EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1091

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1091 tal-5 ta’ Ġunju 2023 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “APESIN alcogel” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/3550

ĠU L 146, 6.6.2023, p. 7–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1091/oj

6.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1091

tal-5 ta’ Ġunju 2023

li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “APESIN alcogel” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ April 2019, Tana-Chemie GmbH issottomettiet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 (2) għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-istess prodott bijoċidali uniku, kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013, imsemmi “APESIN alcogel”, tat-tip ta’ prodott 1, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-TV051115-15 fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali (“ir-Reġistru”). L-applikazzjoni indikat ukoll in-numru tal-applikazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Knieler & Team Propanol Family”, irreġistrata fir-Reġistru bin-numru tal-każ BC-AQ050985-22.

(2)

L-istess prodott bijoċidali uniku “APESIN alcogel” fih il-propan-1-ol u l-propan-2-ol bħala s-sustanzi attivi, li huma inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tip ta’ prodott 1.

(3)

Fit-8 ta’ Diċembru 2021, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013, l-Aġenzija ssottomettiet lill-Kummissjoni opinjoni (3) u l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (“SPC”) tal-“APESIN alcogel”.

(4)

L-opinjoni tikkonkludi li d-differenzi proposti bejn l-istess prodott bijoċidali uniku u l-prodott bijoċidali ta’ referenza relatat huma limitati għall-informazzjoni li tista’ tkun soġġetta għal bidla amministrattiva f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 (4), u li abbażi tal-valutazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Knieler & Team Propanol Family” u soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, l-istess prodott bijoċidali uniku jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(5)

Fl-20 ta’ Ottubru 2022, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni l-abbozz tal-SPC fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(6)

Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk hija tal-fehma li jixraq li tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-istess prodott bijoċidali uniku “APESIN alcogel”.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0027672-0000 lil Tana-Chemie GmbH għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-istess prodott bijoċidali uniku “APESIN alcogel” f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali stabbilit fl-Anness.

L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mis-26 ta’ Ġunju 2023 sal-31 ta’ Lulju 2032.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 tas-6 ta’ Mejju 2013 li jispeċifika proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti bijoċidali li huma l-istess skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 4).

(3)  L-opinjoni tal-ECHA dwar “APESIN alcogel” tat-8 ta’ Diċembru 2021, https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta’ April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4).


ANNESS

Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal prodott bijoċidali

APESIN alcogel

Prodott tip 1 — Iġjene umana (Diżinfettanti)

Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0027672-0000

Numru tal-ass R4BP: EU-0027672-0000

1.   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.1.   Isem (ismijiet) kummerċjali tal-prodott

Isem kummerċjali

APESIN alcogel APESIN alcogel F

1.2.   Detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni

Isem

tana-Chemie GmbH

Indirizz

Rheinallee 96, 55120 Mainz Ġermanja

Numru tal-awtorizzazzjoni

EU-0027672-0000

Numru tal-ass R4BP

EU-0027672-0000

Data tal-awtorizzazzjoni

Is-26 ta’ Ġunju 2023

Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni

Il-31 ta’ Lulju 2032

1.3.   Manifattur(i) tal-prodott

L-isem tal-manifattur

tana-Chemie GmbH

L-indirizz tal-manifattur

Rheinallee 96, 55120 Mainz Ġermanja

Post ta’ siti ta' manifattura

Werner & Mertz GmbH & Co KG, Neualmerstr. 13, 5400 Hallein Awstrija

Werner & Mertz GmbH, Rheinallee 96, 55120 Mainz Ġermanja

1.4.   Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)

Sustanza attiva

Propan-1-ol

L-isem tal-manifattur

OQ Chemicals GmbH (formerly Oxea GmbH)

L-indirizz tal-manifattur

Rheinpromenade 4a, 40789 Monheim am Rhein Ġermanja

Post ta’ siti ta' manifattura

OQ Chemicals Corperation (formerly Oxea Coperation), 2001 FM 3057 TX, 77414 Bay City Istati Uniti


