EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1223

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1223 tad-19 ta’ Ġunju 2023 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Carota dell’Altopiano del Fucino” (IĠP)

C/2023/4092

ĠU L 160, 26.6.2023, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1223/oj

26.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1223

tad-19 ta’ Ġunju 2023

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Carota dell’Altopiano del Fucino” (IĠP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-regoli applikabbli qabel is-7 ta’ Diċembru 2021 għandhom jibqgħu japplikaw għall-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-emendar tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li l-Kummissjoni tirċievi skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 qabel it-8 ta’ Ġunju 2022.

(2)

Fil-15 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mill-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Carota dell’Altopiano del Fucino”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 (3), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 162/2014 (4).

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja f’konformità mal-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) ta’ dak ir-Regolament, kif applikabbli qabel is-7 ta’ Diċembru 2021.

(4)

Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, kif applikabbli qabel is-7 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni biex issir emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament (5).

(5)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-indikazzjoni ġeografika protetta “Carota dell’Altopiano del Fucino” hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jirreġistra ċerti ismijiet fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (ĠU L 46, 16.2.2007, p. 14).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 162/2014 tad-19 ta’ Frar 2014 li japprova modifika mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Carota dell’Altopiano del Fucino (IĠP)] (ĠU L 52, 21.2.2014, p. 11).

(5)  ĠU C 80, 3.3.2023, p. 71.


Top