Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2645

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2645 tat-28 ta’ Novembru 2023 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-endo–1,4-beta-mannanażi magħmula bil-Paenibacillus lentus DSM 33618 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-pollam tas-simna u mrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir, għall-qżieqeż miftuma, il-qżieqeż miftuma ta’ speċijiet porċini minuri, il-qżieqeż tas-simna u l-ispeċijiet porċini minuri tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni: Elanco GmbH)

C/2023/7997

ĠU L, 2023/2645, 29.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2645/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2645/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2645

29.11.2023

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2645

tat-28 ta’ Novembru 2023

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-endo–1,4-beta-mannanażi magħmula bil-Paenibacillus lentus DSM 33618 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-pollam tas-simna u mrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir, għall-qżieqeż miftuma, il-qżieqeż miftuma ta’ speċijiet porċini minuri, il-qżieqeż tas-simna u l-ispeċijiet porċini minuri tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni: Elanco GmbH)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-endo–1,4-beta-mannanażi magħmula bil-Paenibacillus lentus DSM 33618 bħala addittiv fl-għalf disponibbli f’formulazzjoni solida u f’formulazzjoni likwida. Ma’ dik l-applikazzjoni ngħataw ukoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-endo–1,4-beta-mannanażi magħmula bil-Paenibacillus lentus DSM 33618 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-pollam tas-simna u mrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir, għall-qżieqeż miftuma, il-qżieqeż miftuma ta’ speċijiet porċini minuri (“l-ispeċijiet fil-mira”), u titlob li l-addittiv jiġi klassifikat fil-kategorija “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-2 ta’ Frar 2023 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni tal-endo–1,4-beta-mannanażi magħmula bil-Paenibacillus lentus DSM 33618 hi sikura għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni tal-endo–1,4-beta-mannanażi magħmula bil-Paenibacillus lentus DSM 33618 mhix irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn iżda titqies sensitizzatur tal-ġilda u sensitizzatur respiratorju potenzjali. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni tal-endo–1,4-beta-mannanażi magħmula bil-Paenibacillus lentus DSM 33618 għandha l-potenzjal li tkun effikaċi f’32 000 U/kg ta’ għalf komplut fit-tiġieġ tas-simna, it-tiġieġ imrobbija għall-bajd, l-ispeċijiet minuri tal-pollam tas-simna jew imrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir, fil-qżieqeż tas-simna u l-ispeċijiet porċini minuri tas-simna, u f’48 000 U/kg ta’ għalf komplut fid-dundjani tas-simna, id-dundjani mrobbija għat-tgħammir, il-qżieqeż miftuma u l-qżieqeż miftuma ta’ speċijiet porċini minuri. Ma dehrilhiex li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi tal-monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Permezz ta’ ittra tal-10 ta’ Lulju 2023, l-applikant informa lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jipproponi riformulazzjoni tal-formulazzjoni likwida tal-preparazzjoni tal-endo–1,4-beta-mannanażi magħmula bil-Paenibacillus lentus DSM 33618, u talab li l-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-formulazzjoni solida ta’ dak l-addittiv jitkompla b’mod separat.

(6)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni jidhrilha li l-formulazzjoni solida tal-preparazzjoni tal-endo–1,4-beta-mannanażi magħmula bil-Paenibacillus lentus DSM 33618 tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu tal-formulazzjoni solida ta’ dik il-preparazzjoni jenħtieġ li jiġi awtorizzat għall-ispeċijiet fil-mira. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex ikunu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u għall-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà” hi awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   EFSA Journal 2023;21(2):7878.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf komplut b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà

4a45

Elanco GmbH

Endo–1,4-beta-mannanażi (EC 3.2.1.78)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-endo–1,4-beta-mannanażi magħmul bil-Paenibacillus lentus DSM 33618li għandu attività minima ta’ 1,60 × 105 U (1) /g, u żejt minerali ≤ 1 % food-grade mineral oil

Forma solida.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Endo–1,4-beta-mannanażi (EC 3.2.1.78) magħmula bil-Paenibacillus lentus DSM 33618

Metodu analitiku  (2)

Għad-determinazzjoni tal-attività tal-endo–1,4-beta-mannanażi fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf kompost: metodi kolorimetriċi bbażati fuq l-idroliżi enżimatika u r-reazzjoni taz-zokkor riduċenti (ekwivalenti tal-mannożju) bi 3,5-aċidu dinitrosaliċiliku (DNS)

Tiġieġ tas-simna

Tiġieġ imrobbija għall-bajd

Speċijiet minuri tal-pollam tas-simna

Speċijiet minuri tal-pollam imrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir

Ħnieżer għas-simna

Speċijiet porċini minuri għat-tismin

32 000 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali maħluqa bl-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jitneħħew bi proċeduri u miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali tal-protezzjoni għan-nifs u għall-ġilda.

Id-19 ta’ Diċembru 2033

Dundjani tas-simna

Dundjani mrobbija għat-tgħammir

Qżieqeż miftuma

Qżieqeż miftuma ta’ speċijiet porċini minuri

48 000 U


(1)  Unità waħda ta’ attività tal-endo-1,4-beta-mannanażi (U) hi l-ammont tal-enżima li jiġġenera 0,72 mikrogramma ta’ zokkor riduċenti fil-minuta minn sustrat bil-mannożju b’pH ta’ 7,0 u 40 °C.

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2645/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top