Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0968

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/968 tas-16 ta’ Mejju 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta pjanċa tqila tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2023/3144

ĠU L 133, 17.5.2023, p. 214–263 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/968/oj

17.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/214


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/968

tas-16 ta’ Mejju 2023

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta pjanċa tqila tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/477 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar il-miżuri li l-Unjoni tista’ tieħu relattivament għall-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra d-dumping jew kontra s-sussidji ma’ miżuri ta’ salvagwardja (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u l-miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/336 (3) il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi tqal tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se ssir referenza għaliha bħala “l-investigazzjoni oriġinali”.

(2)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1382 (4) (“ir-Regolament ta’ salvagwardja”), il-Kummissjoni emendat ċerti Regolamenti li jimponu miżuri anti-dumping jew antisussidji fuq ċerti prodotti tal-azzar soġġetti għal miżuri ta’ salvagwardja.

(3)

Id-dazji anti-dumping attwalment fis-seħħ huma b’rati li jvarjaw bejn 65,1 % u 73,7 % fuq l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun; bir-rata ta’ 70,6 % fuq l-importazzjonijiet mill-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun; u bir-rata ta’ 73,7 % fuq l-importazzjonijiet mill-kumpaniji l-oħrajn kollha miċ-Ċina.

1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

(4)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika dwar l-iskadenza imminenti (5), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11 (2) tar-Regolament bażiku.

(5)

It-talba għal rieżami ġiet ippreżentata fis-26 ta’ Novembru 2021 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar EUROFER (“l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ ċerti pjanċi tqal tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor skont it-tifsira tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

(6)

It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dumping u dannu għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(7)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti evidenza biżżejjed għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni, fil-25 ta’ Frar 2022, bdiet rieżami ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti pjanċi tqal tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li joriġinaw miċ-Ċina abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

1.4.   Perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u perjodu kkunsidrat

(8)

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

1.5.   Partijiet interessati

(9)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikant u lill-produtturi tal-Unjoni magħrufin oħrajn, lill-produtturi magħrufin fir-RPĊ u lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-importaturi, lill-utenti, lin-negozjanti magħrufin, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufin li huma kkonċernati, dwar il-bidu tal-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw.

(10)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

(11)

L-ebda parti ma talbet li tiġi mismugħa.

1.6.   Kummenti dwar il-bidu

(12)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar il-bidu mill-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Ħadid u l-Azzar (“is-CISA”) u mingħand Primex Steel Trading GmbH (“Primex”). L-applikant ipprovda wkoll kummenti f’dan ir-rigward.

(13)

Primex sostniet li t-talba ma kienx fiha biżżejjed evidenza tal-probabbiltà ta’ rikorrenza jew tal-kontinwazzjoni ta’ dumping. B’mod partikolari, Primex sostniet li l-livell ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni f’każ li l-miżuri jiġu terminati jiddependi mhux biss fuq il-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ iżda wkoll fuq id-domanda fl-Unjoni, ir-relazzjonijiet bejn il-prezzijiet u l-kostijiet kif ukoll l-intensità tal-kompetizzjoni fis-suq dinji, l-eżistenza ta’ ostakli kummerċjali fis-suq dinji u l-iżvilupp tar-rati tal-kambju. Primex sostniet ukoll li s-sorsi differenti għall-kapaċità ta’ riżerva użata mill-applikant fit-talba qajmu dubju dwar il-validità ta’ din id-data. Primex iddikjarat li minħabba l-bidla fil-politika tal-azzar fiċ-Ċina, inkluż tnaqqis f’ċerti rifużjonijiet tal-VAT fuq l-esportazzjonijiet, se jkun hemm żieda moderata fl-importazzjonijiet fl-Unjoni f’każ li l-miżuri jiġu tterminati. Primex sostniet ukoll li s-suq tal-Unjoni ma kienx daqshekk attraenti għall-esportaturi Ċiniżi kif sostna l-applikant fit-talba għal rieżami.

(14)

L-analiżi tat-talba wriet li kien hemm biżżejjed evidenza fl-istadju tal-bidu li tindika l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping jekk il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet mir-RPĊ jitħallew jiskadu. L-applikant ibbaża l-analiżi tiegħu mhux biss fuq il-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, iżda wkoll fuq l-attraenza tas-suq tal-Unjoni minħabba d-daqs tiegħu u n-network stabbilit ta’ kumpaniji kummerċjali li l-produtturi Ċiniżi kbar tal-pjanċi tqal għandhom fl-Unjoni, il-miżuri ta’ difiża tal-kummerċ imposti minn pajjiżi terzi, u l-imġiba inġusta fl-ipprezzar tar-RPĊ fis-swieq ta’ pajjiżi terzi. L-istandard legali ta’ evidenza meħtieġ għall-bidu (“biżżejjed evidenza ta’ dumping, dannu u rabta kawżali”) huwa aktar baxx minn dak meħtieġ biex tintlaħaq determinazzjoni finali (7). Ir-rekwiżit li tiġi pprovduta biżżejjed evidenza huwa limitat għal informazzjoni li tista’ tkun “raġonevolment disponibbli” għall-parti rikjedenti (8). L-informazzjoni pprovduta fit-talba ma hijiex meħtieġa tikkostitwixxi evidenza inkonfutabbli tal-eżistenza tal-fatti allegati (9). Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(15)

Primex ma qablitx mal-għażla tal-applikant għall-pajjiż rappreżentattiv, jiġifieri l-Brażil. B’mod partikolari, Primex sostniet li: is-suq Brażiljan kien iżgħar mis-suq Ċiniż: il-kumpanija Brażiljana Usinas Siderúrgicas de Minas Gerais SA (“Usiminas”), użata mill-applikant għall-kalkolu tal-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-marġni ta’ profitt, ma kinitx xierqa peress li din il-kumpanija għandha pożizzjoni dominanti fis-suq domestiku; is-suq Brażiljan huwa protett mill-kompetizzjoni internazzjonali tal-importazzjoni b’dazji anti-dumping kontra importazzjonijiet mill-Ukrajna, miċ-Ċina, mill-Afrika t’Isfel u mill-Korea t’Isfel (10); u hemm importazzjonijiet żgħar mill-Brażil lejn l-Unjoni.

(16)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant, il-Kummissjoni analizzat il-pajjiż rappreżentattiv propost u qieset li l-Brażil issodisfa r-rekwiżiti statutorji li għandhom jintużaw bħala pajjiż rappreżentattiv għall-fini tal-bidu tar-rieżami ta’ skadenza. B’mod partikolari, il-Brażil għandu livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina skont il-Bank Dinji, huwa produttur sinifikanti ta’ pjanċa tqila, u għandu data faċilment disponibbli għall-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-Brażil kien għażla xierqa bħala pajjiż rappreżentattiv fl-istadju tal-bidu.

(17)

Primex argumentat ukoll li l-metodoloġija sabiex jiġi kkalkolat il-marġni ta’ dumping fit-talba għal rieżami ma kinitx korretta. B’mod partikolari, Primex sostniet li l-perjodu ta’ investigazzjoni (jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021) kien qasir wisq biex jiġi stabbilit valur normali rappreżentattiv u kien differenti mill-perjodu fit-talba għal rieżami. Primex sostniet ukoll li l-prezzijiet tal-materja prima ewlenija (mineral tal-ħadid, faħam tal-kokk u ruttam) kienu soġġetti għal varjazzjonijiet qawwija, speċjalment il-prezz tal-mineral tal-ħadid fl-2021 u għalhekk l-2021 ma setgħetx titqies bħala sena rappreżentattiva. Barra minn hekk, Primex sostniet li kien hemm dubji dwar jekk id-data tal-produttur tal-Unjoni dwar il-fatturi ta’ konsum użata mill-applikant fit-talba kinitx rappreżentattiva għas-suq kollu. Barra minn hekk, Primex sostniet li l-metodoloġija użata mill-applikant fit-talba għal rieżami għall-kalkolu tal-valur normali għar-RPĊ ma kinitx adatta peress li l-applikant uża biss id-data għall-kostijiet lavorattivi, l-SG&A u l-profitti mill-kumpanija Brażiljana Usiminas. Primex sostniet ukoll li t-talba għar-rieżami ma kinitx tinkludi evidenza li l-istrutturi tal-kostijiet tal-produtturi tal-Unjoni, tal-Brażil u taċ-Ċina kienu komparabbli ma’ xulxin. Barra minn hekk, Primex sostniet li t-talba għal rieżami ma spjegatx jekk il-prezzijiet għall-fatturi individwali tal-produzzjoni fil-Brażil humiex rappreżentattivi. Primex argumentat ukoll li l-applikant ikkalkula b’mod żbaljat il-perċentwal tal-profitt bħala perċentwal tal-kost tal-bejgħ meta kellu jkun bħala perċentwal tal-bejgħ. Barra minn hekk, Primex sostniet li l-marġni ta’ profitt rappreżentattiv jenħtieġ li jkun ikkalkolat għal perjodu ta’ żmien itwal u jenħtieġ li jinkludi wkoll l-2019, peress li din is-sena ma kinitx affettwata mill-pandemija tal-Covid-19. Fl-aħħar nett, Primex sostniet li l-marġni ta’ profitt ta’ 14 % użat mill-applikant fit-talba għal rieżami ma setax jinkiseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. Primex sostniet ukoll li ż-żewġ metodi użati mill-Applikant biex jiġi kkalkolat il-prezz tal-esportazzjoni fit-talba għal rieżami ma kinux xierqa.

