This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D2681
Commission Implementing Decision (EU) 2024/2681 of 8 October 2024 amending the Annex to Implementing Decision (EU) 2023/2447 concerning emergency measures in relation to outbreaks of highly pathogenic avian influenza in certain Member States (notified under document C(2024) 7111)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2681 tat-8 ta’ Ottubru 2024 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2024) 7111)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2681 tat-8 ta’ Ottubru 2024 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2024) 7111)
C/2024/7111
ĠU L, 2024/2681, 11.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2681/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2681 |
11.10.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2681
tat-8 ta’ Ottubru 2024
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2024) 7111)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) hija marda virali infettiva tal-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji, li mbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal waqt il-migrazzjonijiet tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi toħloq theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses f’azjendi fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered f’azjendi oħra fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi l-qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-mard trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI taqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inkluż il-miżuri ta’ kontroll tal-mard għall-HPAI. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 (3) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni marbuta mat-tifqigħat tal-HPAI. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħrajn stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati wara t-tifqigħat tal-HPAI, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, għandhom jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħrajn fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2529 (4) wara t-tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fiċ-Ċekja, fid-Danimarka u fil-Ġermanja li kien jeħtieġ jiġu riflessi f’dak l-Anness. |
|
(6) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2529, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, Franza, l-Italja u l-Ungerija nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat tal-HPAI, fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu l-pollam fil-provinċja ta’ Plovdiv fil-Bulgarija, fir-reġjun ta’ Plzeňský fiċ-Ċekja, fl-istat tas-Sassonja fil-Ġermanja, fid-dipartiment ta’ Finistère fi Franza, fir-reġjun tal-Veneto fl-Italja, u fil-kontej ta’ Békés u ta’ Jász–Nagykun–Szolnok fl-Ungerija. |
|
(7) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija, taċ-Ċekja, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja u tal-Ungerija wettqu l-miżuri neċessarji għall-kontroll tal-mard meħtieġa f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ sorveljanza u ta’ protezzjoni madwar it-tifqigħat. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li ħadu l-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, Franza, l-Italja u l-Ungerija, u hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dawk l-Istati Membri jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbilimenti fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat tal-HPAI. |
|
(9) |
Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447, bħalissa ma hemmx żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għall-Bulgarija, għall-Italja u għall-Ungerija. |
|
(10) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u sabiex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li fil-livell tal-Unjoni, f’kollaborazzjoni mal-Bulgarija, maċ-Ċekja, mal-Ġermanja, ma’ Franza, mal-Italja u mal-Ungerija, jiġu deskritti malajr iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza ġodda stabbiliti kif xieraq minn dawk l-Istati Membri f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġu emendati ż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għaċ-Ċekja, għall- Ġermanja u għal Franza fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447. |
|
(12) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu elenkati ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza tal-Bulgarija, tal-Italja u tal-Ungerija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447. |
|
(13) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni ħalli jitqiesu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-Bulgarija, miċ-Ċekja, mill-Ġermanja, minn Franza, mill-Italja u mill-Ungerija f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u t-tul ta’ żmien tal-miżuri li japplikaw fihom. |
|
(14) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tiġi emendata skont dan. |
|
(15) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-HPAI, huwa importanti li l-emendi li għandhom isiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 b’din id-Deċiżjoni jsiru effettivi kemm jista’ jkun malajr. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 tal-24 ta’ Ottubru 2023 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2023/2447, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2447/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2529 tat-23 ta’ Settembru 2024 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2024/2529, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2529/oj).
