Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D0438

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/438 tad-29 ta’ Jannar 2024 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

ST/5224/2024/INIT

ĠU L, 2024/438, 31.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/438/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2025

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/438/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/438

31.1.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/438

tad-29 ta’ Jannar 2024

li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fis-26 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2021/878 (2), li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Melanie HUML, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Ġermaniż ippropona lis-Sur Eric BEIßWENGER, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Staatsminister, Bayerische Staatsregierung (Ministru tal-Istat, Gvern tal-Istat tal-Bavarja), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Eric BEIßWENGER, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali, Staatsminister, Bayerische Staatsregierung (Ministru tal-Istat, Gvern tal-Istat tal-Bavarja), huwa b’dan maħtur bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/878 tas-26 ta’ Mejju 2021 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 192, 1.6.2021, p. 13).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/438/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top