(18)

Rieżami ta’ skadenza għandu jinbeda fejn it-talba jkun fiha evidenza biżżejjed li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu. L-applikant ipprovda biżżejjed evidenza dwar il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali li turi li l-marġnijiet tad-dumping ikunu sinifikanti jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Iċ-ċifri li fuqhom kienu bbażati l-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni kienu sostnuti b’evidenza suffiċjenti kif ikkonfermat mill-analiżi tas-servizzi tal-Kummissjoni. Fil-prattika, il-kalkolu tal-valur normali kif ukoll il-prezz tal-esportazzjoni kienu konformi mal-prinċipji tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku u wrew li t-talba kien fiha evidenza suffiċjenti ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. Fl-analiżi statutorja tagħha, il-Kummissjoni qieset biss dawk l-elementi li għalihom l-evidenza kienet adegwata u akkurata.

(19)

Il-Kummissjoni nnotat li ma kien hemm l-ebda rekwiżit legali fir-Regolament bażiku rigward il-perjodu magħżul mill-applikant, u lanqas li l-perjodu magħżul għall-investigazzjoni kellu jkun l-istess bħal dak magħżul mill-applikant. Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku, għandu jintgħażel perjodu ta’ investigazzjoni li, fil-każ ta’ dumping għandu, normalment, ikopri perjodu ta’ mhux inqas min 6 xhur immedjatament qabel il-bidu tal-proċeduri. Il-perjodu magħżul mill-applikant, jiġifieri l-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021, intemm ftit qabel is-sottomissjoni tat-talba għal rieżami ta’ skadenza fis-26 ta’ Novembru 2021 u għalhekk tqies li huwa rappreżentattiv għall-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu fl-istadju tal-bidu.

(20)

Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni sabet li l-prodott ikkonċernat u l-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami ta’ skadenza tistabbilixxi li l-proċess ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, użat mill-applikant għall-fatturi ta’ konsum, kien jixbah il-proċess ta’ produzzjoni fir-RPĊ u fil-pajjiż rappreżentattiv. Għalhekk, l-istruttura tal-kostijiet u l-fatturi tal-konsum użati fit-talba tqiesu bħala rappreżentattivi. Skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, l-applikant ħadem il-valur normali bl-użu tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv, jiġifieri l-Brażil. Il-kostijiet f’dan il-pajjiż ġew applikati għar-rati tal-konsum tal-fatturi tal-produzzjoni sabiex jiġu kkalkolati l-kostijiet tal-manifattura, filwaqt li l-SG&A u l-profitt jirriżultaw minn rapporti finanzjarji disponibbli għall-pubbliku ta’ produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. Ta’ min jinnota li anki t-tqabbil tal-kostijiet tal-produzzjoni maħduma, mingħajr l-ebda SG&A u l-profitt tal-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv mal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi tal-prodott taħt rieżami lejn pajjiżi terzi wrew dumping. Għalhekk, l-affermazzjonijiet ta’ Primex fuq il-livell ta’ profittabbiltà huma irrelevanti.

(21)

Għall-prezz tal-esportazzjoni, it-talba għal rieżami ta’ skadenza użat tliet metodi, jiġifieri l-prezz medju tal-importazzjoni Ċiniż lejn l-Unjoni fuq livell TARIC (11), il-prezz frank abbord medju tal-esportazzjoni Ċiniż ippubblikat għal wieħed mit-tipi ta’ prodotti ewlenin lejn il-pajjiżi terzi kollha, u l-prezz medju tal-esportazzjoni Ċiniż lejn il-pajjiżi terzi kollha. Dawn it-tliet metodi nstabu li kienu sostanzjati biżżejjed biex jikkonformaw mal-istandard legali fl-istadju tal-bidu.

(22)

Is-CISA sostniet li t-talba għal rieżami kellha użu eċċessiv ta’ kunfidenzjalità li prekludihom milli jivvalutaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, kif ukoll milli jindirizzaw l-affermazzjonijiet tal-applikant fit-talba għal rieżami. Dan allegatament irriżulta fi ksur tad-drittijiet tad-difiża tas-CISA. Pereżempju, is-CISA rreferiet b’mod partikolari għall-Anness F1 (Kapaċità), l-Anness F2 (Esportazzjonijiet), b’mod aktar speċifiku dwar l-esportazzjonijiet Ċiniżi ta’ pjanċa tqila minn Awwissu 2020 sa Lulju 2021, u l-Anness N (kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz), b’mod aktar speċifiku fir-rigward tad-data dwar il-bejgħ u l-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni lill-EU27 tat-talba għal rieżami.

(23)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Anness F1 mhux kunfidenzjali kien fih data varjata għall-konsum, il-kapaċità u l-produzzjoni tal-pjanċi tqal Ċiniżi. L-Anness F2 mhux kunfidenzjali kien fih sommarju komprensiv tal-prezz medju tal-esportazzjoni Ċiniż u l-volum totali tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn il-bqija tad-dinja, kif ukoll lejn l-aqwa ħames destinazzjonijiet tal-esportazzjoni. L-Anness N mhux kunfidenzjali kien fih il-kalkoli sħaħ tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz, kif ukoll id-data aggregata dwar il-prezz medju u l-kost tal-industrija tal-Unjoni. L-Anness M mhux kunfidenzjali kien fih l-indikaturi kollha tad-dannu tal-applikanti indiċjati għal kull kumpanija u l-Anness K mhux kunfidenzjali kien fih valuri aggregati tad-data kollha meħtieġa għall-kalkolu tal-konsum tal-UE, inkluż il-bejgħ, ukoll indiċjati għal kull kumpanija. Għalhekk, l-informazzjoni pprovduta fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-talba għal rieżami tqieset li għandha biżżejjed dettall biex tippermetti fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni sottomessa b’mod kunfidenzjali.

(24)

L-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku jippermetti s-salvagwardja ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’ċirkostanzi fejn id-divulgazzjoni tkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew ikollha effett negattiv b’mod sinifikanti fuq persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandha dik il-persuna tkun kisbet l-informazzjoni. L-informazzjoni pprovduta fl-annessi limitati tat-talba kienet taqa’ taħt dawn il-kategoriji. Il-Kummissjoni qieset li l-verżjoni miftuħa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati tat-talba kien fiha l-evidenza essenzjali kollha. Is-sommarji mhux kunfidenzjali tad-data pprovduta taħt kopertura kunfidenzjali kienu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom matul il-proċedimenti. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(25)

Is-CISA iddikjarat li t-talba għal rieżami kienet tinkludi informazzjoni kontradittorja, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezz tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn l-Unjoni li kellu impatt fuq is-sejbiet tad-dumping.

(26)

It-talba għal rieżami ma kienx fiha informazzjoni kontradittorja. L-applikant ħadem il-valur normali ta’ żewġ tipi ta’ prodotti (S235 u S355) u uża l-prezz tal-importazzjoni Ċiniż fil-livell TARIC għall-grad S235, u l-prezz medju tal-esportazzjoni Ċiniż ippubblikat għall-grad S355. Għalhekk, l-applikant ikkalkula l-marġnijiet tad-dumping billi qabbel tipi ta’ prodotti simili. Barra minn hekk, l-applikant sab dumping meta qabbel il-prezz medju tal-bejgħ Ċiniż tal-prodott taħt rieżami lill-pajjiżi terzi kollha maż-żewġ valuri normali maħduma. Għalhekk, l-affermazzjoni kellha tiġi miċħuda.

(27)

Is-CISA ddikjarat li t-talba ma kienx fiha biżżejjed evidenza tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu. B’mod partikolari, is-CISA iddikjarat li ma kien hemm l-ebda evidenza fit-talba li wriet li l-iskadenza tal-miżuri tista’ twassal għall-kontinwazzjoni tad-dannu. Is-CISA iddubitat ukoll l-istat fraġli allegat tal-industrija tal-Unjoni u ddikjarat li jekk dan l-istat kien validu, dan jista’ jiġi attribwit kompletament għat-tnaqqis fil-konsum u għat-tnaqqis fid-domanda. Is-CISA ddikjarat ukoll li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta’ rikorrenza ta’ dannu minħabba l-miżuri ta’ salvagwardja tal-UE fuq ċerti prodotti tal-azzar, fosthom il-pjanċa tqila, u l-fatt li l-esportazzjonijiet Ċiniżi ta’ pjanċi tqal ma għadhomx eliġibbli għar-rifużjonijiet tal-VAT fuq l-esportazzjonijiet.

(28)

Il-Kummissjoni qieset l-evidenza preżenti fit-talba bħala suffiċjenti għad-dumping, għad-dannu u għar-rabta kawżali, li kienet raġonevolment disponibbli għall-applikant. L-indikaturi ewlenin tad-dannu inklużi fit-talba wrew xejra negattiva għall-perjodu ta’ referenza magħżul mill-applikant u l-applikant għalhekk afferma li kompla jġarrab dannu materjali.

(29)

Madankollu, l-applikant irrikonoxxa wkoll fit-talba tiegħu għal rieżami li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu essenzjalment waqfu mill-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali u s-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll it-tnaqqis fil-konsum kienu kkawżati minn fatturi oħra, bħall-istat tal-ekonomija ġenerali, speċjalment fil-proġetti tal-kostruzzjoni u tal-pipelines, u l-effett negattiv tal-pandemija tal-COVID-19. Għalhekk, huwa sostna wkoll il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu jekk il-miżuri jiskadu u pprovda biżżejjed evidenza f’dan ir-rigward, li turi li fin-nuqqas ta’ miżuri, l-importazzjonijiet mir-RPĊ x’aktarx jiżdiedu bil-prezzijiet mwaqqa’. Għaldaqstant, l-affermazzjoni tas-CISA għandha tiġi miċħuda.

(30)

Primex sostniet li l-prezz CIF tal-importazzjoni kif ukoll il-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni li l-applikant uża għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz fit-talba għal rieżami kienu ħżiena, u ma għandu jinstab l-ebda marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz jew ta’ bejgħ taħt il-prezz. Barra minn hekk, Primex sostniet li l-marġni ta’ profitt użat għall-kalkolu tal-bejgħ taħt il-prezz ma ntlaħaqx, anke b’miżuri fis-seħħ matul l-aħħar snin.

