Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1480

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1480 tal-11 ta’ Mejju 2023 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Olandiża tar-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd fl-Ilmijiet tal-Punent għall-perjodu 2021–2023

    C/2023/3026

    ĠU L 182, 19.7.2023, p. 90–90 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/1480/oj

    19.7.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 182/90


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1480

    tal-11 ta’ Mejju 2023

    li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Olandiża tar-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd fl-Ilmijiet tal-Punent għall-perjodu 2021–2023

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-verżjoni bil-lingwa Olandiża tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2015 (2) fiha żball fl-Artikolu 13(1), il-punt (a), li tbiddel il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni mogħtija mid-dispożizzjoni.

    (2)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Olandiża tar-Regolament Delegat (UE) 2020/2015 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    (ma japplikax għal-lingwa Maltija)

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Mejju 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 83, 25.3.2019, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2015 tal-21 ta’ Awwissu 2020 li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd fl-Ilmijiet tal-Punent għall-perjodu 2021-2023 (ĠU L 415, 10.12.2020, p. 22).


    Top