Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2840

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2840 tal-14 ta’ Diċembru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżura ta’ salvagwardja definittiva kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar

    C/2023/8939

    ĠU L, 2023/2840, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2840/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2840/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2840

    15.12.2023

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2840

    tal-14 ta’ Diċembru 2023

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżura ta’ salvagwardja definittiva kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

    Billi:

    1.   SFOND

    (1)

    Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 (3) l-Unjoni tapplika miżura ta’ salvagwardja fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar. Il-miżura tieħu l-forma ta’ kwota tariffarja (tariff-rate quota, “TRQ”), u l-importazzjonijiet jitħallew mingħajr dazju fil-kuntest ta’ kwota bbażata fuq flussi kummerċjali storiċi. Il-kwota mingħajr dazju hija applikabbli għall-importazzjonijiet fit-territorju tal-Unjoni. Wara l-tispiċċa l-kwota applikabbli jibda japplika dazju ta’ salvagwardja ta’ 25 % fuq l-importazzjonijiet li jsiru .

    (2)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2777 (4) li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2170 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni għal ċerti prodotti tal-azzar ittrasferiti lejn l-Irlanda ta’ Fuq.

    (3)

    Minħabba din l-emenda, il-kategoriji tal-prodotti tal-azzar fil-miżura ta’ salvagwardja elenkata fl-Anness tar-Regolament (UE) 2020/2170, li joriġinaw mir-Renju Unit u miġjuba fl-Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ trasport dirett minn partijiet oħra tar-Renju Unit, għandhom ikunu eliġibbli għal trattament skont il-kwoti tariffarji rilevanti tal-Unjoni jekk dawk il-prodotti jitħallew jiċċirkolaw liberament fit-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq: Folji u Strixxi tal-Azzar Inossidabbli Llaminati bis-Sħana (6) (kategorija 8), Folji u Strixxi tal-Azzar Inossidabbli Llaminati bil-Kesħa (7) (kategorija 9), Żbarri tar-rinforz (8) (kategorija 13), Tubi Kbar Iwweldjati (9) (kategorija 25.A) u Wajer Mhux Illigat (10) (kategorija 28).

    (4)

    Sabiex jiġi żgurat li l-flussi kummerċjali minn partijiet oħra tar-Renju Unit lejn l-Irlanda ta’ Fuq ma jsirux fil-kuntest tal-kwota residwa f’dawn il-kategoriji jekk l-ewwel ma tkunx ġiet eżawrita it-TRQ iddedikata tar-Renju Unit — l-Irlanda ta’ Fuq (“TRQ UKNI”) , il-kwota ta’ “pajjiżi oħra” għat-trasferimenti ta’ merkanzija minn partijiet oħra tar-Renju Unit lejn l-Irlanda ta’ Fuq jenħtieġ li tintuża biss ladarba l-kwota rispettiva tar-“Renju Unit (lejn l-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit)” tkun ġiet eżawrita. Għaldaqstant, l-utenti tal-Unjoni ma jiġux esklużi bla bżonn mill-kwota residwa mill-flussi kummerċjali li jkun maħsuba li jsiru taħt TRQ differenti.

    2.   PROĊEDURA

    (5)

    Fis-6 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni ppubblikat Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (11) li jispjega li, wara l-emendar tar-Regolament (UE) 2020/2170 kien meħtieġ li l-Kummissjoni temenda r-Regolament (UE) 2019/159 billi toħloq TRQs apposta ġodda ġdida limitati għal trasferimenti lejn l-Irlanda ta’ Fuq tal-kategoriji ta’ prodotti inklużi fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2777 li joriġinaw mir-Renju Unit u kkonsenjati direttament minn partijiet oħra tar-Renju Unit. B’dan il-mod, it-trasferimenti ta’ prodotti li huma f’dawn il-kategoriji ta’ prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit u kkonsenjati direttament minn partijiet oħra tar-Renju Unit setgħu jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq mingħajr dazju sakemm tiġi eżawrita l-kwota allokata. Il-partijiet interessati ngħataw il-possibbiltà li jikkummentaw dwar il-kontenut tal-Avviż.