(31)

Il-Kummissjoni ma qablitx li l-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz fit-talba ma kinux korretti. L-applikant ipprovda tqabbil bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni għall-aktar tipi ta’ prodotti komuni, li huwa tqabbil f’livell aktar granulari mit-tqabbil tal-prezz medju tal-esportazzjoni mal-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni propost minn Primex. Il-metodoloġija tal-applikant hija spjegata b’mod ċar fit-talba għal rieżami ta’ skadenza fil-punt 3.6 u fl-Anness N, li fih kalkolu għal kull tip ta’ prodott rappreżentattiv, li juri twaqqigħ tal-prezz u bejgħ taħt il-prezz. Barra minn hekk, fir-rigward tal-marġni ta’ profitt użat mill-applikant għall-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz, il-Kummissjoni qieset li dan il-marġni ta’ profitt seta’ jinkiseb b’mod raġonevoli f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni fl-investigazzjoni oriġinali. Ta’ min jinnota li anke jekk l-applikant ma pprovda l-ebda kalkolu tal-bejgħ taħt il-prezz, xorta kien hemm biżżejjed evidenza li turi li d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina jerġa’ jseħħ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(32)

Is-CISA ddikjarat li r-Rapport li bbażat fuqu l-Kummissjoni naqas milli jissodisfa l-istandards ta’ evidenza imparzjali u oġġettiva u evidenza ta’ valur probattiv suffiċjenti, minħabba, b’mod partikolari, li dan kien tħejja mill-Kummissjoni bl-għan speċifiku li tiffaċilita l-preżentazzjoni ta’ ilment għall-industriji tal-Unjoni fil-qasam tal-miżuri kummerċjali. Barra minn hekk, is-CISA ddikjarat li peress li r-Rapport ġie ppubblikat fl-2017, dan ma setax jirrifletti d-distorsjonijiet allegati għall-perjodu ta’ investigazzjoni li jkopri s-sena kalendarja 2021.

(33)

Il-Kummissjoni ma qablitx. Il-Kummissjoni nnotat li r-rapport huwa dokument komprensiv ibbażat fuq evidenza oġġettiva estensiva, inklużi leġiżlazzjoni, regolamenti u dokumenti ta’ politika uffiċjali oħra ppubblikati mill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”), rapporti ta’ partijiet terzi minn organizzazzjonijiet internazzjonali, studji akkademiċi u artikoli minn akkademiċi, u sorsi indipendenti affidabbli oħra. Dan ilu disponibbli għall-pubbliku minn Diċembru 2017 biex kull parti interessata kellha biżżejjed opportunità biex tirribatti, tissupplimenta jew tikkummenta dwaru u dwar l-evidenza li huwa bbażat fuqha, u la l-GTĊ u lanqas partijiet oħrajn ma ppreżentaw argumenti jew evidenza li tirribatti s-sorsi inklużi fir-Rapport. Bl-istess mod, fir-rigward tal-argument li r-Rapport kien skadut, il-Kummissjoni nnotat b’mod partikolari li l-evidenza u d-dokumenti ta’ politika ewlenin li jinsabu fir-Rapport, inklużi l-pjanijiet rilevanti ta’ 5 snin u l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-prodott taħt rieżami kienu għadhom fil-biċċa l-kbira tagħhom rilevanti matul il-PIR, u li l-ebda parti ma tat prova li dan ma kienx għadu l-każ. Iċ-Ċina bdiet tippubblika pjanijiet ġodda ta’ 5 snin biss matul is-sena 2021 u ħafna minn dawk il-pjanijiet saru pubbliċi biss fit-tieni nofs tas-sena. Dan kompla jiġi kkonfermat permezz tar-riċerka speċifika għall-każ imwettqa mill-Kummissjoni, kif miġbura fil-qosor hawn fuq.

(34)

It-tieni nett, is-CISA sostniet li l-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping (“ADA”) ma jirrikonoxxix il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-Artikolu 2.2 tal-ADA. Minflok, id-dispożizzjoni tippermetti li jinħadem il-valur normali f’għadd limitat ta’ kundizzjonijiet speċifiċi, u d-distorsjonijiet sinifikanti ma jidhrux fost dawn il-kundizzjonijiet. Barra minn hekk, is-CISA sostniet li l-Artikolu 2.2 tal-ADA jippermetti biss l-użu tal-kost tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini flimkien ma’ ammont raġonevoli għall-kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u l-profitti, filwaqt li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż rappreżentattiv xieraq, u b’hekk ma huwiex konsistenti mad-WTO. Barra minn hekk, is-CISA ddikjarat li kwalunkwe valur maħdum ikun jeħtieġ li jiġi kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA u mal-interpretazzjoni tal-Korp tal-Appell tad-WTO mogħtija fil-każ EU – Biodiesel (DS 473), kif ukoll mill-Bord tad-WTO fil-każ (DS494) UE - Metodoloġiji ta’ Aġġustament tal-Kostijiet II (ir-Russja), li ma jsemmux il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti u lanqas il-possibbiltà li tiġi injorata d-data tal-kumpanija li tesporta.

(35)

Il-Kummissjoni qieset li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huma konsistenti b’mod sħiħ mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea u mal-ġurisprudenza ċitata mis-CISA. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tqis li l-kunċett ta’ “distorsjonijiet sinifikanti” huwa kompatibbli mal-ADA. Barra minn hekk, hija l-fehma tal-Kummissjoni li, f’konformità mad-deċiżjoni tal-Bord tad-WTO u l-Korp tal-Appell f’DS473, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku li japplikaw b’mod ġenerali fir-rigward tal-Membri kollha tad-WTO, bħall-Artikolu 2(5)(2), jippermettu l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tagħmel il-kostijiet u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur mhux xierqa għall-ħdim tal-valur normali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jipprevedi l-ħdim tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, inklużi dawk f’pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur. Fir-rigward tal-kawża DS 494, ir-Rapport tal-Bord f’din it-tilwima qies speċifikament id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku bħala barra mill-ambitu tat-tilwima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li kemm l-UE kif ukoll il-Federazzjoni Russa appellaw is-sejbiet tal-Bord, li ma humiex finali u għalhekk, skont il-ġurisprudenza permanenti tad-WTO, ma għandhom l-ebda status ġuridiku fis-sistema tad-WTO, peress li dawn ma ġewx approvati mill-Korp tas-Soluzzjoni tat-Tilwim permezz ta’ deċiżjoni mill-Membri tad-WTO. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat din l-affermazzjoni.

(36)

It-tielet, is-CISA argumentat li l-prattika li ssir referenza għal investigazzjonijiet tal-passat bħala “evidenza” ta’ ċerti allegazzjonijiet, kif sar mill-applikant fit-talba f’din l-investigazzjoni, x’aktarx ma tkunx tiflaħ għall-approċċ tal-Korp tal-Appell dwar l-oneru tal-prova, kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Korp tal-Appell tad-WTO fl-Istati Uniti – il-każ Dazji Definittivi Anti-dumping u Kompensatorji fuq Ċerti Prodotti (iċ-Ċina) (DS 379).

(37)

Il-Kummissjoni fakkret li fil-każ DS 379, id-deċiżjoni tal-Korp tal-Appell stabbiliet b’mod espliċitu li hija permessa kontroreferenza minn determinazzjoni għal oħra, fejn hemm koinċidenza temporali u sostantiva mill-qrib bejn iż-żewġ investigazzjonijiet. Tali trikkib sostantiv jeżisti b’mod ċar bejn din l-investigazzjoni u l-investigazzjoni tal-GOES (“prodotti b’vina parallela llaminati ċatti tal-azzar elettriku tas-siliċju”) imsemmija fit-Talba, peress li ż-żewġ investigazzjonijiet ma jikkonċernawx biss is-settur tal-azzar fiċ-Ċina iżda kien hemm biss distakk ta’ 6 xhur bejn il-perjodu ta’ investigazzjoni fil-GOES (mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020) u l-PIR f’din l-investigazzjoni (l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021).

(38)

Ir-raba’, is-CISA qajmet il-kwistjoni tat-13-il Pjan ta’ 5 Snin (“five year plan” (“FYP”)), filwaqt li indikat li, minn naħa waħda, jenħtieġ li l-pjan ma jitqiesx bħala liġi vinkolanti iżda pjuttost bħala dokument ta’ politika ġenerali, li jeżisti wkoll fl-UE, u li, min-naħa l-oħra, il-PIR jaqa’ barra mill-perjodu kopert mit-13-il FYP. Barra minn hekk, is-CISA targumenta li t-talba tkompli tirreferi għat-13-il FYP, li jindika li ma hemm xejn fl-14-il FYP li jnaqqas il-kontrolli tal-Istat fuq l-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali jew fuq is-settur tal-azzar b’mod partikolari.

