Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2592

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2592 tal-21 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-naftilaċetammid, aċidu 1-naftilaċetiku, 2-fenilfenol (inklużi l-mlieħi tiegħu bħall-melħ tas-sodju), 8-idrossikwinolina, amidosulfuron, bifenoks, dikamba, difenokonażol, diflufenikan, dimetaklor, esfenvalerat, etofenproks, fenoksaprop-P, fenpropidin, fenpirażammina, fluważifop P, lenasil, napropammid, nikosulfuron, żjut tal-paraffina, żejt tal-paraffina, penkonażol, pikloram, proeżadjon, spiroksammina, kubrit, tetrakonażol u tri-allat

    C/2023/7773

    ĠU L, 2023/2592, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2592/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2592/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2592

    22.11.2023

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2592

    tal-21 ta’ Novembru 2023

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-naftilaċetammid, aċidu 1-naftilaċetiku, 2-fenilfenol (inklużi l-mlieħi tiegħu bħall-melħ tas-sodju), 8-idrossikwinolina, amidosulfuron, bifenoks, dikamba, difenokonażol, diflufenikan, dimetaklor, esfenvalerat, etofenproks, fenoksaprop-P, fenpropidin, fenpirażammina, fluważifop P, lenasil, napropammid, nikosulfuron, żjut tal-paraffina, żejt tal-paraffina, penkonażol, pikloram, proeżadjon, spiroksammina, kubrit, tetrakonażol u tri-allat

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3). Is-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma elenkati fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, u s-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala kandidati għas-sostituzzjoni huma elenkati fil-Parti E ta’ dak l-Anness.

    (2)

    Is-sustanzi attivi 2-fenilfenol (inklużi l-mlieħi tiegħu bħall-melħ tas-sodju), amidosulfuron, bifenoks, dikamba, difenokonażol, diflufenikan, dimetaklor, etofenproks, fenoksaprop-P, fenpropidin, lenasil, napropammid, nikosulfuron, żjut tal-paraffina, żejt tal-paraffina, penkonażol, pikloram, kubrit, tetrakonażol u tri-allat huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. Is-sustanzi attivi 1-naftilaċetammid, aċidu 1-naftilaċetiku, 8-idrossikwinolina, fenpirażammina, fluważifop P, proeżadjon u spiroksammina huma elenkati fil-Parti B u s-sustanza attiva esfenvalerat hija elenkata fil-Parti E ta’ dak l-Anness.

    (3)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1480 (4) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2-fenilfenol, 8-idrossikwinolina, amidosulfuron, bifenoks, dikamba, difenokonażol, diflufenikan, dimetaklor, esfenvalerat, etofenproks, fenoksaprop-P, fenpropidin, fenpirażammina, lenasil, nikosulfuron, żjut tal-paraffina, żejt tal-paraffina, penkonażol, pikloram, proeżadjon, kubrit, tetrakonażol u tri-allat sal-31 ta’ Diċembru 2023.

    (4)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/291 (5) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-naftilaċetammid, aċidu 1-naftilaċetiku, fluważifop P u spiroksammina sal-31 ta’ Diċembru 2023.

    (5)

    L-approvazzjoni tas-sustanza attiva napropammid se tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023 f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/670 (6).

    (6)

    L-applikazzjonijiet u d-dossiers supplimentari għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ kull waħda minn dawk is-sustanzi attivi ġew ippreżentati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (7). Dawk l-applikazzjonijiet kollha ġew iddikjarati ammissibbli mill-Istati Membri relaturi rispettivi.

    (7)

    Għas-sustanzi attivi 1-naftilaċetammid, aċidu 1-naftilaċetiku, bifenoks, esfenvalerat, etofenproks, fenpirażammina, fluważifop P, napropammid, żjut tal-paraffina, proeżadjon, spiroksammina, tetrakonażol u tri-allat, il-valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 għadha ma ġietx iffinalizzata mill-Istati Membri relaturi rispettivi.

    (8)

    Għas-sustanzi attivi 8-idrossikwinolina, dikamba, dimetaklor, nikosulfuron u penkonażol, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) teħtieġ aktar żmien biex tasal għal konklużjoni u fejn xieraq torganizza konsultazzjoni mal-esperti. Barra minn hekk, huwa meħtieġ żmien addizzjonali biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjoni li tirriżulta dwar il-ġestjoni tar-riskju.

