EUR-Lex Acces la dreptul Uniunii Europene

Înapoi la prima pagină EUR-Lex

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 32023R1147

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1147 tat-12 ta’ Ġunju 2023 li jimplimenta l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

ST/10153/2023/ADD/1

ĠU L 151I, 12.6.2023, p. 1-3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Statutul juridic al documentului care este în vigoare

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1147/oj

12.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 151/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1147

tat-12 ta’ Ġunju 2023

li jimplimenta l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 tas-26 ta’ April 2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ April 2010, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 356/2010.

(2)

Fis-26 ta’ Mejju 2023, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) tal-KSNU żied persuna mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 356/2010 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PEHRSON


(1)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 1.


ANNESS

Il-persuna elenkata hawn taħt hija miżjuda mal-lista ta’ persuni u entitajiet li tinsab fit-taqsima “I. Persuni” fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2020:

I.   Persuni

“22.

Abdullahi Osman Mohamed Caddow (magħruf ukoll bħala: a) Cabdullahi Cusman Maxamed Caddow b) Dhagacade c) Faracade d) Injineer Ismaaciil e) Eng. Ismail).

Data tat-Twelid: 1983

Nazzjonalità: Somalja

Indirizz: Somalja

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 26 ta’ Mejju 2023

Sess: raġel

Informazzjoni oħra:

Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals.

Abdullahi Osman Mohamed Caddow, magħruf ukoll bħala “Eng. Ismail” huwa espert anzjan dwar l-isplussivi ta’ al-Shabaab responsabbli mit-tmexxija ġenerali tal-operazzjonijiet u l-manifattura tal-grupp fil-qasam tal-isplussivi. B’hekk, kien involut f’atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja. Huwa ngħaqad mal-fergħa tal-media ta’ Al-Shabaab, Al-Kataib fl-2008 f’Mogadishu u aktar tard fl-2014 sar membru tal-unità tal-manifattura tal-isplussivi fil-grupp li topera f’bosta ċentri ta’ preparazzjoni tal-isplussivi fl-ibliet ta’ Jilib, Bu’aale, Saakoow, Salagle, Kuunyo-Barrow, u Arabow. Jikkmanda tim ta’ 68 operatur ta’ Al-Shabaab u jdaħħal b’kuntrabandu madwar USD 6 miljun ta’ materjal għall-manifattura tal-isplussivi kull sena.”


Sus