(39)

Dan l-argument ma setax jiġi aċċettat. L-ewwel nett, iċ-Ċina topera ċiklu ta’ ppjanar perjodiku ta’ 5 snin. F’dak iċ-ċiklu, id-dokumenti ta’ ppjanar individwali għaċ-ċiklu ta’ wara diġà jkunu tħejjew matul dak preċedenti filwaqt li, fl-istess ħin, id-dokumenti ta’ ppjanar individwali taċ-ċiklu ta’ wara jistgħu jinħarġu formalment b’xi dewmien wara l-iskadenza tad-dokumenti ta’ ppjanar korrispondenti taċ-ċiklu preċedenti. Il-fatt li d-data tat-tmiem formali tat-13-il FYP għandha mnejn ma taqax fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew li l-14-il FYPs rilevanti ġew ippubblikati b’ċerta lakuna ta’ żmien wara t-tmiem tal-perjodu ta’ ppjanar preċedenti, ma jistax ibiddel in-natura tas-sistema ta’ ppjanar Ċiniża li fiha l-awtoritajiet u l-operaturi tan-negozju dejjem isibu ruħhom parti minn ċiklu ta’ ppjanar. Il-Kummissjoni ssottolinjat ukoll li l-FYPs ippubblikati mill-GTĊ ma humiex biss dokumenti ta’ gwida ġenerali, iżda huma ta’ natura legalment vinkolanti. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għall-analiżi dettaljata tal-pjanijiet fil-Kapitolu 4 tar-Rapport, b’taqsima ddedikata speċifikament għan-natura vinkolanti tal-pjanijiet fit-Taqsima 4.3.1. Kemm l-14-il FYP kif ukoll it-13-il FYP ifakkru b’mod espliċitu lill-awtoritajiet kollha biex jimplimentaw il-pjanijiet b’mod diliġenti: “Aħna se nsaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni tal-ippjanar bħall-katalgi u l-listi, il-kompilazzjoni u l-arkivjar, u l-allinjament u l-koordinazzjoni, se niżviluppaw listi u katalgi bħall-14-il Pjan Speċjali ta’ Ħames Snin fuq Livell Nazzjonali, se nippromwovu l-arkivjar tal-pjani billi nibbażaw ruħna fuq il-pjattaforma ta’ informazzjoni ta’ ġestjoni integrata tal-ippjanar nazzjonali, u se nġibu diversi pjanijiet taħt ġestjoni magħquda. Aħna se nistabbilixxu u se ntejbu l-mekkaniżmi ta’ allinjament u koordinazzjoni tal-ippjanar, se nallinjaw il-pjanijiet approvati mill-Kumitat Ċentrali tal-[Partit Komunista Ċiniż (“CCP”)] u mill-Kunsill tal-Istat u l-pjanijiet ta’ żvilupp provinċjali ma’ dan il-pjan qabel ma jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni, se niżguraw li l-ippjanar spazjali fil-livell nazzjonali, l-ippjanar speċjali, l-ippjanar reġjonali u livelli oħra ta’ ppjanar huma kkoordinati ma’ dan il-pjan f’termini ta’ għanijiet ewlenin, direzzjonijiet ta’ żvilupp, tqassim ġenerali, politiki ewlenin, proġetti ewlenin, u l-prevenzjoni u l-kontroll tar-riskju.” (12) Barra minn hekk, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima jistipula li “il-lokalitajiet kollha jeħtieġ li jtejbu lilhom infushom b’dan il-Pjan, u jinkludu l-kontenut ewlieni u l-proġetti ewlenin hawnhekk fil-kompiti lokali primarji tagħhom”, filwaqt li “l-azzar u setturi ewlenin oħra għandhom ifasslu opinjonijiet speċifiċi ta’ implimentazzjoni bbażati fuq l-objettivi u l-kompiti ta’ dan il-Pjan.” (13) Għaldaqstant, l-affermazzjoni tas-CISA għandha tiġi miċħuda.

1.7.   Kampjunar

(40)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.7.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(41)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hi kienet għażlet provviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021. Dan il-kampjun provviżorju kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni tal-Unjoni u 31 % tal-volum tal-bejgħ totali stmat tal-Unjoni tal-prodott simili. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment.

(42)

Fin-Nota tat-8 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni kkonfermat il-kampjun magħżul b’mod provviżorju bħala l-kampjun definittiv, li jitqies bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

1.7.2.   Kampjunar tal-importaturi

(43)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

(44)

Ma ppreżenta ruħu l-ebda importatur mhux relatat.

1.7.3.   Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(45)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni staqsiet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(46)

L-ebda produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat ma pprovda l-informazzjoni mitluba u ma qabel li jiġi inkluż fil-kampjun.

1.8.   Tweġibiet għall-kwestjonarji

(47)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-GTĊ.

(48)

Il-Kummissjoni bagħtet ittri b’link għal kwestjonarju lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun:

AG der Dillinger Hüttenwerke, Dillingen, il-Ġermanja;

Ilsenburger Grobblech GmbH, Ilsenburg, il-Ġermanja;

ArcelorMittal España, S.A., Avilés, Spanja.

(49)

L-istess kwestjonarju kien magħmul disponibbli wkoll fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ online (14) fil-jum tal-bidu.

(50)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(51)

Fl-avviż ta’ bidu, il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-utenti u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, lit-trade unions u lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi biex jipprovdu informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni u biex jimlew kwestjonarju speċifiku.

(52)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju maħsub għall-utenti tal-prodott taħt rieżami mingħand tliet kumpaniji:

Vestas Wind Systems A/S, id-Danimarka, (“Vestas”);

Astilleros Gondán S.A., Spanja;

EuroPipe GmbH, il-Ġermanja.

1.9.   Verifika

(53)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni

AG der Dillinger Hüttenwerke, Dillingen, il-Ġermanja;

Ilsenburger Grobblech GmbH, Ilsenburg, il-Ġermanja;

ArcelorMittal España, S.A., Avilés, Spanja.

(54)

Il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li twettaq żjara ta’ verifika fil-bini tal-utent indipendenti ewlieni (Vestas) iżda l-kumpanija ma offrietx kooperazzjoni biżżejjed biex tippermetti li ssir tali żjara.

1.10.   Divulgazzjoni

(55)

Fit-28 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ pjanċi tqal li joriġinaw mir-RPĊ (“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li matulu setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand l-applikant u mingħand is-CISA.

(56)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jinstemgħu skont id-dispożizzjonijiet stipulati taħt il-punt 5.8 tan-Notifika ta’ Bidu. Saret seduta ta’ smigħ dwar id-divulgazzjoni finali mas-CISA.

2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt rieżami

(57)

Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri prodotti ċatti ta’ azzar illigat jew mhux illigat (minbarra l-azzar inossidabbli, l-azzar tas-siliċju elettriku, l-azzar tal-għodda u l-azzar b’veloċità għolja), illaminati bis-sħana, mhux imlibbsa, ibbanjati jew miksija, mhux f’koljaturi, ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew aktar jew ta’ ħxuna ta’ 4,75 mm jew aktar iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 2 050 mm jew aktar , (“il-prodott taħt rieżami” jew “pjanċa tqila”).

(58)

Il-pjanċi tqal jintużaw fil-manifattura ta’ tagħmir għall-bini, għall-estrazzjoni u għall-qtugħ tas-siġar għall-injam; reċipjenti taħt pressjoni; pipelines taż-żejt u tal-gass; bini ta’ bastimenti u pontijiet u bini.

2.2.   Prodott ikkonċernat

(59)

Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina miċ-Ċina li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7208 51 20, ex 7208 51 91, ex 7208 51 98, ex 7208 52 91, ex 7208 90 20, ex 7208 90 80, 7225 40 40, ex 7225 40 60 u ex 7225 99 00 (kodiċijiet TARIC: 7208512010, 7208519110, 7208519810, 7208529110, 7208902010, 7208908020, 7225406010 u 7225990045). Il-kodiċijiet NM u TARIC huma mogħtija għall-informazzjoni biss, bla ħsara għal bidla sussegwenti fil-klassifikazzjoni tat-tariffi.

2.3.   Prodott simili

(60)

Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

il-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fis-suq domestiku taċ-Ċina; u

l-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(61)

Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   DUMPING

 

   Kummenti preliminari

(62)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, pjanċi tqal mir-RPĊ ġew importati f’volum negliġibbli, li ma setgħux jiffurmaw il-bażi għad-determinazzjoni tal-kontinwazzjoni tad-dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni analizzat il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping fit-taqsima li jmiss.

4.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DUMPING

(63)

Il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, jekk il-miżuri jitħassru. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll il-kapaċità ta’ assorbiment possibbli ta’ swieq ta’ pajjiżi terzi.

(64)

Kif imsemmi fil-premessa (46), l-ebda wieħed mill-produtturi mir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tar-RPĊ li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward.

(65)

Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni fit-talba għal rieżami aġġornata kif xieraq jekk disponibbli, l-informazzjoni miksuba mill-applikant u informazzjoni minn sorsi oħrajn disponibbli għall-pubbliku, b’mod partikolari l-Global Trade Atlas (“GTA”) (15).

4.1.   Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ

(66)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami, il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ pjanċi tqal fir-RPĊ fil-PIR kienet ibbażata fuq żewġ sorsi ta’ informazzjoni, bħas-CRU (16) u l-MCI (17). Skont ir-rapport tas-CRU, iċ-Ċina kellha kapaċità ta’ produzzjoni ta’ pjanċi tqal ta’ 94 miljun tunnellata fl-2021 bi produzzjoni reali ta’ 86 miljun tunnellata, u b’hekk ħalliet kapaċità ta’ riżerva ta’ mill-inqas 8 miljun tunnellata. Skont l-MCI, iċ-Ċina kellha kapaċità ta’ produzzjoni ta’ pjanċi tqal ta’ 113-il miljun tunnellata fl-2021 bi produzzjoni reali ta’ 99 miljun tunnellata, li tħalli kapaċità ta’ riżerva ta’ mill-inqas 14-il miljun tunnellata.

(67)

Għalhekk, minn dan isegwi li l-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina hija ta’ bejn 8 u 14-il miljun tunnellata, li hija biżżejjed biex tkopri l-konsum kollu tal-Unjoni fil-PIR, li kien ta’ 8,2 miljun tunnellata kif indikat fit-Tabella 2 fil-premessa (177). L-applikant ikkunsidra li, minħabba kapaċità ta’ riżerva daqshekk kbira, l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni miċ-Ċina jistgħu jiżdiedu għal aktar minn miljun tunnellata fis-sena, kif għamlu fil-perjodu ta’ investigazzjoni (2015) tal-investigazzjoni oriġinali (18).

(68)

Kif ġie indikat fil-premessa (13), Primex argumentat li l-kapaċità Ċiniża għal pjanċi tqal ġiet indikata b’mod differenti ħafna skont is-sors, li l-oriġini tad-data oriġinali ma ġietx iddikjarata u li t-tnaqqis fil-kapaċità ta’ riżerva bejn l-2018 u l-2021 issuġġerixxa li l-esportazzjonijiet Ċiniżi potenzjali lejn l-Unjoni saru iżgħar f’dawn l-aħħar snin.