    (9)

    Għas-sustanzi attivi 2-fenilfenol, difenokonażol, diflufenikan, fenpropidin u pikloram, intalbet informazzjoni addizzjonali mill-Awtorità skont l-Artikolu 13(3a), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni stabbiliti fil-punt 3.6.5 u fil-punt 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bi skadenza fl-20 ta’ Settembru 2025 għat-2-fenilfenol, fit-22 ta’ Jannar 2024 għad-difenokonażol, fil-5 ta’ Novembru 2023 għad-diflufenikan, fl-10 ta’ Marzu 2025 għall-fenpropidin u fil-1 ta’ Diċembru 2025 għall-pikloram.

    (10)

    Fil-każ tas-sustanzi attivi amidosulfuron, fenoksaprop-P, lenasil u żejt tal-paraffina, intalbet informazzjoni addizzjonali mill-Awtorità skont l-Artikolu 13(3a), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni stabbiliti fil-punt 3.6.5 u fil-punt 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u din tressqet mill-applikanti fi żmien il-perjodu stabbilit mill-Awtorità. Madankollu, huwa meħtieġ aktar żmien biex l-Awtorità tevalwa l-informazzjoni li rċeviet u tadotta konklużjoni dwar jekk is-sustanzi attivi jistgħux ikunu mistennija li jissodisfaw il-kriterji tal-approvazzjoni u biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjoni li tirriżulta dwar il-ġestjoni tar-riskju.

    (11)

    Għas-sustanza attiva kubrit, l-Awtorità ressqet il-konklużjoni tagħha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni bdiet diskussjonijiet dwar din is-sustanza attiva fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

    (12)

    Peress li aktarx li l-ebda deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi mhi se tkun tista’ tittieħed qabel l-iskadenza tal-perjodi tal-approvazzjoni rispettivi tagħhom fil-31 ta’ Diċembru 2023, u minħabba li r-raġunijiet għad-dewmien fil-proċeduri tat-tiġdid mhumiex fil-kontroll tal-applikanti rispettivi, jenħtieġ li l-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi jiġu estiżi sabiex ikunu jistgħu jitlestew il-valutazzjonijiet meħtieġa u sabiex jiġu finalizzati l-proċeduri regolatorji tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet rispettivi għat-tiġdid tal-approvazzjoni.

    (13)

    Billi l-valutazzjoni tar-riskju għadha ma ġietx finalizzata mill-Istati Membri relaturi, u minħabba ż-żmien meħtieġ biex jitlestew il-passi li fadal f’kull proċedura ta’ tiġdid, it-tul ta’ żmien tal-estensjoni għas-sustanzi attivi bifenoks, etofenproks, napropammid, żjut tal-paraffina, tetrakonażol u tri-allat jenħtieġ li jiġu stabbiliti għal disgħa u tletin xahar u għas-sustanzi attivi 1-naftilaċetammid, aċidu 1-naftilaċetiku, esfenvalerat, fenpirażammina, fluważifop P, proeżadjon u spiroksammina jenħtieġ li jiġu stabbiliti għal disgħa u għoxrin xahar.

    (14)

    Peress li l-Awtorità teħtieġ żmien addizzjonali biex tiftaħ konsultazzjoni pubblika għas-sustanzi attivi dikamba u nikosulfuron, u minħabba ż-żmien meħtieġ biex jitlestew il-passi li fadal f’kull proċedura ta’ tiġdid, it-tul ta’ żmien tal-estensjoni għal dawk is-sustanzi attivi jenħtieġ li jiġi stabbilit għal disgħa u tletin xahar.

    (15)

    Peress li l-Awtorità jeħtieġ li tasal għal konklużjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju għas-sustanzi attivi dimetaklor u penkonażol, li tirrikjedi, fejn xieraq, konsultazzjoni mal-esperti, u minħabba ż-żmien meħtieġ biex jitlestew il-passi li fadal f’kull proċedura ta’ tiġdid, it-tul tal-estensjoni għal dawk is-sustanzi attivi jenħtieġ li jiġi stabbilit għal tlieta u tletin xahar u nofs.

    (16)

    Peress li l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni stabbiliti fil-punt 3.6.5 u fil-punt 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għas-sustanzi attivi 2-fenilfenol, difenokonażol, diflufenikan, fenpropidin u pikloram, u minħabba ż-żmien meħtieġ biex jitlestew il-passi li fadal f’kull proċedura ta’ tiġdid, it-tul tal-estensjoni għall-2-fenilfenol jenħtieġ li jiġi stabbilit għal sitta u erbgħin xahar u nofs, għad-difenokonażol jenħtieġ li jiġi stabbilit għal sitta u għoxrin xahar u nofs, għad-diflufenikan jenħtieġ li jiġi stabbilit għal erbgħa u għoxrin xahar u nofs, għall-fenpropidin jenħtieġ li jiġi stabbilit għal erbgħin xahar u nofs, u għall-pikloram jenħtieġ li jiġi stabbilit għal disgħa u erbgħin xahar u nofs.