    (6)

    Sabiex tikkalkula l-volum adegwat tat-TRQs apposta ġodda li jiżguraw, kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2023/2777, il-vijabbiltà ekonomika ta’ dawn it-trasferimenti diretti lejn l-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit, fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi fl-Irlanda ta’ Fuq, il-Kummissjoni analizzat l-istatistika (12) disponibbli biex tikkalkula l-volum ta’ trasferimenti lejn l-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit.

    (7)

    It-TRQs li nħolqu minn dan ir-Regolament għandhom jintużaw esklużivament minn prodotti li joriġinaw mir-Renju Unit, kif elenkati fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2777, u li jinġiebu fl-Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ trasport dirett minn partijiet oħra tar-Renju Unit u jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq. Għalhekk, dawn it-TRQs ġodda ma jaffettwawx l-allokazzjoni jew il-volumi tat-TRQs eżistenti għal pajjiżi terzi fit-territorju tal-Unjoni.

    3.   KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI

    (8)

    L-Avviż ta l-possibbiltà lill-partijiet interessati jippreżentaw il-kummenti fi skadenza stipulata. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand l-ebda parti interessata.

    (9)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2015/755 rispettivament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) 2019/159 huwa emendat kif ġej:

    Partijiet mit-tabella fl-ANNESS IV, IV.1 — Volumi ta’ kwoti tariffarji, għandhom jaqraw kif ġej:

    Numru tal-Prodott

    Kategorija tal-prodott

    Kodiċijiet NM

    Allokazzjoni skont il-pajjiż (Meta Applikabbli)

    Sena 6

    Rata tad-dazju addizzjonali

     

    Mill-1.1.2024 sal-31.3.2024

    Mill-1.4.2024 sat-30.6.2024

    Numru tal-ordni

     

     

    “8

    Folji u Strixxi tal-Azzar Inossidabbli Llaminati bis-Sħana

    7219 11 00 , 7219 12 10 , 7219 12 90 , 7219 13 10 , 7219 13 90 , 7219 14 10 , 7219 14 90 , 7219 22 10 , 7219 22 90 , 7219 23 00 , 7219 24 00 , 7220 11 00 , 7220 12 00

    Pajjiżi oħra

    108 314,26

    108 314,26

    25  %

    (10)

    Ir-Renju Unit (għall-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit)

    13,13

    13,13

    25  %

    09.8491

    9

    Folji u Strixxi tal-Azzar Inossidabbli Llaminati bil-Kesħa

    7219 31 00 , 7219 32 10 , 7219 32 90 , 7219 33 10 , 7219 33 90 , 7219 34 10 , 7219 34 90 , 7219 35 10 , 7219 35 90 , 7219 90 20 , 7219 90 80 , 7220 20 21 , 7220 20 29 , 7220 20 41 , 7220 20 49 , 7220 20 81 , 7220 20 89 , 7220 90 20 , 7220 90 80

    Ir-Repubblika tal-Korea

    49 010,58

    49 010,58

    25  %

    09.8846

    It-Tajwan

    45 449,15

    45 449,15

    25  %

    09.8847

    L-Indja

    30 376,69

    30 376,69

    25  %

    09.8848

    L-Afrika t’Isfel

    26 432,63

    26 432,63

    25  %

    09.8853

    L-Istati Uniti

    24 714,52

    24 714,52

    25  %

    09.8849

    It-Turkija

    20 565,57

    20 565,57

    25  %

    09.8850

    Il-Malażja

    13 029,20

    13 029,20

    25  %

    09.8851

    Pajjiżi oħra

    52 263,55

    52 263,55

    25  %

    (12)

    Ir-Renju Unit (għall-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit)

    30,76

    30,76

    25  %

    09.8492

    13

    Vireg tar-rinforz

    7214 20 00 , 7214 99 10

    It-Turkija

    93 208,76

    93 208,76

    25  %

    09.8866

    Il-Federazzjoni Russa

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    25  %

    09.8867

    L-Ukrajna

    43 393,39

    43 393,39

    25  %

    09.8868

    Il-Bożnija-Ħerzegovina

    33 531,95

    33 531,95

    25  %

    09.8869

    Ir-Repubblika tal-Moldova

    28 025,13

    28 025,13

    25  %

    09.8870

    Pajjiżi oħra

    136 103,03

    136 103,03

    25  %

    (14)

    Ir-Renju Unit (għall-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit)