Sustanza attiva

Propan-1-ol

L-isem tal-manifattur

BASF SE

L-indirizz tal-manifattur

Carl-Bosch-Str. 38, 67056 Ludwigshafen Ġermanja

Post ta’ siti ta' manifattura

BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67056 Ludwigshafen Ġermanja


Sustanza attiva

Propan-1-ol

L-isem tal-manifattur

SASOL Chemie GmbH & Co. KG

L-indirizz tal-manifattur

Secunda Chemical Operations, Sasol Place, 50 Katherine Street, 2090 Sandton Afrika t'Isfel

Post ta’ siti ta' manifattura

Secunda Chemical Operations, PDP Kruger Street, 2302 Secunda Afrika t'Isfel


Sustanza attiva

Propan-2-ol

L-isem tal-manifattur

INEOS Solvent Germany GmbH

L-indirizz tal-manifattur

Römerstrasse 733, 47443 Moers Ġermanja

Post ta’ siti ta' manifattura

INEOS Solvent Germany GmbH, Römerstrasse 733, 47443 Moers Ġermanja

INEOS Solvent Germany GmbH, Shamrockstrasse 88, 44623 Herne Ġermanja

2.   KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva fuq il-kompożizzjoni tal-prodott

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru KE

Kontenut (%)

Propan-1-ol

 

Sustanza attiva

71-23-8

200-746-9

30,0

Propan-2-ol

 

Sustanza attiva

67-63-0

200-661-7

45,0

2.2.   Tip ta’ formulazzjoni

AL – Kwalunkwe likwidu ieħor

3.   DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U PREKAWZJONI

Dikjarazzjonijiet dwar Periklu

Likwidu u fwar li jieħdu n-nar malajr ħafna.

Jagħmel ħsara serja lill-għajnejn.

Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament.

Espożizzjoni ripetuta tista' tikkaġuna nixfa jew qsim tal-ġilda.

Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni

Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. – Tpejjipx.

Żomm il-kontenitur magħluq sew.

Evita li tibla' bin-nifs fwar.

Uża biss barra jew f’post ventilat sew.

JEKK JINĠIBED MAN-NIFS:Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b'attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ.

Sejjaħ minnufih ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib.

Aħżen f’post b'ventilazzjoni tajba.Żomm frisk.

Aħżen f'post imsakkar.

Armi il-kontenitur fi punt tal-ġbir tal-iskart awtorizzat.

4.   UŻU(IJIET) AWTORIZZATI

4.1.   deskrizzjoni użu

Tabella 1. Uża # 1 — għad-diżinfezzjoni iġjenika tal-idejn, ġel

Tip ta’ Prodott

TP 01 — Iġjene tal-bniedem

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

Mhux rilevanti.

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta' żvilupp)

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Batterji

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: mikobaktērijas

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Ħmira

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: vajruses b’involukru

istadju iżvilupp: ebda data

Qasam tal-użu

Indoor

sptarijiet u istituzzjonijiet oħra tal-kura tas-saħħa bħal f’ ambulanzi, kliniċi fejn it-tabib jara l-pazjenti, djar tal-kura (inkluż kura fid-djar għall-pazjenti)

canteens tal-isptar, kċejjen kbar, industriji tal-farmaċewtika, siti tal-produzzjoni u laboratorji: diżinfezzjoni iġjenika tal-idejn fug idejn viżibbilment nodfa u xotti.

Għal użu professjonali biss.

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Metodu: applikazzjoni manwali

Deskrizzjoni dettaljata:

għorik

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ Applikazzjoni: Dożaġġ: Mill-inqas 3 mL (uża d-dispensaturi: pereżempju issettja għal 1,5 mL għal kull moviment bl-id, 2 movimenti bl-id għal kull 3 mL) Ħin ta’ kuntatt: 30 s

Dilwizzjoni (%): Prodott lest għall-użu

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

M’hemm l-ebda restrizzjoni fin-numru ta’ applikazzjonijiet jew fil-ħin meta jsiru. M’hemm għalfejn jiġu kkunsidrati l-ebda intervalli ta’ sigurtà bejn il-fażijiet ta’ applikazzjoni.