    (17)

    Peress li l-Awtorità teħtieġ aktar żmien għall-evalwazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali li rċeviet għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kriterji tal-approvazzjoni stabbiliti fil-punt 3.6.5 u fil-punt 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u minħabba ż-żmien meħtieġ biex jitlestew il-passi li fadal f’kull proċedura ta’ tiġdid, it-tul tal-estensjoni għas-sustanzi attivi amidosulfuron, fenoksaprop-P, lenasil u żejt tal-paraffina, jenħtieġ li jiġi stabbilit għal dsatax-il xahar u nofs.

    (18)

    Skont il-punt 3.6.4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, sustanza attiva għandha tiġi approvata biss jekk ma tkunx jew ma għandhiex tiġi kklassifikata, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), bħala tossika għar-riproduzzjoni kategorija 1B, sakemm l-esponiment tal-bnedmin għal dik is-sustanza fi prodott għall-protezzjoni tal-pjanti f’kundizzjonijiet tal-użu realistiċi proposti ma jkunx negliġibbli. Kif previst fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-valutazzjoni tas-sustanza attiva għandha l-ewwel tistabbilixxi jekk il-kriterji tal-approvazzjoni stabbiliti fil-punti 3.6.2 sa 3.6.4 u 3.7 tal-Anness II humiex issodisfati. Fid-dawl tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 (9), li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, li jikklassifika t-8-idrossikwinolina bħala tossika għar-riproduzzjoni kategorija 1B, it-tul tal-estensjoni għas-sustanza attiva jenħtieġ li jiġi stabbilit għal tnax-il xahar.

    (19)

    Billi l-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf għad irid jagħti l-opinjoni tiegħu, u minħabba ż-żmien meħtieġ biex jitlestew il-passi li fadal f’kull proċedura ta’ tiġdid, it-tul tal-estensjoni għas-sustanza attiva kubrit jenħtieġ li jiġi stabbilit għal ħmistax-il xahar u nofs. Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

    (20)

    F’każ li l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx, il-Kummissjoni tiffissa d-data tal-iskadenza fl-istess data kif kienet qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament, dejjem jekk l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi l-aħħar. Rigward il-każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabbilixxi, kif ikun xieraq skont iċ-ċirkostanzi, l-eqreb data ta’ applikazzjoni possibbli.

    (21)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

    (2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1480 tas-7 ta’ Settembru 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward l-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2-fenilfenol (u l-imlieħ tiegħu, bħall-melħ tas-sodju), 8-idrossikwinolina, amidosulfuron, bensulfuron, bifenoks, klormekwat, klorotoluron, klofenteżina, klomażon, daminożidu, deltametrina, dikamba, difenokonażol, diflufenikan, dimetaklor, esfenvalerat, etofenproks, fenoksaprop-P, fenpropidin, fenpirażammina, fludiossonil, flufenaset, flumetralin, fostijażat, lenasil, MCPA, MCPB, nikosulfuron, żjut tal-paraffina, żejt tal-paraffina, penkonażol, pikloram, proeżadjon, propakwiżafop, prosulfokarb, kwiżalofop-P-etil, kwiżalofop-P-tefuril, 5-nitrogwajakolat tas-sodju, o-nitrofenolat tas-sodju, p-nitrofenolat tas-sodju, kubrit, tebufenpirad, tetrakonażol, tri-allat, triflusulfuron, u tritosulfuron (ĠU L 233, 8.9.2022, p. 43).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/291 tad-19 ta’ Frar 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-naftilaċetammid, aċidu 1-naftilaċetiku, akrinatrina, ażossistrobina, fluważifop p, fluroksipir, imażalil, kreżoksim-metil, ossifluworfen, prokloraż, proeżadjon, spiroksamina, teflutrin u terbutilażina (ĠU L 48, 20.2.2019, p. 17).

    (6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/670 tat-30 ta’ April 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fejn għandu x’jaqsam mat-titwil tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi bromukonażol, buprofeżin, ħalossifop-P u napropammid (ĠU L 113, 3.5.2018, p. 1).

    (7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26), li jibqa’ japplika għall-proċedura għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 20).

    (8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

    (9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 tal-4 ta’ Mejju 2017 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 1).


    ANNESS

    L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

    1.

