 |
Is-sewwieq għandu fil-pussess tiegħu u/jew juża aktar minn karta tas-sewwieq waħda li hija tiegħu |
|
X |
|
|
H3 |
Sewqan b’karta tas-sewwieq falsifikata (meqjus bħala sewqan mingħajr karta tas-sewwieq) |
X |
|
|
|
|
H4. |
Sewqan b’karta tas-sewwieq li tagħha s-sewwieq mhuwiex id-detentur (meqjus bħala sewqan mingħajr karta tas-sewwieq) |
X |
|
|
|
|
H5. |
Sewqan b’karta tas-sewwieq li ġiet akkwistata abbażi ta’ dikjarazzjonijiet foloz u/jew ta’ dokumenti ffalsifikati (meqjus bħala sewqan mingħajr karta tas-sewwieq) |
X |
|
|
|
|
H6 |
Artikolu 32(1) |
It-takografu ma jaħdimx sew (eż.: it-takografu ma ġiex spezzjonat, ikkalibrat u ssiġillat b’mod tajjeb) |
|
X |
|
|
H7 |
Artikolu 32(1) u Artikolu 33(1) |
It-takografu ma ntużax kif suppost (eż.: l-użu ħażin b’mod intenzjonat, volontarju jew impost, nuqqas ta’ struzzjonijiet dwar l-użu korrett, eċċ.) |
|
X |
|
|
H8. |
Artikolu 32(3) |
Il-pussess fil-vettura u/jew l-użu ta’ apparat frodulenti li jkun kapaċi jimmodifika r-reġistrazzjonijiet tat-takografu |
X |
|
|
|
H9 |
Falsifikazzjoni, ħabi, suppressjoni jew qerda tad-data rreġistrata fuq il-folji tar-reġistrazzjoni jew tad-data maħżuna u ddawnlowdjata mit-takografu u/jew mill-karta tas-sewwieq |
X |
|
|
|
|
H10 |
Artikolu 33(2) |
L-impriża ma żżommx folji tar-reġistrazzjoni, karti stampati u data ddawnlowdjata |
|
X |
|
|
H11 |
Id-data rreġistrata jew maħżuna mhix disponibbli għal mill-inqas sena |
|
X |
|
|
|
H12 |
Artikolu 34(1) |
Użu ħażin tal-folji ta' reġistrazzjoni/il-karta tas-sewwieq |
|
X |
|
|
H13 |
Irtirar mhux awtorizzat tal-folji ta' reġistrazzjoni jew tal-karta tas-sewwieq li jħalli impatt fuq ir-reġistrazzjoni tad-data rilevanti |
|
X |
|
|
|
H14 |
Tintuża folja tar-reġistrazzjoni jew karta tas-sewwieq biex tkopri perjodu itwal minn dak li hija intenzjonata għalih u tintilef xi data |
|
X |
|
|
|
H15. |
Artikolu 34(2) |
Jintużaw folji tar-reġistrazzjoni jew karti tas-sewwieqa maħmuġin jew bil-ħsara u d-data mhijiex leġġibbli |
|
X |
|
|
H16 |
Artikolu 34(3) |
Ma jsirx input manwali meta dan ikun meħtieġ |
|
X |
|
|
H17. |
Artikolu 34(4) |
Ma tintużax il-folja korretta jew il-karta tas-sewwieq tkun fi slott ħażin (aktar minn sewwieq wieħed) |
|
|
X |
|
H18 |
Artikolu 34(5) |
Il-mekkaniżmu ta’ kommutazzjoni jintuża ħażin |
|
X |
|
|
I |
Produzzjoni tal-informazzjoni |
||||
|
I1. |
Artikolu 34(5), il-punt (b)(v) |
Użu ħażin jew nuqqas ta’ użu tas-sinjal tal-lanċa/tal-ferrovija |
|
|
X |
|
I2 |
Artikolu 34(6) |
Informazzjoni meħtieġa mhux imdaħħla fil-folja ta’ reġistrazzjoni |
|
X |
|
|
I3. |
Artikolu 34(7) |
Rekords ma jurux is-simboli tal-pajjiżi li l-fruntieri tagħhom ikunu nqasmu mis-sewwieq matul il-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum |
|
|
X |
|
I4 |
Artikolu 34(7) |
Rekords ma jurux is-simboli tal-pajjiżi fejn beda u ntemm il-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum tas-sewwieq |
|
|
X |
|
I5. |
Artikolu 36 |
Rifjut li ssir verifika |
|
X |
|
|
I6 |
Artikolu 36 |
Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet manwali u tal-karti stampati li saru matul dik il-ġurnata u matul it-28 jum preċedenti (sat-30 ta’ Diċembru 2024) Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet manwali u tal-karti stampati li saru matul dik il-ġurnata u matul is-56 jum preċedenti (sal-31 ta’ Diċembru 2024) |
|
X |
|
|
I7 |
Artikolu 36 |
Preżentazzjoni mhux possibbli tal-karta tas-sewwieq, meta s-sewwieq ikollu waħda |
|
X |
|
|
J |
Funzjonament ħażin |
||||
|
J1. |
Artikolu 37(1) u Artikolu 22(1) |
Takografu mhux imsewwi minn installatur jew minn workshop pprovat |
|
X |
|
|
J2 |
Artikolu 37(2) |
Is-sewwieq ma jniżżilx l-informazzjoni kollha meħtieġa għal dawk il-perjodi ta’ ħin li matulhom ma sarux reġistrazzjonijiet meta t-takografu ma jkunx jista’ jissewwa jew ikun qed jaħdem ħażin |
|
X |
|
(*1) (*) Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1–14).
(*2) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2024/846/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)