ANNESS
Parti A
Żoni ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 2:
Stat Membru: Il-Bulgarija
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||||
|
Plovdiv region |
||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00016 |
Rakovski municipality:
Maritsa municipality:
|
28.10.2024 |
||||||
Stat Membru: Iċ-Ċekja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
CZ-HPAI(P)-2024-00006 |
Central Bohemian Region Březnice (614271); Martinice u Březnice (692085); Drahenice (631540); Hudčice (649236); Koupě (671207); Počaply u Březnice (722952); Bubovice u Březnice (784800). South Bohemian Region Ráztely (721883); Svučice (761621). |
9.10.2024 |
|
CZ-HPAI(P)-2024-00007 |
Pilsen Region: Kovčín (671541); Loužná (700657); Milčice (671550); Myslív (700665); Nový Dvůr u Myslíva (700681); Žďár u Nalžovských Hor (765465); Nehodiv (700673); Strážovice u Pačejova (717312). |
25.10.2024 |
Stat Membru: Id-Danimarka
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
DK-HPAI(P)-2024-00008 |
Parts of Guldborgsund and Lolland municipalities that are contained within a circle of radius 3 km, centered on GPS coordinates N 54.6952; E 11.5734 |
4.10.2024 |
Stat Membru: Il-Ġermanja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||
|
SACHSEN |
||||||
|
DE-HPAI(P)-2024-00016 |
Landkreis Vogtlandkreis
|
20.10.2024 |
||||
|
SACHSEN-ANHALT |
||||||
|
DE-HPAI(P)-2024-00013 DE-HPAI(P)-2024-00014 DE-HPAI(P)-2024-00015 |
Landkreis Saalekreis
|
12.10.2024 |
||||
Stat Membru: Franza
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||||||||
|
Département Finistère (29): |
||||||||||||
|
FR-HPAI(P)-2024-00008 |
|
23.10.2024 |
||||||||||
Stat Membru: L-Italja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
Veneto region: |
||
|
IT-HPAI(P)-2024-00002 |
The area of the parts of Veneto Region (ADIS: IT-HPAI(P)-2024-00002) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N 45.380407317, E 12.166908269 |
26.10.2024 |
Stat Membru: L-Ungerija
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
Békés vármegye |
||
|
HU-HPAI(P)-2024-00015 |
Füzesgyarmat település közigazgatási területének a 47.125795 és a 21.189828 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területe. |
25.10.2024 |
|
HU-HPAI(P)-2024-00016 |
Békésszentandrás település közigazgatási területének a 46.893317 és a 20.424107 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területe. |
27.10.2024 |
|
Jász-Nagykun-Szolnok vármegye |
||
|
HU-HPAI(P)-2024-00016 |
Mesterszállás és Öcsöd települések közigazgatási területének a 46.893317 és a 20.424107 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területe. |
27.10.2024 |
Parti B
Żoni ta’ sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 3:
Stat Membru: Il-Bulgarija
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2024-00016 |
Maritsa municipality:
Rakovski municipality:
Plovdiv municipality:
|
6.11.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Rakovski municipality:
Maritsa municipality:
|
29.10.2024 – 6.11.2024 |
Stat Membru: Iċ-Ċekja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
CZ-HPAI(P)-2024-00006 |
Central Bohemian Region Bezděkov pod Třemšínem (603601); Bor u Březnice (607240); Přední Poříčí (614319); Chraštice (654078); Chrást u Tochovic (653756); Oslí (653772); Hlubyně (639702); Horčápsko (641944); Leletice (679917); Vacíkov (775941); Kamenná u Příbramě (662691); Modřovice (697966); Nestrašovice (761320); Ostrov u Tochovic (715743); Stražiště (722961); Nesvačily pod Třemšínem (703851); Pňovice pod Třemšínem (722839); Rožmitál pod Třemšínem (742848); Skuhrov pod Třemšínem (722847); Strýčkovy (757357); Hoděmyšl (785482); Starosedlský Hrádek (754862); Kletice (761311); Svojšice (761338); Těchařovice (785288); Hořejany (767701); Tochovice (767719); Třebsko (770523); Tušovice (761346); Pročevily (784818); Volenice u Březnice (784826); Vrančice (785296); Vševily (603619); Zalužany (790761). South Bohemian Region Boudy (695483); Krsice (623831); Horosedly (644781); Lety (680770); Minice u Mišovic (696188); Lučkovice (695491); Boješice (606898); Kakovice (696170); Mirovice (695726); Ohař (606901); Plíškovice (721875); Touškov (767883); Mišovice (696196); Pohoří u Mirovic (696200); Myslín (700631); Dolní Nerestce (703699); Horní Nerestce (703702); Rakovice (623849); Bezdědovice (603457); Bělčice (601870); Hostišovice (645796); Podruhlí (645818); Tisov (767191); Újezdec u Bělčic (774031); Záhrobí (790281); Závišín u Bělčic (791288); Drahenický Málkov (631558); Skaličany (748005); Chobot (775754); Hornosín (644765); Kožlí u Myštic (700835); Myštice (700851); Vahlovice (700894); Výšice (700908); Uzenice (775771); Uzeničky (775789). |