(69)

L-applikant ikkjarifika li l-estimi tal-kapaċità kienu bbażati fuq żewġ rapporti dettaljati pprovduti minn partijiet terzi indipendenti, jiġifieri s-CRU u l-MCI, abbażi tad-data ta’ għadd sostanzjali ta’ kumpaniji Ċiniżi. Barra minn hekk, l-applikant argumenta li t-tnaqqis fil-kapaċità ta’ riżerva kien assoċjat ma’ żieda fil-konsum Ċiniż apparenti sal-2020, segwita minn tnaqqis fil-konsum mill-2021 u tbassir ta’ dgħufija kontinwa fl-ekonomija Ċiniża. Il-konsum Ċiniż ta’ pjanċi tqal kien ta’ madwar 85 miljun tunnellata fl-2021. L-applikant iddikjara wkoll li l-Fond Monetarju Internazzjonali rrapporta li t-tkabbir fiċ-Ċina kien iddgħajjef b’mod sinifikanti mill-bidu tal-2022 (19). Barra minn hekk, skont l-OECD, it-tnaqqis fil-konsum tal-azzar beda f’Lulju 2021 meta s-settur tal-kostruzzjoni esperjenza deċellerazzjoni (20). Skont l-għarfien tas-suq ta’ wieħed mill-produtturi tal-Unjoni, huwa mistenni li ċ-Ċina se tirreġistra tkabbir negattiv fid-domanda għal pjanċa tqila fuq perjodu ta’ żmien medju.

(70)

Għalhekk, l-applikant argumenta li l-konsum Ċiniż tal-pjanċa tqila x’aktarx li jkompli jonqos, u dan jirriżulta f’żieda kontinwata fil-kapaċità ta’ riżerva li tirriżulta fi pressjoni akbar għall-produtturi Ċiniżi biex isibu swieq ta’ pajjiżi terzi għall-kapaċità żejda tal-azzar tagħhom.

(71)

L-applikant argumenta wkoll li żieda qawwija fl-importazzjonijiet ta’ ċangaturi Ċiniżi (il-kodiċi NM 7207 12 10) fl-Unjoni fil-perjodu minn Ġunju sa Awwissu 2022 turi kapaċità ta’ riżerva Ċiniża kbira u l-kapaċità tagħhom li jittrasferixxu ammonti kbar ħafna ta’ azzar lejn l-Unjoni fi żmien qasir ħafna.

(72)

Il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni pprovduta fit-talba, kif iċċarata mill-applikant, kif ukoll l-evidenza li pprovdew fir-rigward ta’ tnaqqis antiċipat fil-konsum fiċ-Ċina u ż-żieda reċenti fl-importazzjonijiet ta’ ċangaturi, issuġġerew li l-kapaċità ta’ riżerva ta’ pjanċi tqal fiċ-Ċina hija sostanzjali u ma hijiex probabbli li tonqos fit-terminu medju. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-argumenti mressqa minn Primex.

(73)

Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li kien hemm kapaċità ta’ riżerva sostanzjali biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fi kwantitajiet sostanzjali, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

4.2.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni u prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

(74)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għar-rieżami, is-suq tal-pjanċi tqal tal-Unjoni huwa fost l-akbar swieq fid-dinja. Barra minn hekk, il-kapaċità tal-produtturi Ċiniżi kif iddikjarat fil-premessa (66) taqbeż il-konsum Ċiniż iddikjarat fil-premessa (69) b’mill-inqas 9 miljun tunnellata, u għalhekk il-produtturi Ċiniżi qed ifittxu swieq tal-esportazzjoni biex dawn jassorbu l-kapaċità żejda tagħhom.

(75)

Fit-talba għal rieżami, l-applikant indika li l-produtturi Ċiniżi kbar tal-pjanċi tqal, bħal Baoshan Iron & Steel Co., Ltd. (“Baosteel”) u Wuhan Iron & Steel Co., Ltd. (“WISCO”), stabbilew kumpaniji kummerċjali fl-Unjoni biex jiffaċilitaw l-importazzjonijiet tagħhom fl-Unjoni. Dan ġie kkonfermat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti GOES li joriġinaw, fost pajjiżi oħra, mir-RPĊ (21).

(76)

Kif imsemmi fil-premessa (67), l-importazzjonijiet ta’ pjanċa tqila miċ-Ċina laħqu aktar minn miljun tunnellata fl-2015, qabel l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping. Għalhekk, huwa probabbli li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-esportaturi Ċiniżi jerġgħu jiġu attirati lejn l-esportazzjoni f’volumi sostanzjali lejn is-suq tal-Unjoni.

(77)

Primex argumentat li l-miżuri ta’ salvagwardja applikati għal pjanċi tqal (aġġustati bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/434 (22) illimitaw l-importazzjonijiet fl-Unjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024. Huma argumentaw li l-importazzjonijiet miċ-Ċina jaqgħu taħt il-kwota għal pajjiżi oħra u l-importazzjonijiet f’dik il-kategorija fl-2021 kienu ta’ madwar 370 000 tunnellata. Huma argumentaw li peress li pajjiżi oħra mhux se jwaqqfu l-esportazzjoni lejn l-Unjoni, iċ-Ċina mhux se jkollha aċċess għall-kwota sħiħa allokata lil pajjiżi oħra.

(78)

L-applikant ikkummenta wkoll fit-talba għal rieżami li l-miżuri ta’ salvagwardja kurrenti tal-UE dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar ma jillimitawx b’mod sinifikanti l-volumi tal-importazzjonijiet għal pjanċi tqal.

(79)

Madankollu, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023, il-kwota tariffarja totali għal pjanċi kwarto mhux illigati u oħrajn illigati ġiet stabbilita għal aktar minn 3,2 miljun tunnellata, li minnhom, madwar 2,2 miljun tunnellata ta’ dan l-ammont ġew allokati lil “pajjiżi oħra”, inkluża ċ-Ċina. Barra minn hekk, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024, il-kwota ġiet stabbilita għal madwar 3,4 miljun tunnellata, li minnhom madwar 2,3 miljun tunnellata ġew allokati għal “pajjiżi oħra”, inkluż iċ-Ċina wkoll (23). L-importazzjonijiet ta’ pjanċi tqal minn pajjiżi kklassifikati bħala “pajjiżi oħra” (jiġifieri minbarra l-Ukrajna) ammontaw għal inqas minn 0,8 miljun tunnellata matul il-PIR kif indikat fit-tabelli 3 u 5, għalhekk, hemm lok għaċ-Ċina biex iżżid l-importazzjonijiet għal aktar minn miljun tunnellata mingħajr ma tiġi affettwata mill-miżuri ta’ salvagwardja.

(80)

Il-Kummissjoni tqis li l-kwota disponibbli għall-importazzjonijiet miċ-Ċina hija għalhekk sostanzjali u l-eżistenza tal-kwota ma tnaqqasx mill-attraenza tas-suq tal-Unjoni, jekk id-dazji anti-dumping jitħallew jiskadu, waqt li l-importazzjonijiet fil-kwota sostanzjali kienu għadhom disponibbli.

(81)

Barra minn hekk, sabiex ikollha indikazzjoni tal-prezzijiet probabbli lejn l-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri, il-Kummissjoni qabblet ukoll il-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż lejn pajjiżi terzi mal-valur normali Ċiniż.

(82)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-GTĊ, il-Kummissjoni ddeterminat il-valur normali abbażi tal-informazzjoni pprovduta fit-talba għar-rieżami ta’ skadenza u informazzjoni oħra faċilment disponibbli kif spjegat fit-taqsima li ġejja.

4.2.1.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet ta’ pjanċi tqal li joriġinaw mir-RPĊ

(83)

Minħabba li l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni kellha t-tendenza li turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(84)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(85)

Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni u ssuġġeriet il-Brażil f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi oħrajn possibbilment xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(86)

Fis-16 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati permezz ta’ Nota dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali (“in-Nota”), bil-Brażil bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija informat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet u l-profitti tal-SG&A abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-kumpanija Usinas Siderúrgicas de Minas Gerais (“Usiminas”) u ta’ Gerdau S/A (“Gerdau”), produtturi tal-prodott taħt rieżami fil-pajjiż rappreżentattiv.

(87)

Fil-kummenti tagħhom għan-Nota, l-applikant sostna li l-Kummissjoni jenħtieġ li tqis ukoll fatturi oħrajn tal-produzzjoni użati fil-manifattura ta’ pjanċi tqal bħall-wajers tal-aluminju mhux illigat, l-iskart u r-ruttam tal-aluminju, il-liga tal-ħadid, il-ferrosiliċju, l-ilma, iż-żjut tqal, l-aċetilen eċċ.

(88)

Fin-Nota, il-Kummissjoni ppreżentat il-fatturi ewlenin tal-produzzjoni. Minbarra dawk il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni żiedet ukoll l-oġġetti tal-konsum u l-ispejjeż ġenerali kif spjegat fil-premessi (139) u (149). Barra minn hekk, meta jitqies li l-investigazzjoni kurrenti hija rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku li ma tirrikjedix kalkolu preċiż tal-marġni tad-dumping, iżda minflok li tistabbilixxi l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping, il-Kummissjoni qieset li f’dan il-każ tista’ tiffoka b’mod eċċezzjonali fuq il-fatturi ewlenin tal-produzzjoni għall-kalkolu tal-valur normali. Barra minn hekk, kif speċifikat fil-premessi (184) u (185), kien hemm importazzjonijiet negliġibbli ta’ prodott ikkonċernat mir-RPĊ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-valur normali maħdum se jintuża biss għat-tqabbil mal-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż lejn pajjiżi terzi.