Il-prodott jista’ jintuża fi kwalunkwe ħin u ta’ spiss skont kif meħtieġ.

Kategorija(i) tal-utenti

industrijali

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

100, 125, 500, 1 000  mLfi flixkien tal-polietilena ta’ densità għolja (HDPE) trasparenti/bojod b’tappijiet flip top tal-polypropilena (PP).

Reċipjent ċilindriku ta’ 5 000  mL tal-HDPE trasparenti/abjad b’tapp bil-kamin tal-HDPE.

500 u 1 000  mL fi flixkun tal-HDPE trasparenti ħafif b’pompa tal-PP integrata.

4.1.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

Dawn il-prodotti jistgħu jiġu applikati direttament jew il-prodotti jistgħu jintużaw f’dispensatur jew b’pompa.

Għal għorik tal-idejn iġjeniku uża 3 mL tal-prodott u żomm l-idejn imxarrba għal 30 sekonda.

Timlax mill-ġdid.

4.1.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.1.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.1.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.1.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.2.   deskrizzjoni użu

Tabella 2. Uża # 2 — għad-diżinfezzjoni kirurġika tal-idejn, ġel

Tip ta’ Prodott

TP 01 — Iġjene tal-bniedem

Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat

Mhux rilevanti.

Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta' żvilupp)

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Batterji

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: mikobaktērijas

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: Ħmira

istadju iżvilupp: ebda data

isem xjentifiku: ebda data

isem komuni: vajruses b’involukru

istadju iżvilupp: ebda data

Qasam tal-użu

Indoor

Il-prodott jista’ jiġi applikat għal diżinfezzjoni kirurġika tal-idejn fi sptarijiet u istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa oħrajn: diżinfezzjoni kirurġika tal-idejn fuq idejn viżibbilment nodfa u xotti u l-parti t’isfel tad-driegħ.

Għal użu professjonali biss.

Metodu(i) ta’ applikazzjoni

Metodu: applikazzjoni manwali

Deskrizzjoni dettaljata:

għorik

Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ Applikazzjoni: Dożaġġ: Għorok ammont suffiċjenti f’porzjonijiet ta’ 3 mL (uża d-dispensaturi: pereżempju issettja għal 1,5 mL għal kull moviment bl-id, 2 movimenti bl-id għal kull 3 mL). Ħin ta’ kuntatt: 90 s

Dilwizzjoni (%): Prodott lest għall-użu

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

M’hemm l-ebda restrizzjoni fin-numru ta’ applikazzjonijiet jew fil-ħin meta jsiru. M’hemm għalfejn jiġu kkunsidrati l-ebda intervalli ta’ sigurtà bejn il-fażijiet ta’ applikazzjoni.

Il-prodott jista’ jintuża fi kwalunkwe ħin u ta’ spiss skont kif meħtieġ.

Kategorija(i) tal-utenti

professjonali

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

100, 125, 500, 1 000  mL fi flixkien tal-polietilena ta’ densità għolja (HDPE) trasparenti/bojod b’tappijiet flip top tal-polypropilena (PP).

Reċipjent ċilindriku ta’ 5 000  mL tal-HDPE trasparenti/abjad b’tapp bil-kamin tal-HDPE.

500 u 1 000  mL fi flixkun tal-HDPE trasparenti ħafif b’pompa tal-PP integrata.

4.2.1.   Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu

Dawn il-prodotti jistgħu jiġu applikati direttament jew il-prodotti jistgħu jintużaw f’dispensatur jew b’pompa.

Għal għorik tal-idejn kirurġiku uża kemm hemm bżonn porzjonijiet ta’ 3 mL biex iżżomm l-idejn imxarrba għal 90 sekonda.