    2 127,24

    2 127,24

    25  %

    09.8493

    25.A

    Tubi kbar iwweldjati

    7305 11 00 , 7305 12 00

    Pajjiżi oħra

    118 743,72

    118 743,72

    25  %

    (25)

    Ir-Renju Unit (għall-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit)

    13,70

    13,70

    25  %

    09.8494

    28

    Wajer Mhux Illigat

    7217 10 10 , 7217 10 31 , 7217 10 39 , 7217 10 50 , 7217 10 90 , 7217 20 10 , 7217 20 30 , 7217 20 50 , 7217 20 90 , 7217 30 41 , 7217 30 49 , 7217 30 50 , 7217 30 90 , 7217 90 20 , 7217 90 50 , 7217 90 90

    Il-Belarussja

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    25  %

    09.8961

    Iċ-Ċina

    77 963,72

    77 963,72

    25  %

    09.8962

    Il-Federazzjoni Russa

    mhux applikabbli

    mhux applikabbli

    25  %

    09.8963

    It-Turkija

    50 733,63

    50 733,63

    25  %

    09.8964

    L-Ukrajna

    38 259,97

    38 259,97

    25  %

    09.8965

    Pajjiżi oħra

    48 776,62

    48 776,62

    25  %

    (29)

    Ir-Renju Unit (għall-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit)

    187,47

    187,47

    25  %

    09.8495”

    Artikolu 2

    Għat-trasferimenti ta’ merkanzija minn partijiet oħra tar-Renju Unit lejn l-Irlanda ta’ Fuq, l-ewwel għandha tintuża l-kwota rispettiva tar-“Renju Unit (lejn l-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit)”. Huwa biss wara li din il-kwota tkun ġiet eżawrita, li dawk it-trasferimenti ta’ oġġetti jkunu jistgħu jużaw il-kwota ta’ “pajjiżi oħrajn” għal kull waħda mill-kategoriji ta’ prodotti elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2020/2170.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16 (“ir-Regolament tal-UE dwar is-Salvagwardja”).

    (2)   ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33.

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżura definittiva ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27).

    (4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2777 tat-3 ta’ Ottubru 2023 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) 2020/2170 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni għal ċerti prodotti tal-azzar ittrasferiti lejn l-Irlanda ta’ Fuq (ĠU L, 2023/2777, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2777/oj).

    (5)  Ir-Regolament (UE) 2020/2170 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni (ĠU L 432, 21.12.2020, p. 1)

    (6)  Kodiċijiet NM (għall-informazzjoni): 721 9 11 00, 7219 12 10, 7219 12 90, 7219 13 10, 7219 13 90, 7219 14 10, 7219 14 90, 7219 22 10, 7219 22 90, 7219 23 00, 7219 24 00, 7220 11 00, 7220 12 00.

    (7)  Kodiċijiet NM (għall-informazzjoni): 7219 31 00, 7219 32 10, 7219 32 90, 7219 33 10, 7219 33 90, 7219 34 10, 7219 34 90, 7219 35 10, 7219 35 90, 7219 90 20, 7219 90 80, 7220 20 21, 7220 20 29, 7220 20 41, 7220 20 49, 7220 20 81, 7220 20 89, 7220 90 20, 7220 90 80.

    (8)  Kodiċijiet NM (għall-informazzjoni): 7214 20 00, 7214 99 10.

    (9)  Kodiċijiet NM (għall-informazzjoni): 7305 11 00, 7305 12 00.

    (10)  Kodiċijiet NM (għall-informazzjoni): 7217 10 10, 7217 10 31, 7217 10 39, 7217 10 50, 7217 10 90, 7217 20 10, 7217 20 30, 7217 20 50, 7217 20 90, 7217 30 41, 7217 30 49, 7217 30 50, 7217 30 90, 7217 90 20, 7217 90 50, 7217 90 90.

    (11)  Avviż dwar il-ħolqien ta’ ċerti Kwoti Tariffarji taħt il-miżura ta’ salvagwardja tal-azzar b’rabta mal-emenda għar-Regolament (UE) 2020/2170, C(2023) 7358 (ĠU C, C/2023/591, 6.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/591/oj).

    (12)   Data disponibbli mis-sistema elettronika stabbilita fuq il-bażi tal-Artikoli 55 u 56 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2840/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top