4.2.2.   Valur normali

(89)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(90)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “Fil-każ li jiġi ddeterminat [...] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” .

(91)

Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

4.2.2.1.   Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(92)

F’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tal-azzar fir-RPĊ (24), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku.

(93)

F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ u li dan jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (25). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (26), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (27). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (28). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tar-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jinżammu ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (29). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (30), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (31).

(94)

Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti rigward is-settur tal-azzar fir-RPĊ, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fit-talba, kif ukoll fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ (32) (“ir-Rapport”), li jibbaża fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward.

(95)

L-applikant issottometta fit-talba li l-prezzijiet u l-kostijiet tal-prodotti tal-azzar fir-RPĊ, inkluż il-prodott taħt rieżami, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħielsa. It-talba allegat li l-fatturi kollha tal-produzzjoni – l-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera – huma distorti bl-istess mod. Biex tappoġġa l-pożizzjoni tagħha, it-talba rreferiet għal għadd ta’ sorsi ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, bħar-Rapport, il-konklużjonijiet milħuqa mid-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti (33), l-investigazzjonijiet reċenti tal-Kummissjoni tas-settur tal-azzar Ċiniż (34), it-13-il FYP għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tar-RPĊ kif ukoll l-14-il FYP għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tar-RPĊ.

(96)

Fuq din il-bażi, it-talba enfasizzat li:

Is-settur tal-azzar huwa kkunsidrat bħala industrija pilastru fiċ-Ċina, li fiha l-GTĊ jikkontrolla virtwalment kull aspett tal-iżvilupp u l-funzjonament tas-settur tal-azzar billi juża firxa ta’ politiki u direttivi, bħall-pjanijiet ta’ 5 snin, biex jinfluwenza l-kompożizzjoni tas-suq u jillimita l-materja prima, l-investiment, l-eliminazzjoni tal-kapaċità, il-firxa tal-prodotti, ir-rilokazzjoni, it-titjib, eċċ.

Baoshan Iron & Steel Co., Ltd. (“Baosteel”), wieħed mill-produtturi ewlenin Ċiniżi tal-Pjanċi Tqal, huwa intrapriża ewlenija tal-Istat u huwa parti miċ-China Baowu Steel Group Co. Ltd. (“Baowu”), li tinkludi lil Wuhan Iron / Steel Co., Ltd. (“WISCO”). Kemm Baosteel kif ukoll WISCO għandhom diversi attivitajiet ta’ bini tal-partit, għandhom membri tal-partit fil-maniġment tal-kumpanija u jenfasizzaw l-assoċjazzjoni tagħhom mas-CCP.

Il-kostijiet tal-materja prima, bħall-azzar u l-mineral tal-ħadid, u l-enerġija fir-RPĊ ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħielsa peress li l-produzzjoni ta’ din il-materja prima hija soġġetta għal appoġġ mill-Istat fir-RPĊ; jeżistu wkoll distorsjonijiet sistemiċi sinifikanti fir-rigward tal-aċċess għall-kapital, għall-art u għall-manodopera.

(97)

Il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-applikant, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

(98)

Speċifikament fis-settur tal-prodott taħt rieżami, jiġifieri s-settur tal-azzar, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi tal-prodott taħt rieżami, il-proporzjon eżatt tal-produtturi privati u tal-Istat ma setax jiġi ddeterminat. Madankollu, l-investigazzjoni kkonfermat li l-akbar żewġ produtturi fis-settur tal-azzar, jiġifieri Angang Steel Group (“Ansteel”) u Baowu huma jew kompletament proprjetà tal-Istat jew inkella l-Istat għandu sehem ta’ kontroll fihom. Fi kwalunkwe każ, anki meta ma jkunx hemm informazzjoni speċifika disponibbli għall-prodott taħt rieżami, is-settur jirrappreżenta sottosettur tal-industrija tal-azzar u s-sejbiet li jikkonċernaw is-settur tal-azzar huma għalhekk meqjusa bħala indikattivi wkoll għall-prodott taħt rieżami.

(99)

Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-azzar huma soġġetti għal superviżjoni u gwida tal-politika. L-aktar dokumenti ta’ politika Ċiniżi reċenti dwar is-settur tal-azzar jikkonfermaw l-importanza kontinwa li l-GTĊ jattribwixxi għas-settur, inkluża l-intenzjoni li jintervjeni fis-settur sabiex jifformah f’konformità mal-politiki tal-gvern. Dan huwa eżemplifikat bl-abbozz ta’ Opinjoni Gwida tal-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni dwar it-Trawwim ta’ Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Azzar li jitlob aktar konsolidazzjoni tal-pedament industrijali u titjib sinifikanti fil-livell ta’ modernizzazzjoni tal-katina industrijali (35), mill-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima li skontu, is-settur se “jaderixxi mal-kombinazzjoni tat-tmexxija tas-suq u l-promozzjoni tal-gvern” u se “jikkultiva grupp ta’ kumpaniji ewlenin bi tmexxija ekoloġika u b’kompetittività ewlenija” (36) jew ukoll mill-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tar-Ruttam tal-Metall li l-objettivi ewlenin tiegħu huma li “jiżdied kontinwament il-proporzjon tal-applikazzjoni tar-ruttam tal-metall, u sa tmiem l-14-il FYP, il-proporzjon komprensiv tar-ruttam tal-produzzjoni nazzjonali tal-azzar se jilħaq it-30 %.” (37)

(100)

Eżempji simili tal-intenzjoni tal-awtoritajiet Ċiniżi li jissupervizzaw u jiggwidaw l-iżviluppi tas-settur jidhru fil-livell provinċjali, bħal f’Hebei li qed jippjana li “jimplimenta b’mod kostanti l-iżvilupp tal-grupp ta’ organizzazzjonijiet, jaċċellera r-riforma tas-sjieda mħallta ta’ intrapriżi tal-Istat, jiffoka fuq il-promozzjoni tal-fużjoni u r-riorganizzazzjoni interreġjonali tal-intrapriżi privati tal-ħadid u tal-azzar, u jistinka biex jistabbilixxi minn grupp sa tnejn kbar ta’ klassi dinjija, minn tliet gruppi kbar sa ħamsa b’influwenza domestika bħala appoġġ” u li “jespandi aktar il-kanali tar-riċiklaġġ u taċ-ċirkolazzjoni tar-ruttam tal-azzar, u jsaħħaħ l-iskrinjar u l-klassifikazzjoni tar-ruttam tal-azzar.“  (38) Bl-istess mod, il-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP jipprevedi l-“kostruzzjoni ta’ bażijiet karatteristiċi għall-produzzjoni tal-azzar […], il-bini ta’ sitt bażijiet ta’ produzzjoni karatteristika tal-azzar f’Anyang, Jiyuan, Pingdingshan, Xinyang, Shangqiu, Zhouou, eċċ., u t-titjib tal-iskala, l-intensifikazzjoni, l-ispeċjalizzazzjoni u d-distinzjoni tal-industrija. Fosthom, sal-2025, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ħadid fondut grezz f’Angyang se tiġi kkontrollata sa 14-il miljun tunnellata, u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum se tiġi kkontrollata sa 15-il miljun tunnellata.” (39) Aktar objettivi tal-politika industrijali jidhru wkoll fid-dokumenti tal-ippjanar ta’ provinċji oħra, bħal Jiangsu (40), Shandong (41), Shanxi (42), Liaoning Dalian (43) jew Zhejiang (44).

(101)

Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi esportaturi, kien impossibbli li tiġi stabbilita sistematikament l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-prodott taħt rieżami u s-CCP. Minħabba li l-prodott taħt rieżami jirrappreżenta sottosettur tas-settur tal-azzar, l-informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-produtturi tal-azzar hija rilevanti wkoll għall-prodott taħt rieżami.

(102)

Pereżempju, il-President ta’ Ansteel iservi fl-istess ħin bħala s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit. Bl-istess mod, id-Direttur u l-Maniġer Ġenerali tal-Ansteel jokkupa l-pożizzjoni ta’ Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (45). Fil-każ ta’ Baowu, il-President ta’ Baosteel, li hija sussidjarja miżmuma 100 % minn Baowu, fl-istess ħin għandu l-pożizzjoni ta’ Segretarju tal-Kumitat tal-Partit, filwaqt li d-Direttur Maniġerjali jservi wkoll bħala l-Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit, u l-Viċi Maniġer Ġenerali jservi bħala Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kumitat tal-Partit (46).

(103)

Barra minn hekk, il-Kumitat tal-Partit ta’ Ansteel ħareġ rapport dwar l-istudju u l-implimentazzjoni tal-ispirtu tad-diskors importanti tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping tal-“1 ta’ Lulju” fit-22 ta’ Lulju 2022: “Irridu naħdmu bis-sħiħ biex nimplimentaw l-ispirtu tad-diskors importanti tal- ‘1 ta’ Lulju’ tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping, inqabblu bir-reqqa l-arranġamenti u l-arranġamenti tal-Kumitat tal-Partit tal-Grupp Ansteel, nistudjaw u nifformulaw ‘azzjonijiet fakultattivi’, nikkuntattjaw mill-qrib is-sitwazzjoni reali tal-promozzjoni tal-‘14-il strateġija ta’ żvilupp ta’ 5 Snin’ tal-Grupp Ansteel , u nwettqu riċerka fil-fond dwar l-investigazzjonijiet, nagħmlu l-affarijiet prattiċi sew, u niftħu affarijiet ġodda sew.” (47) Fit-2 ta’ April 2021, l-affiljazzjoni tagħhom mal-partit ġiet enfasizzata f’laqgħa tat-trade unions tal-Grupp Ansteel li “l-organizzazzjonijiet tat-trade unions fil-livelli kollha tal-Grupp Ansteel għandhom jaderixxu mat-tmexxija tal-partit, jirriflettu r-responsabbiltà politika tat-trade unions, u jservu b’mod konxju l-iżvilupp ġenerali ta’ kwalità għolja ta’ Ansteel Group.” (48)

(104)

Barra minn hekk, kif irrapportat fuq is-sit web ta’ Baowu: “Baowu timplimenta bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-“Opinjoni dwar it-Tisħiħ tat-Tmexxija tal-Partit fit-Titjib tal-Governanza Korporattiva mill-Intrapriżi Ċentrali”, tottimizza sistematikament is-sistema ewlenija tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u tifforma l-miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema tat-teħid tad-deċiżjonijiet “tlieta importanti u waħda kbira”, il-lista tas-setgħat tat-teħid tad-deċiżjonijiet u r-responsabbiltajiet għal kwistjonijiet ewlenin, u l-bord tad-diretturi.” (49)

(105)

Barra minn hekk, politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b), tar-Regolament bażiku huma stabbiliti fis-settur tal-prodott taħt rieżami. Minkejja li l-ebda dokument ta’ politika li jiggwida speċifikament l-iżvilupp tal-industrija tal-pjanċi tqal bħala tali ma seta’ jiġi identifikat matul l-investigazzjoni, l-industrija tibbenefika minn gwida u intervent governattivi fis-settur tal-azzar, peress li l-prodott taħt rieżami jirrappreżenta wieħed mis-sottosetturi tiegħu.