18.10.2024 |
|
Central Bohemian Region Březnice (614271); Martinice u Březnice (692085); Drahenice (631540); Hudčice (649236); Koupě (671207); Počaply u Březnice (722952); Bubovice u Březnice (784800). South Bohemian Region Ráztely (721883); Svučice (761621). |
10.10.2024- 18.10.2024 |
|
|
CZ-HPAI(P)-2024-00007 |
Pilsen Region: Břežany (614891); Hnačov (721450); Horažďovická Lhota (770213); Třebomyslice u Horažďovic (770221); Hradešice (647420); Smrkovec u Hradešic (647438); Černice u Defurových Lažan (625345); Defurovy Lažany (625353); Dobrotice u Chanovic (650617); Holkovice (650625); Chanovice (650633); Újezd u Chanovic (625361); Chlumy (651851); Podhůří u Nepomuka (723801); Řesanice (664324); Klášter u Nepomuka (665495); Kozlovice u Nepomuka (671746); Kramolín u Nepomuka (673099); Kvášňovice (678228); Malý Bor (691399); Maňovice u Pačejova (717282); Bezděkovec (694541); Maňovice (694550); Mileč (694568); Záhoří u Milče (694576); Želvice (694584); Mlýnské Struhadlo (773964); Mohelnice u Nepomuka (697982); Letovy (695815); Nalžovské Hory (701521); Neprochovy (703524); Těchonice (765457); Velenovy (777803); Nekvasovy (702757); Dvorec (703460); Nepomuk (703478); Klikařov (704211); Neurazy (704229); Nová Ves u Nepomuka (705942); Radochovy (738191); Soběsuky u Nepomuka (751855); Vojovice (784613); Olšany u Kvášňovic (678236); Kotouň (713023); Nová Ves u Horažďovic (713031); Oselce (713040); Pačejov (717304); Týřovice u Pačejova (717321); Velešice u Pačejova (717339); Bližanovy (687588); Kvasetice (687596); Lovčice u Klatov (687600); Mlynářovice (773956); Plánice (721476); Pohoří u Lovčic (687618); Štipoklasy u Lovčic (687626); Polánka u Nepomuka (725056); Třebčice (697991); Tužice (791326); Újezd u Plánice (773972); Jetenovice (779521); Velký Bor u Horažďovic (779539); Plichtice (791300); Skránčice (791318); Zavlekov (791334); Zborovy (721484). |
3.11.2024 |
|
Pilsen Region: Kovčín (671541); Loužná (700657); Milčice (671550); Myslív (700665); Nový Dvůr u Myslíva (700681); Žďár u Nalžovských Hor (765465); Nehodiv (700673); Strážovice u Pačejova (717312). |
26.10.2024 - 3.11.2024 |
Stat Membru: Id-Danimarka
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
DK-HPAI(P)-2024-00008 |
Parts of Guldborgsund and Lolland municipalities beyond the area described in the protection zone that are contained within the circle of radius 10 kilometres, centred on GPS coordinates N 54.6952; E 11.5734 |
13.10.2024 |
|
Parts of Guldborgsund and Lolland municipalities that are contained within a circle of radius 3 km, centered on GPS coordinates N 54.6952; E 11.5734 |
4.10.2024 - 13.10.2024 |
Stat Membru: Il-Ġermanja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||
|
DE-HPAI(P)-2024-00013 DE-HPAI(P)-2024-00014 DE-HPAI(P)-2024-00015 |
SACHSEN Landkreis Leipzig beginnend von der Ländergrenze zu Sachsen-Anhalt auf der Höhe der B87 bis Ortseingang Döhlen, den Ortsteil Döhlen einschließend, nordöstlich nach Quesitz und den Ortsteil Quesitz einschließend, südlich des Solarparks den Pappelweg östlich entlang bis zur Abzweigung nach Markranstädt, dieser nördlich folgend und dann südlich des Stadions Südstraße Markranstädt weiter östlich zur Südstraße Markranstädt, anschließend das Waldgebiet nordwestlich/nördlich des Gewerbegebiets GE 3 Nord und nördlich der Siebenschachthäuser mit der Waldgrenze einschließend bis zur Landkreisgrenze Stadt Leipzig im Seegebiet Kulkwitzer See; die westliche, nördliche und östliche Grenze des Beobachtungsgebiets entspricht der Landkreisgrenze Landkreis Nordsachsen
