Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2059

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2059 tas-26 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1231 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-elenkar ta’ ċerti prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja li jistgħu jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq bħala oġġetti bl-imnut minn partijiet oħra tar-Renju Unit u jiġu introdotti fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2023/6568

    ĠU L 238, 27.9.2023, p. 103–107 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/10/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2059/oj

    27.9.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 238/103


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2059

    tas-26 ta’ Settembru 2023

    li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1231 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-elenkar ta’ ċerti prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja li jistgħu jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq bħala oġġetti bl-imnut minn partijiet oħra tar-Renju Unit u jiġu introdotti fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/1231 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar regoli speċifiċi relatati mad-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit ta’ ċerti kunsinni ta’ oġġetti bl-imnut, pjanti għat-tħawwil, patata taż-żrigħ, makkinarju u ċertu vetturi mħaddma għal skopijiet agrikoli jew ta’ forestrija, kif ukoll movimenti mhux kummerċjali ta’ ċerti annimali tad-dar lejn l-Irlanda ta’ Fuq (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4), il-punt (a), tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2023/1231 jistabbilixxi regoli speċifiċi relatati ma’, fost l-oħrajn, id-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit ta’ kunsinni ta’ ċerti oġġetti bl-imnut għall-introduzzjoni fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq għall-konsumatur finali, inkluż regoli speċifiċi għal kunsinni ta’ oġġetti bl-imnut mill-bqija tad-dinja.

    (2)

    B’mod aktar speċifiku, l-Artikolu 9(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2023/1231 jipprevedi li oġġetti bl-imnut mill-bqija tad-dinja li jikkonsistu minn prodotti bażiċi li joriġinaw mill-annimali jew mill-pjanti jew minn prodotti komposti soġġetti għar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali jew is-saħħa tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punti (d), (e) u (g), tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (“il-prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja”) jistgħu jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit u jiġu introdotti fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2023/1231 biss jekk ir-Renju Unit jipprovdi evidenza bil-miktub li l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni u r-rekwiżiti tal-kontrolli uffiċjali previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 (3), (UE) 2016/429 (4), (UE) 2016/2031 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-Regolament (UE) 2017/625, u fl-atti tal-Kummissjoni adottati skont dawk ir-Regolamenti japplikaw għal dawk il-prodotti bażiċi skont id-dritt nazzjonali tar-Renju Unit, u jekk dawk il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni u r-rekwiżiti tal-kontrolli uffiċjali jiġu implimentati b’mod effettiv mir-Renju Unit (“l-evidenza bil-miktub”).

    (3)

    L-Artikolu 9(4), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2023/1231 jipprevedi li meta l-Kummissjoni tkun irċeviet l-evidenza bil-miktub, din tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja li jistgħu jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq bħala oġġetti bl-imnut minn partijiet oħra tar-Renju Unit u jiġu introdotti fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq.

    (4)

    Permezz ta’ ittri bid-dati tal-4, tas-7 u tat-12 ta’ Settembru 2023, ir-Renju Unit jipprovdi l-evidenza bil-miktub li l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni u r-rekwiżiti tal-kontrolli uffiċjali previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009, (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 u relatati mal-laħam u l-ġewwieni li jittiekel tan-nagħaġ li joriġina minn New Zealand u mal-ikel għall-annimali domestiċi u l-affarijiet tat-tgerrim mill-klieb li joriġinaw minn pajjiżi terzi awtorizzati kif elenkati fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, it-Tabella 2, in-Nru 12 tal-Anness XIV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (6) japplikaw skont id-dritt nazzjonali tiegħu u dawn il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni u r-rekwiżiti tal-kontrolli uffiċjali relatati ma’ dawn il-prodotti bażiċi jiġu implimentati b’mod effettiv mir-Renju Unit.

    (5)

    Għalhekk, huwa xieraq li jiġu elenkati l-prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja, identifikati mill-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda tagħhom, stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (7), u elenkati mal-pajjiż terz tal-oriġini tagħhom, li jistgħu jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq bħala oġġetti bl-imnut minn partijiet oħra tar-Renju Unit, u jiġu introdotti fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq.

    (6)

    Fl-interess taċ-ċertezza legali u biex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ, jenħtieġ li dan ir-Regolament isir effettiv b’urġenza.