(106)

L-industrija tal-azzar tibqa’ titqies bħala industrija essenzjali mill-GTĊ (50). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Skont l-14-il Pjan ta’ 5 Snin adottat f’Marzu 2021, il-GTĊ immarka lill-industrija tal-azzar għat-trasformazzjoni u għall-aġġornament, kif ukoll għall-ottimizzazzjoni u għall-aġġustament strutturali (51). B’mod simili, l-14-il Pjan ta’ 5 Snin dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, applikabbli wkoll għall-industrija tal-azzar, jelenka s-settur bħala l-“pedament tal-ekonomija reali” u “qasam ewlieni li jsawwar il-vantaġġ kompetittiv internazzjonali taċ-Ċina” u jistabbilixxi għadd ta’ objettivi u metodi ta’ ħidma li jixprunaw l-iżvilupp tas-settur tal-azzar fil-perjodu ta’ żmien mill-2021 sal-2025, bħal aġġornament teknoloġiku, it-titjib tal-istruttura tas-settur (mhux l-anqas permezz ta’ aktar konċentrazzjonijiet korporattivi) jew it-trasformazzjoni diġitali (52).

(107)

Il-materja prima importanti l-oħra użata għall-produzzjoni tal-pjanċi tqal hija l-mineral tal-ħadid. Il-mineral tal-ħadid jissemma wkoll fl-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, li fiha l-Istat qed jippjana li “jiżviluppa b’mod razzjonali r-riżorsi minerali domestiċi. Isaħħaħ l-esplorazzjoni tal-mineral tal-ħadid […], jimplimenta politiki tat-taxxa preferenzjali, jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ teknoloġija u tagħmir avvanzati biex titnaqqas il-ġenerazzjoni ta’ skart solidu mill-minjieri.” (53) Fil-provinċji, bħal Hebei, l-awtoritajiet jipprevedu dan li ġej għas-settur: “sussidju ta’ skont fuq l-investiment ta’ proġett ġdid; jesplora u jiggwida lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu self b’imgħax baxx lill-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar biex jaqilbu għal industriji ġodda, u fl-istess ħin, il-gvern se jipprovdi sussidji ta’ skont.” (54) Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri stabbiliti sabiex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-politika pubblika li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-materja prima ewlenija li tintuża fil-manifattura tal-prodott taħt rieżami. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

(108)

Din l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fis-settur tal-pjanċi tqal imsemmi hawn fuq fil-premessa (93) ma jaffettwawx lill-manifatturi tal-prodott taħt rieżami.

(109)

Is-settur tal-pjanċi tqal huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (93). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (waqt il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami jew tal-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (waqt li jkun hemm aċċess għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema ta’ xogħol fir-RPĊ) (55).

(110)

Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-prodott taħt rieżami ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (93). Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

(111)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott taħt rieżami, huma meħtieġa għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-pjanċi tqal jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma evidentement esposti għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huwa soġġett għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(112)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-pjanċi tqal ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tat-taħlita ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input lejn l-input u l-bqija.

(113)

Fil-kummenti tagħha dwar in-Nota, is-CISA tenniet il-kummenti li kellha b’reazzjoni għall-bidu tal-investigazzjoni (ara l-premessi (32) sa (39)). Barra minn hekk, qalet ukoll li skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti jenħtieġ li ssir għal kull produttur esportatur b’mod separat. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li tanalizza s-sitwazzjoni ta’ kull produttur Ċiniż u li tiddeċiedi jekk hemmx distorsjoni fi kwalunkwe wieħed mill-fatturi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ għal kull wieħed minnhom. Is-CISA ddikjarat li filwaqt li kien hemm nuqqas ta’ kooperazzjoni minn produtturi Ċiniżi individwali f’dan il-każ, is-sejbiet “fil-pajjiż kollu” jew “fl-industrija kollha” jenħtieġ li ma jkunux permessi.

(114)

Il-Kummissjoni nnotat li ladarba jiġi ddeterminat li, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(b), ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur, il-Kummissjoni tista’ taħdem il-valur normali bl-użu ta’ prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għal kull produttur esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(a). L-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jipprevedi li l-kostijiet domestiċi ta’ kull produttur jistgħu jintużaw jekk jiġu stabbiliti b’mod pożittiv li ma humiex distorti, abbażi ta’ evidenza akkurata u xierqa. Madankollu, l-ebda kost tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott taħt rieżami ma jista’ jiġi stabbilit bħala mingħajr distorsjoni fid-dawl tal-evidenza disponibbli dwar il-fatturi ta’ produzzjoni ta’ produtturi esportaturi individwali. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(115)

Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, is-CISA tenniet għal darb’oħra l-kummenti tagħha sottomessi b’reazzjoni għall-bidu u bi tweġiba għan-Nota (ara l-premessi (32) sa (39)). Speċifikament, filwaqt li ddikjarat li l-Kummissjoni kienet indirizzat il-kummenti preċedenti tagħha, is-CISA esprimiet id-diżappunt tagħha li l-Kummissjoni kienet ċaħdet l-argumenti mqajma. Konsegwentement, is-CISA insistiet fuq (i) li r-Rapport ikun ta’ valur probatorju dubjuż u li jonqos milli jissodisfa l-istandards ta’ evidenza imparzjali u oġġettiva, (ii) id-diversi FYPs huma biss dokumenti ta’ politika ġenerali mingħajr effetti legali vinkolanti — li fil-fehma tas-CISA huwa evidenti wkoll min-nuqqas ta’ sanzjonijiet espliċiti f’każ ta’ ksur — u li l-UE għandha fis-seħħ tipi simili ta’ dokumenti ta’ politika.

(116)

L-argumenti mressqa mis-CISA diġà ġew indirizzati hawn fuq fil-premessa (33) dwar ir-Rapport u fil-premessa (39) dwar l-FYPs. Fir-rigward tar-rimarka tas-CISA dwar il-fatt li l-UE għandha fis-seħħ dokumenti ta’ politika simili għall-FYPs Ċiniżi, il-Kummissjoni nnotat li dawn huma kompletament irrilevanti għall-valutazzjoni tad-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina skont l-Artikolu 2 (6a) tar-Regolament bażiku. Bl-istess mod, ir-referenza għan-nuqqas ta’ sanzjonijiet fl-FYPs ma tistax tbiddel il-valutazzjoni fil-premessa (39), li abbażi ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi mill-FYPs rilevanti, flimkien mal-fatti diskussi fir-Rapport, turi l-obbligu mhux ambigwu tal-awtoritajiet Ċiniżi kkonċernati li jimplimentaw l-FYPs inkwistjoni. Konsegwentement, l-argumenti tas-CISA ma jistgħux ibiddlu l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li waslet għalihom fil-premessi (32) sa (39).

(117)

Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħielsa minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’dan il-każ, ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex taħdem il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ, li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-taqsima li ġejja.

4.2.2.2.   Pajjiż rappreżentattiv

4.2.2.2.1.   Kummenti ġenerali

(118)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (56);

Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’dak il-pajjiż (57);

Id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv.

F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, jenħtieġ li tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(119)

Kif spjegat fil-premessa (86), il-Kummissjoni ħarġet Nota dwar is-sorsi rilevanti li għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-valur normali. Din in-Nota ddeskriviet il-fatti u l-evidenza sottostanti tal-kriterji rilevanti. In-Nota informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tal-Kummissjoni li tqis lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(120)

F’konformità mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni identifikat lill-Brażil bħala pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ għaliex kien issuġġerit mill-applikant fit-talba għal rieżami. Il-Brażil huwa kklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż b’“introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross. Għalhekk huwa meqjus li għandu livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ.

(121)

Il-Kummissjoni sabet li l-Brażil huwa produttur sinifikanti ta’ pjanċi tqal (kapaċità installata ta’ madwar 3,1 miljun tunnellata fis-sena (58)). Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li l-Brażil jissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u li d-data pubblika rilevanti kollha hija faċilment disponibbli u aċċessibbli, inkluża l-istatistika dwar l-importazzjoni, kif ukoll data dwar il-kostijiet tal-materja prima u fatturi tal-produzzjoni bħall-gass naturali, l-elettriku u l-manodopera.