    Il-Parti A hija emendata kif ġej:

    (1)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Amidosulfuron fis-sitt kolonna tar-ringiela 169, hija sostitwita bi “15 ta’ Awwissu 2025”;

    (2)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tan-Nikosulfuron fis-sitt kolonna tar-ringiela 170, hija sostitwita bi “31 ta’ Marzu 2027”;

    (3)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tad-Dikamba fis-sitt kolonna tar-ringiela 172, hija sostitwita bi “31 ta’ Marzu 2027”;

    (4)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tad-Difenokonażol fis-sitt kolonna tar-ringiela 173, hija sostitwita bi “15 ta’ Marzu 2026”;

    (5)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Lenasil fis-sitt kolonna tar-ringiela 176, hija sostitwita bi “15 ta’ Awwissu 2025”;

    (6)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Pikloram fis-sitt kolonna tar-ringiela 178, hija sostitwita bi “15 ta’ Frar 2028”;

    (7)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Bifenoks fis-sitt kolonna tar-ringiela 180, hija sostitwita bi “31 ta’ Marzu 2027”;

    (8)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tad-Diflufenikan fis-sitt kolonna tar-ringiela 181, hija sostitwita bi “15 ta’ Jannar 2026”;

    (9)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Fenoksaprop-P fis-sitt kolonna tar-ringiela 182, hija sostitwita bi “15 ta’ Awwissu 2025”;

    (10)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Fenpropidin fis-sitt kolonna tar-ringiela 183, hija sostitwita bi “15 ta’ Mejju 2027”;

    (11)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tad-Dimetaklor fis-sitt kolonna tar-ringiela 284, hija sostitwita bi “15 ta’ Ottubru 2026”;

    (12)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Etofenproks fis-sitt kolonna tar-ringiela 285, hija sostitwita bi “31 ta’ Marzu 2027”;

    (13)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Penkonażol fis-sitt kolonna tar-ringiela 287, hija sostitwita bi “15 ta’ Ottubru 2026”;

    (14)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tat-Tri-allat fis-sitt kolonna tar-ringiela 288, hija sostitwita bi “31 ta’ Marzu 2027”;

    (15)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Kubrit fis-sitt kolonna tar-ringiela 292, hija sostitwita bi “15 ta’ April 2025”;

    (16)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tat-Tetrakonażol fis-sitt kolonna tar-ringiela 293, hija sostitwita bi “31 ta’ Marzu 2027”;

    (17)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni taż-Żjut tal-paraffina fis-sitt kolonna tar-ringiela 294, hija sostitwita bi “31 ta’ Marzu 2027”;

    (18)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni taż-Żejt tal-paraffina fis-sitt kolonna tar-ringiela 295, hija sostitwita bi “15 ta’ Awwissu 2025”;

    (19)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni ta’ 2-fenilfenol (inklużi l-mlieħi tiegħu bħall-melħ tas-sodju) fis-sitt kolonna tar-ringiela 299, hija sostitwita bi “15 ta’ Novembru 2027”;

    (20)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tan-Napropamid fis-sitt kolonna tar-ringiela 310, hija sostitwita bi “31 ta’ Marzu 2027”.

    2.

    Il-Parti B hija emendata kif ġej:

    (1)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Proeżadjon, fis-sitt kolonna tar-ringiela 6, hija sostitwita bi “31 ta’ Mejju 2026”;

    (2)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni ta’ Spiroksamina fis-sitt kolonna tar-ringiela 7, hija sostitwita bi “31 ta’ Mejju 2026”;

    (3)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-1-naftilaċetammid, fis-sitt kolonna tar-ringiela 12, hija sostitwita bi “31 ta’ Mejju 2026”;

    (4)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-aċidu 1-naftilaċetiku, fis-sitt kolonna tar-ringiela 13, hija sostitwita bi “31 ta’ Mejju 2026”;

    (5)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Fluważifop-P fis-sitt kolonna tar-ringiela 15, hija sostitwita bi “31 ta’ Mejju 2026”;

    (6)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tat-8-idrossikwinolina fis-sitt kolonna tar-ringiela 18, hija sostitwita bi “31 ta’ Diċembru 2024”;

    (7)

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni ta’ Fenpirażammina fis-sitt kolonna tar-ringiela 25, hija sostitwita bi “31 ta’ Mejju 2026”;

    3.

    Fil-Parti E:

    id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-Esfenvalerat fis-sitt kolonna tar-ringiela 2, hija sostitwita bi “ 31 ta’ Mejju 2026 ”.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2592/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top