Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D0854

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/854 tas-7 ta’ Marzu 2024 li testendi l-mandat tal-Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

ST/6575/2024/INIT

ĠU L, 2024/854, 12.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/854/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/854/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/854

12.3.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/854

tas-7 ta’ Marzu 2024

li testendi l-mandat tal-Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 158(6) tiegħu,

Billi:

Fil-21 ta’ Novembru 2023, il-Bord tat-Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) wara konsultazzjoni mad-Direttur Eżekuttiv tal-EUIPO ddeċieda li jipproponi lill-Kunsill l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Andrea DI CARLO bħala Viċi Direttur Eżekuttiv tal-EUIPO għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin, mill-1 ta’ Novembru 2024,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Andrea DI CARLO bħala Viċi Direttur Eżekuttiv tal-EUIPO huwa b’dan estiż għal perjodu ta’ ħames snin li jibda mill-1 ta’ Novembru 2024 u jintemm fil-31 ta’ Ottubru 2029.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

D. CLARINVAL


(1)   ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/854/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top