    (7)

    L-obbligu li l-oġġetti bl-imnut jiġu mmarkati f’konformità mal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/1231 japplika mill-1 ta’ Ottubru 2023. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Ottubru 2023 biex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċertezza legali u jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ.

    (8)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-lista tal-prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja li joriġinaw mill-annimali jew mill-pjanti jew minn prodotti komposti soġġetti għar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali jew dwar is-saħħa tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punti (d), (e) u (g), tar-Regolament (UE) 2017/625 u l-pajjiż terz tal-oriġini tagħhom, li jistgħu jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq bħala oġġetti bl-imnut minn partijiet oħra tar-Renju Unit, u biex jiġu introdotti fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2023/1231 (“il-prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja”).

    Artikolu 2

    Prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja elenkati fl-Anness

    Il-prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja elenkati fl-Anness jistgħu jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq bħala oġġetti bl-imnut minn partijiet oħra tar-Renju Unit u jiġu introdotti fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2023.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 165, 29.6.2023, p. 103.

    (2)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali u derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).

    (6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

    (7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


    ANNESS

    Lista tal-prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja li jistgħu jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq bħala oġġetti bl-imnut minn partijiet oħra tar-Renju Unit u jiġu introdotti fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq (imsemmija fl-Artikolu 2)

    Ringiela

    Prodotti bażiċi (*)

    Kodiċi NM (**)

    Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/ċertifikat uffiċjali/dikjarazzjoni uffiċjali (***)

    Pajjiż terz tal-oriġini

    Kategorija tal-prodotti bażiċi

    Oġġetti li joriġinaw mill-annimali

    1

    Laħam u ġewwieni li jittiekel tan-nagħaġ, friski, imkessħin jew iffriżati

    0204 10 00

    0204 21 00

    0204 22 10

    0204 22 30

    0204 22 50

    0204 22 90

    0204 23 00

    0204 42 10

    0204 42 30

    0204 42 50

    0204 42 90

    0204 43 10

    0204 43 90

     

    New Zealand

    2

    Ikel għall-annimali tad-dar u oġġetti tal-magħad għall-klieb

    0401

    0402

    0403

    0404

    0408

    0504

    0505

    0506

    0508

    0511

    1501

    1502

    1503

    1504

    2301

    2309

    2835 25

    2835 26

    3501

    3502

    3503

    3504

    4101

    4205

    Ċertifikat tas-saħħa stipulat fil-Kapitolu 3(A) tal-Anness XV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (1)

    Ċertifikat tas-saħħa stipulat fil-Kapitolu 3(B) tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011

    Ċertifikat tas-saħħa stipulat fil-Kapitolu 3(C) tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011

    Ċertifikat tas-saħħa stipulat fil-Kapitolu 3(D) tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011

    Pajjiżi terzi awtorizzati kif elenkati fil-Kapitolu II, it-Taqsima 1, it-Tabella 2, in-Nru 12 tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011

    Noti:

    (*)

    Id-deskrizzjoni tal-prodotti bażiċi elenkati fit-tabella f’dan l-Anness għandha tkun kif stipulat fil-kolonna tad-deskrizzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (NM), stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 u approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE. In-NM hija msejsa fuq il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti (SA) konkluża fi Brussell fl-14 ta’ Ġunju 1983.

    Bla preġudizzju għar-regoli għall-interpretazzjoni tan-NM stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, il-formulazzjoni tad-deskrizzjoni tal-prodotti bażiċi fit-tabella f’dan l-Anness għandha tkun meqjusa ta’ valur indikattiv biss, peress li l-prodotti bażiċi koperti bil-lista li tinsab fit-tabella f’dan l-Anness għandhom jiġu determinati mill-kodiċijiet NM.

    (**)

    Din il-kolonna tindika l-kodiċi NM.

    (***)

    Din il-kolonna tindika l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/iċ-ċertifikat uffiċjali/id-dikjarazzjoni uffiċjali meħtieġ/a biex jakkumpanja/takkumpanja l-kunsinna tal-prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

    (1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-7 ta’ April 1987 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti u tal-Protokoll li Jemendaha (ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1).


    Top