Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.
Dokumentum 32024B2364
Decision (EU) 2024/2364 of the European Parliament of 11 April 2024 on discharge in respect of the implementation of the budget of the Clean Hydrogen Joint Undertaking for the financial year 2022
Deċiżjoni (UE) 2024/2364 tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif għas-sena finanzjarja 2022
Deċiżjoni (UE) 2024/2364 tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2024 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif għas-sena finanzjarja 2022
ĠU L, 2024/2364, 10.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2364/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2364 |
10.10.2024 |
DEĊIŻJONI (UE) 2024/2364 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-11 ta’ April 2024
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif għas-sena finanzjarja 2022
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif għas-sena finanzjarja 2022, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Impriżi Konġunti tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, flimkien mar-risposti tal-Impriżi Konġunti (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2022 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2022 (06182/2024 — C9-0113/2024), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0089/2024), |
|
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ad interim tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2022; |
|
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv ad interim tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Roberta METSOLA
Is-Segretarju Ġenerali
Alessandro CHIOCCHETTI
(1) ĠU C, C/2023/1025, 16.11.2023.
(2) ĠU C , C/2023/112, 12.10.2023.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2364/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)