Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.
Dokumentum 32024D1496
Council Decision (CFSP) 2024/1496 of 27 May 2024 amending Decision 2013/255/CFSP concerning restrictive measures in view of the situation in Syria
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1496 tas-27 ta’ Mejju 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1496 tas-27 ta’ Mejju 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
ST/8912/2024/INIT
ĠU L, 2024/1496, 28.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1496/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Hatályos
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1496 |
28.5.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/1496
tas-27 ta’ Mejju 2024
li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1). |
|
(2) |
Il-Kunsill jibqa’ mħasseb serjament dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja. Wara aktar minn 13-il sena, il-kunflitt fis-Sirja għadu ’l bogħod milli jintemm u għadu sors ta’ tbatija u instabbiltà. It-terremot traġiku tas-6 ta’ Frar 2023 aggrava s-sitwazzjoni umanitarja diġà gravi fil-pajjiż u żied mal-ħtiġijiet tal-popolazzjoni Sirjana. |
|
(3) |
Il-Kunsill ifakkar li l-miżuri restrittivi tal-Unjoni, inkluż dawk adottati fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, mhumiex maħsuba biex jostakolaw jew jimpedixxu l-provvista ta’ għajnuna umanitarja, inkluż assistenza medika. Il-kummerċ fil-maġġoranza tas-setturi bejn l-Unjoni u s-Sirja,inkluż fl-ikel u l-mediċini, mhuwiex ristrett mill-miżuri restrittivi adottati fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja. Barra minn hekk, fir-rigward ta’ miżuri individwali, hemm fis-seħħ eċċezzjonijiet li jippermettu li fondi u riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli għal persuni u entitajiet deżinjati, fejn dawn il-fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa biss għall-iskop li tingħata għajnuna umanitarja fis-Sirja jew assistenza lill-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. F’ċerti każijiet, hija meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti. |
|
(4) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-azzjoni umanitarja tal-UE: sfidi ġodda, l-istess prinċipji, il-Kunsill afferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jevita u fejn ma jistax jagħmel dan, itaffi kemm jista’ jkun, kwalunkwe impatt negattiv potenzjali mhux intenzjonat tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni fuq azzjoni umanitarja msejsa fuq il-prinċipji. Il-Kunsill tenna li l-miżuri restrittivi tal-Unjoni jikkonformaw mal-obbligi kollha skont id-dritt internazzjonali, b’mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar ir-refuġjati. Huwa ssottolinja l-importanza li l-prinċipji umanitarji u d-dritt umanitarju internazzjonali jiġu rispettati b’mod sħiħ fil-politika ta’ sanzjonijiet tal-Unjoni, inkluż permezz tal-inklużjoni konsistenti ta’ eċċezzjonijiet umanitarji fir-reġimi ta’ miżuri restrittivi fejn ikun rilevanti, u billi jiġi żgurat li jkun hemm qafas effettiv biex jintuża f’dawn l-eċċezzjonijiet minn organizzazzjonijiet umanitarji. |
|
(5) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2664 (2022), fejn fakkar fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li jimponu miżuri ta’ sanzjonijiet b’rispons għat-theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u enfasizza li l-miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti biex jimplimentaw is-sanzjonijiet hemm bżonn jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali ma jkunux maħsuba li jkollhom konsegwenzi umanitarji negattivi għall-popolazzjonijiet ċivili jew konsegwenzi negattivi għall-attivitajiet umanitarji jew għal dawk li jwettquhom. Fil-paragrafu 1 tal-UNSCR 2664 (2022), il-KSNU ddeċieda li l-forniment, l-ipproċessar jew il-ħlas ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew il-forniment minn ċerti atturi tal-oġġetti u s-servizzi meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jsostnu l-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem huma permessi, u mhumiex ksur tal-iffriżar tal-assi imposti mill-KSNU jew mill-Kumitati tas-Sanzjonijiet tiegħu. |
|
(6) |
Fl-14 ta’ Frar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/338 (2), li introduċiet l-eżenzjoni umanitarja skont il-UNSCR 2664 (2022) fir-reġimi ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni li jagħtu effett lill-miżuri deċiżi mill-KSNU jew mill-Kumitati tas-Sanzjonijiet tiegħu. Fil-31 ta’ Marzu 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/726 (3), li introduċiet l-eżenzjoni umanitarja skont il-UNSCR 2664 (2022) fir-reġimi ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni li jagħtu effett lill-miżuri deċiżi mill-KSNU jew mill-Kumitati tas-Sanzjonijiet tiegħu u fil-miżuri komplementari deċiżi mill-Kunsill. Fis-27 ta’ Novembru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2686 (4), li introduċiet f’ċerti reġimi ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni l-eżenzjoni umanitarja għall-benefiċċju tal-atturi msemmija fl-UNSCR 2664 (2022), ta’ organizzazzjonijiet u aġenziji li lilhom l-Unjoni tat iċ-Ċertifikat ta’ Sħubija Umanitarja, ta’ organizzazzjonijiet u aġenziji li huma ċċertifikati jew rikonoxxuti minn Stat Membru, u aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri. |
|
(7) |
Fit-23 ta’ Frar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/408 (5), li introduċiet eżenzjoni għall-iffriżar tal-assi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi u l-entitajiet iddeżinjati, u għar-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi lilhom, għall-benefiċċju ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ċerti kategoriji definiti ta’ atturi involuti fl-attivitajiet umanitarji għal perjodu inizjali ta’ sitt xhur sal-24 ta’ Awwissu 2023. Fl-14 ta’ Lulju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1467 (6), li estendiet din l-eżenzjoni sal-24 ta’ Frar 2024. Fit-18 ta’ Diċembru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2876 (7), li estendiet aktar l-eżenzjoni sal-1 ta’ Ġunju 2024 bil-ħsieb li tiffaċilita t-twassil rapidu tal-għajnuna u tipprovdi prevedibbiltà u ċertezza legali għall-atturi li jibbenefikaw minn dik l-eżenzjoni. |