Timlax mill-ġdid.

4.2.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.2.3.   Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.2.4.   Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

4.2.5.   Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu

5.   DIREZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1)

5.1.   Istruzzjonijiet għall-użu

Għal użu professjonali biss.

5.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni ta' riskju

Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal.

Evita l-kuntatt mal-għajnejn.

5.3.   Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent

Miżuri tal-ewwel għajnuna ġenerali: Ċaqlaq il-persuna affettwata miż-żona kontaminata u ħudha post ieħor. Ikseb parir/attenzjoni medika jekk tħossok ma tiflaħx. Jekk possibbli uri din il-folja.

JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Ħu l-persuna f’post fejn hemm arja friska u żommha mistrieħa f’pożizzjoni komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs. Ċempel ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib.

F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Aħsel il-ġilda b’ħafna ilma immedjatament. Imbagħad neħħi l-ħwejjeġ kontaminati kollha u aħsilhom qabel terġa’ tilbishom. Kompli aħsel il-ġilda bl-ilma għal 15-il minuta. Ċempel ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ immedjatament bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ għal mill-inqas 15-il minuta. Ċempel 112/ambulanza għal assistenza medika.

Informazzjoni għall-istaff tal-kura tas-saħħa/tabib: L-għajnejn iridu wkoll jiġu mlaħalħa ripetutament sakemm tkunu fit-triq għat-tabib jekk ikun hemm esponiment tal-għajn għal kimiċi alkalini (pH > 11), amini u aċidi bħal aċidu aċetiku, aċidu formiku jew aċidu propjoniku.

 

JEKK JINBELA’: Laħlaħ il-ħalq immedjatament. Agħti xi ħaġa x’tixrob, jekk il-persuna esposta ma tkunx tista’ tibla’. TIPPROVOKAX ir-remettar. Ċempel 112/ambulanza għal assistenza medika.

 

Miżuri f’każ ta’ ħruġ aċċidentali: Waqqaf it-tnixxija jekk ma jkunx hemm periklu. Neħħi sorsi ta’ tqabbid ta’ nar. Oqgħod attent ħafna biex tevita ċarġis ta’ elettriku statiku. Ara li ma jkun hemm l-ebda fjammi mikxufin. M’hemmx tipjip. Tħallix il-prodott jidħol fis-sistema tad-drenaġġ u sistemi pubbliċi tal-ilma.

 

Imsaħ b’materjal assorbenti (pereżempju biċċa għall-imsiħ). Assorbi t-tixrib b’solidi inerti, bħal tafal jew trab tad-diatomi kemm jista’ jkun malajr. Iġbor b’mod mekkaniku (billi tiknes, tiġbor b’pala). Armi f’konformità mar-regolamenti lokali rilevanti.

5.4.   Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

Ir-rimi jrid isir skont ir-regolamenti uffiċjali. Tbattalx ġo drejns. Tarmix mal-iskart domestiku. Armi l-kontenut/kontenitur billi tieħdu f’post awtorizzat għall-ġbir tal-iskart. Battal l-ippakkjar kompletament qabel ir-rimi. Meta jkunu totalment vojta, il-kontenituri jistgħu jiġu riċiklati bħal kwalunkwe ppakkjar ieħor.

5.5.   Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Żmien kemm idum tajjeb il-prodott fuq l-ixkaffa: 24 xahar

Aħżen f’post xott, frisk u b’ventilazzjoni tajba. Żomm il-kontenitur magħluq sewwa. Żomm ’il bogħod mid-dawl tax-xemx dirett.

Temperatura rakkomandata tal-ħżin: 0-30°C

Taħżinx f’temperaturi taħt 0°C

Taħżinx viċin ikel, xorb u għalf tal-annimali. Żomm ’il bogħod minn materjal kombustibbli.

6.   INFORMAZZJONI OĦRA


(1)  L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħrajn għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.


Top