Stadt Leipzig beginnend mit der Stadtgrenze, entlang am Fahrradweg Neue Luppe, Am Pfingstanger, Lützschenaer Straße, einschließlich Jakobiwinkel und Mühlenplatz, Weiter über Burghausener Straße, Gundorfer Straße, Miltitzer Straße, Bahnschienen ab KGV “Dr. Karl Foerster e.V.”, endend mit der Stadtgrenze SACHSEN-ANHALT Landkreis Saalekreis betroffene Gemarkungen: Dieskau, Dölbau, Gröbers, Großkugel, Schkopau, Döllnitz, Lochau, Raßnitz, Röglitz, Ermlitz, Luppenau, Merseburg, Meuschau, Wallendorf, Zöschen, Zweimen, Horburg-Maßlau, Kötschlitz, Günthersdorf, Rodden, Kötzschau, Kreypau, Leuna, Spergau, Bad Dürrenberg, Tollwitz, Nempitz Stadt Halle (Saale) Alle Bereiche der Stadtviertel Radewell/Osendorf und Planena, die südöstlich der folgenden Linie liegen: Bahnlinie Halle-Ammendorf nach Schkopau bis Regensburger Straße, Regensburger Straße bis Straße der Bergarbeiter, Straße der Bergarbeiter bis zum Weg um den Osendorfer See, mündend an der Straße Am Tagebau Burgenlandkreis Gemarkung Lützen: nordwestlich der B87 zwischen Gustav-Adolf-Gedenkstätte Lützen und Kreisgrenze Gemarkung Wengelsdorf: nordöstlich vom Rittergut und der Auenstraße bis zur Kreisgrenze |
21.10.2024 |
||||
|
SACHSEN-ANHALT Landkreis Saalekreis
|
12.10.2024 – 21.10.2024 |
|||||
|
DE-HPAI(P)-2024-00016 |
SACHSEN Landkreis Vogtlandkreis
Landkreis Erzgebirgskreis
|
29.10.2024 |
||||
|
Landkreis Vogtlandkreis
|
21.10.2024 -29.10.2024 |
Stat Membru: Franza
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Département Finistère (29): |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
FR-HPAI(P)-2024-00007 |
|
25.9.2024 - 3.10.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3.10.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
FR-HPAI(P)-2024-00008 |
|
1.11.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
24.10.2024 – 1.11.2024 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Stat Membru: L-Italja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
Veneto region: |
||
|
IT-HPAI(P)-2024-00002 |
The area of the parts of Veneto Region (ADIS: IT-HPAI(P)-2024-00002) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N 45.380407317, E 12.166908269 |
4.11.2024 |
|
The area of the parts of Veneto Region (ADIS: IT-HPAI(P)-2024-00002) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N 45.380407317, E 12.166908269 |
27.10.2024 – 4.11.2024 |
|
Stat Membru: L-Ungerija
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 |
|
Békés vármegye |
||
|
HU-HPAI(P)-2024-00015 |
Bucsa, Füzesgyarmat, Kertészsziget és Szeghalom települések közigazgatási területének a 47.125795 és a 21.189828 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 10 km sugarú körön belül és védőkörzeten kívül eső területe. |
3.11.2024 |
|
Füzesgyarmat település közigazgatási területének a 47.125795 és a 21.189828 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területe. |
26.10.2024 - 3.11.2024 |
|
|
HU-HPAI(P)-2024-00016 |
Békésszentandrás és Szarvas települések közigazgatási területének a 46.893317 és a 20.424107 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 10 km sugarú körön belül és védőkörzeten kívül eső területe. |
5.11.2024 |
|
Békésszentandrás település közigazgatási területének a 46.893317 és a 20.424107 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területe. |
28.10.2024 - 5.11.2024 |
|
|
Hajdú-Bihar vármegye |
||
|
HU-HPAI(P)-2024-00015 |
Biharnagybajom, Csökmő, Darvas, Nagyrábé, Sárrétudvari és Szerep települések közigazgatási területének a 47.125795 és a 21.189828 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 10 km sugarú körön belül és védőkörzeten kívül eső területe. |
3.11.2024 |
|
Jász-Nagykun-Szolnok vármegye |
||
|
HU-HPAI(P)-2024-00016 |
Kunszentmárton, Mesterszállás, Mezőhék, Mezőtúr, Öcsöd, Tiszaföldvár települések közigazgatási területének a 46.893317 és a 20.424107 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 10 km sugarú körön belül és védőkörzeten kívül eső területe. |
5.11.2024 |
|
Mesterszállás és Öcsöd települések közigazgatási területének a 46.893317 és a 20.424107 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területe. |
28.10.2024 - 5.11.2024 |
|
|
Csongrád-Csanád vármegye |
||
|
HU-HPAI(P)-2024-00016 |
Szentes település közigazgatási területének a 46.893317 és a 20.424107 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 10 km sugarú körön belül eső területe. |
5.11.2024 |
Parti C
Żoni ristretti oħra fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (b), u fl-Artikolu 4:
Stat Membru: L-ebda
|
Żona li tinkludi: |
Data sa meta l-miżuri jridu jibqgħu applikabbli f’konformità mal-Artikolu 3a |
|
|
|
|
* |
F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023, ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istat Membru jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2681/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)