|
(8) |
Sabiex tiżdied il-konsistenza bejn ir-reġimi ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni u ma’ dawk adottati mill-KSNU jew mill-Kumitati tas-Sanzjonijiet tiegħu, u biex tiġi żgurata t-tkomplija tat-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jsostnu l-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem, il-Kunsill iqis li l-eżenzjoni introdotta bid-Deċiżjoni (PESK) 2023/408 jenħtieġ li tiġi sostitwita b’eżenzjoni mill-miżuri ta’ ffriżar tal-assi applikabbli għal, u mir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni ta’, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi ddeżinjati skont id-Deċiżjoni 2013/255/PESK, għall-benefiċċju tal-atturi msemmija fil-UNSCR 2664 (2022), ta’ organizzazzjonijiet u aġenziji li l-Unjoni tkun tathom iċ-Ċertifikat ta’ Sħubija Umanitarja, ta’ organizzazzjonijiet u aġenziji li huma ċċertifikati jew rikonoxxuti minn Stat Membru, u ta’ aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri. Jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tapplika sal-1 ta’ Ġunju 2025 f’konformità mad-data tat-tmiem tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, filwaqt li jitqies li, mingħajr preġudizzju għar-rieżami tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, il-Kunsill jipprevedi li jestendi aktar dik l-eżenzjoni wara l-1 ta’ Ġunju 2025. Barra minn hekk, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jiġi emendat il-mekkaniżmu eżistenti ta’ deroga għal dawk l-organizzazzjonijiet u l-atturi involuti f’attivitajiet umanitarji li ma jistgħux jibbenefikaw minn dik l-eżenzjoni. Barra minn hekk, il-Kunsill iqis ukoll li jenħtieġ li tiġi introdotta klawżola ta’ rieżami relatata ma’ dawk l-eċċezzjonijiet. |
|
(9) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni biex jiġu implimentati ċerti miżuri f’din id-Deċiżjoni. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 28a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 28a 1. Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28(1), (2) u (5) ma għandhomx japplikaw sal-1 ta’ Ġunju 2025 għall-forniment, l-ipproċessar jew il-ħlas ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi li jkunu meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem, meta din l-assistenza u l-attivitajiet oħra jitwettqu minn:
2. Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 28(5) ma għandhiex tapplika għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi u l-entitajiet elenkati fl-Annessi I u II minn korpi pubbliċi, jew minn persuni ġuridiċi jew entitajiet li jirċievu finanzjament pubbliku biex jingħata sokkors umanitarju fis-Sirja jew biex tingħata assistenza lill-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, fejn l-għoti ta’ dawn il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkun għax-xiri jew it-trasport ta’ prodotti petroliferi, jew finanzjament jew assistenza finanzjarja assoċjati, għall-uniku skop li jingħata sokkors umanitarju fis-Sirja jew li tingħata assistenza lill-popolazzjoni ċivili fis-Sirja f’konformità mal-Artikolu 5(3). 3. F’każijiet mhux koperti mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u b’deroga mill-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 28(1), (2) u (5), l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skont il-kundizzjonijiet li jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkun meħtieġ biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jsostnu l-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem. 4. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti rilevanti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 2, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat. 5. Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 28(5) ma għandhiex tapplika għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew tal-entitajiet elenkati fl-Annessi I u II minn missjonijiet diplomatiċi jew konsulari fejn l-għoti ta’ dawn il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkun f’konformità mal-Artikolu 5(4). 6. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafi 3 u 4 fi żmien 4 ġimgħat minn dik l-awtorizzazzjoni.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 34, jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 28a(1) sa (4) fir-rigward tal-Artikolu 28(1), (2) u (5) għandhom jiġu rrieżaminati f’intervalli regolari, u mill-inqas kull 12-il xahar, jew fuq talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli jew tal-Kummissjoni wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/338 tal-14 ta’ Frar 2023 li temenda ċerti deċiżjonijiet tal-Kunsill u pożizzjonijiet komuni dwar miżuri restrittivi sabiex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar eżenzjoni umanitarja ( ĠU L 47, 15.2.2023, p. 50).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/726 tal-31 ta’ Marzu 2023 li temenda ċerti Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi sabiex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar eżenzjoni umanitarja ( ĠU L 94, 3.4.2023, p. 48).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2686 tas-27 ta’ Novembru 2023 biex jiġu emendati ċerti Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi sabiex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar eċċezzjonijiet umanitarji (ĠU L, 2023/2686, 28.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2686/oj).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/408 tat-23 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 56 I, 23.2.2023, p. 4).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1467 tal-14 ta’ Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 180, 17.7.2023, p. 41).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2876 tat-18 ta’ Diċembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L, 2023/2876, 19.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2876/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1496/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)