This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D2089
Commission Decision (EU) 2024/2089 of 31 July 2024 confirming the participation of Ireland in Regulation (EU) 2024/1348 of the European Parliament and of the Council establishing a common procedure for international protection in the Union
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2089 tal-31 ta’ Lulju 2024 li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2024/1348 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2089 tal-31 ta’ Lulju 2024 li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2024/1348 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni
C/2024/5389
ĠU L, 2024/2089, 2.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2089/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2089 |
2.8.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2089
tal-31 ta’ Lulju 2024
li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2024/1348 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat in-notifika mill-Irlanda dwar ix-xewqa tagħha li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2024/1348 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2024/1348 ġie adottat fl-14 ta’ Mejju 2024 u daħal fis-seħħ fl-11 ta’ Ġunju 2024. Id-dispożizzjonijiet tiegħu għandhom japplikaw mit-12 ta’ Ġunju 2026. |
|
(2) |
Permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Ġunju 2024, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2024/1348. |
|
(3) |
Jeħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2024/1348 għalhekk tiġi kkonfermata. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-parteċipazzjoni tal-Irlanda tkun tista’ titqies fl-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1348, fir-rigward tal-istabbiliment tal-kapaċità adegwata tal-Istati Membri u l-għadd massimu ta’ applikazzjonijiet li Stat Membru huwa meħtieġ jeżamina fil-proċedura fuq il-fruntiera kull sena, li għandhom jiġu adottati f’konformità mal-perjodi ta’ żmien speċifiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/1348, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun. |
|
(5) |
Ma hemm l-ebda kundizzjoni speċifika marbuta mal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2024/1348 u l-ebda miżura tranżitorja mhi meħtieġa, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2024/1348 hija kkonfermata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/1348, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1348/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2089/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)