(122)

Il-produttur ewlieni Brażiljan ta’ pjanċi tqal huwa Usinas Siderúrgicas de Minas Gerais (“Usiminas”). Skont l-applikant, Usiminas hija produttur integrat kbir tal-azzar, li timmanifattura l-azzar bl-użu tal-istess proċess bħall-produtturi Ċiniżi (jiġifieri mill-faħam u mill-mineral tal-ħadid, għal ħadid fondut grezz permezz tat-tnaqqis tal-forn tal-blast, għall-azzar mhux maħdum permezz tal-metodu bażiku tal-forn tal-ossiġnu (basic oxygen furnace, “BOF”) u mbagħad ikkastjar u laminazzjoni kontinwi). Il-Kummissjoni nnotat li r-rapporti finanzjarji għall-Usiminas għas-snin finanzjarji li ntemmu fil-31 ta’ Diċembru 2020 u fil-31 ta’ Diċembru 2021 huma disponibbli fil-bażi tad-data Orbis Bureau van Dijk (“il-bażi tad-data Orbis”). Gerdau S/A (“Gerdau”) huwa produttur Brażiljan ieħor ta’ pjanċi tqal. Ir-rapporti finanzjarji ta’ Gerdau għas-snin finanzjarji li ntemmu fil-31 ta’ Diċembru 2020 u fil-31 ta’ Diċembru 2021 ukoll huma disponibbli fil-bażi tad-data Orbis. Għalhekk, il-Kummissjoni beħsiebha tuża d-data finanzjarja taż-żewġ produtturi Brażiljani ta’ pjanċi tqal.

(123)

Il-kummenti dwar il-pajjiż rappreżentattiv propost fit-talba għal rieżami waslu mingħand l-importatur Primex.

(124)

Kif iddikjarat fil-premessa (15), Primex ma qablitx mal-għażla tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv fit-talba għal rieżami. B’mod partikolari, Primex sostniet li (1) is-suq Brażiljan kien iżgħar mis-suq Ċiniż, (2) il-kumpanija Brażiljana Usiminas, użata mill-applikant għall-kalkolu tal-marġnijiet tal-SG&A u tal-profitt, ma kinitx xierqa peress li din il-kumpanija kellha pożizzjoni dominanti fis-suq domestiku, (3) is-suq Brażiljan kien protett mill-kompetizzjoni internazzjonali tal-importazzjoni minn dazji anti-dumping kontra importazzjonijiet ta’ pjanċi tqal mill-Ukrajna, miċ-Ċina, mill-Afrika t’Isfel u mill-Korea t’Isfel u (4) kien hemm importazzjonijiet żgħar ta’ pjanċi tqal mill-Brażil lejn l-Unjoni.

(125)

Il-Kummissjoni nnotat li l-fatt li pajjiż għandu suq iżgħar mis-swieq Ċiniżi ma jiskwalifikahx milli jkun pajjiż rappreżentattiv. Ir-rekwiżit ta’ “adegwatezza” fir-Regolament bażiku jirreferi għal-livell simili ta’ żvilupp ekonomiku, filwaqt li ma hemm l-ebda referenza għad-daqs tas-suq bħala tali. Ġie nnotat ukoll li, kif isemmi l-applikant fit-talba, il-Brażil huwa wieħed mill-akbar tliet produtturi ta’ pjanċi tqal fil-grupp tal-Bank Dinji ta’ pajjiżi “b’introjtu medju superjuri”, flimkien mar-Russja u r-RPĊ (li huwa soġġett għal dawn il-proċedimenti). Kif spjegat hawn fuq, hemm żewġ produtturi xierqa ta’ pjanċi tqal fil-Brażil b’data raġonevoli dwar l-SG&A u l-profitti.

(126)

Barra minn hekk, l-affermazzjoni li Usiminas għandha pożizzjoni dominanti fis-suq Brażiljan ma hijiex sostanzjata b’evidenza li turi jekk u kif din iċ-ċirkostanza tagħmel lil din il-kumpanija mhux adatta biex jiġu stabbiliti sorsi mingħajr distorsjoni. Fi kwalunkwe każ, kif spjegat hawn fuq, għall-kalkolu tal-marġnijiet tal-SG&A u tal-profitt, il-Kummissjoni użat id-data finanzjarja taż-żewġ produtturi Brażiljani ta’ pjanċi tqal peress li d-data finanzjarja taż-żewġ kumpaniji hija disponibbli faċilment.

(127)

Barra minn hekk, Primex ma ssostanzjatx kif l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ pjanċi tqal mir-RPĊ, mill-Afrika t’Isfel u mill-Korea t’Isfel affettwat l-adegwatezza tal-SG&A ta’ Usiminas bħala sors mingħajr distorsjoni. Fir-rigward tal-profitt, filwaqt li l-eżistenza tal-miżuri anti-dumping fil-Brażil tabilħaqq jista’ jkollha impatt fuq il-marġni ta’ profitt ta’ Usiminas, ir-riżultat tal-miżuri anti-dumping huwa li terġa’ tinkiseb kompetizzjoni ġusta inkluż il-kisba ta’ livell ta’ profitt regolari għall-produtturi domestiċi. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni nnotat li r-rapporti finanzjarji kemm ta’ Usiminas kif ukoll ta’ Gerdau ma humiex limitati għal pjanċi tqal biss, iżda jirriflettu aggregazzjoni tal-prodotti tal-azzar manifatturati minn dawn il-kumpaniji. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li Primex ma ssuġġeritx pajjiż rappreżentattiv alternattiv f’dan l-istadju.

(128)

Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv u ta’ Usiminas u Gerdau bħala produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv.

(129)

Wara n-Nota dwar il-pajjiż rappreżentattiv xieraq, l-ebda parti interessata ma għamlet kummenti rigward l-għażla tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv.

(130)

Fil-kummenti tagħhom għan-Nota, is-CISA argumentat li biex jiġi stabbilit il-prezz unitarju tal-fatturi ewlenin tal-produzzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża l-prezzijiet domestiċi u mhux id-data dwar l-importazzjoni tal-GTA peress li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet huma affettwati minn diversi fatturi bħall-kwantità tal-importazzjonijiet ta’ prodott partikolari, id-disponibbiltà ta’ tali prodott u d-distanza bejn il-pajjiżi esportaturi u importaturi.

(131)

Il-Kummissjoni nnotat li l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jippreskrivi l-użu ta’ data korrispondenti f’pajjiż rappreżentattiv xieraq “sakemm id-data rilevanti tkun disponibbli fil-pront.” Il-Kummissjoni ma għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha data dwar il-prezzijiet domestiċi tal-fatturi rilevanti tal-produzzjoni fil-pajjiżi rappreżentattivi possibbli, u tali data ma hijiex disponibbli faċilment. B’kuntrast għal dan, id-data dwar il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-pajjiżi rappreżentattivi xierqa possibbli hija disponibbli faċilment. Jekk, abbażi tal-evidenza, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku tkun iġġustifikata, il-Kummissjoni taġġusta ulterjorment dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni (eż. billi żżid id-dazji doganali rilevanti) biex tasal għal indikatur raġonevoli li jirrappreżenta prezz domestiku mingħajr distorsjoni f’dawn il-pajjiżi. Il-Kummissjoni tivverifika wkoll li jkun hemm biżżejjed kwantitajiet rappreżentattivi mingħajr distorsjoni ta’ din id-data dwar l-importazzjoni sabiex il-medja finali li tirriżulta tnaqqas awtomatikament l-impatt tal-prezzijiet anormali potenzjali fit-punt l-aktar baxx u f’dak l-aktar għoli tal-firxa, u b’hekk tiġi riflessa taħlita tal-kwalitajiet u d-disponibbiltajiet differenti ta’ ċertu input. Barra minn hekk, il-Kummissjoni teskludi d-data dwar l-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv miċ-Ċina u minn membri mhux tad-WTO (59) biex tiddetermina l-parametri referenzjarji rilevanti. Sakemm il-kwantitajiet tal-importazzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni jkunu rappreżentattivi biżżejjed u ma jkun hemm l-ebda ċirkostanza speċifika oħra li tagħmilhom mhux xierqa, ma hemm l-ebda raġuni oġġettiva biex dawn jiġu esklużi. Is-CISA lanqas ma ppreżentat evidenza b’sostenn tal-affermazzjoni tagħha. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ evidenza kuntrarja, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

(132)

Fl-aħħarnett, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni u wara li ġie stabbilit li l-Brażil kien pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

4.2.2.2.2.   Konklużjoni

(133)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni u kummenti dwar in-Nota dwar il-pajjiż rappreżentattiv xieraq, kif propost fit-talba għal rieżami ta’ skadenza u minħabba li l-Brażil issodisfa l-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet lill-Brażil bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

4.2.2.3.   Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(134)

Fin-Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni bħall-materjali, il-gass naturali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi esportaturi. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża informazzjoni minn: l-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”) għall-istabbiliment ta’ kostijiet mingħajr distorsjoni tat-tariffi tal-manodopera u dawk pubbliċi mill-fornituri tal-elettriku fil-Brażil.

(135)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ddikjarat li sabiex tistabbilixxi l-kostijiet tal-SG&A u l-profitt, hija tuża d-data finanzjarja mill-produtturi Brażiljani tal-prodott taħt rieżami.

(136)

Fin-Nota, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet interessati li minħabba l-għadd kbir ta’ fatturi tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li pprovdew informazzjoni kompluta, u l-piż negliġibbli ta’ xi materja prima fil-kost totali tal-produzzjoni, dawn il-partiti negliġibbli ġew raggruppati taħt “oġġetti tal-konsum”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat li hija se tikkalkula l-perċentwal tal-“oġġetti tal-konsum” fuq il-kost totali tal-materja prima u se tapplika dan il-perċentwal għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-materja prima meta tuża l-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

4.2.2.3.1.   Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

4.2.2.3.1.1.   Fatturi ta’ produzzjoni

(137)

Meta titqies l-informazzjoni kollha bbażata fuq it-talba u l-informazzjoni sussegwenti ppreżentata mill-applikant u mill-partijiet interessati, il-fatturi tal-produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Fatturi tal-produzzjoni ta’ pjanċa tqila

Fattur ta’ Produzzjoni

Kodiċi tal-Komodità fil-Brażil

Valur mingħajr distorsjoni (CNY)

Unità ta’ kejl

Materja prima  (*1)

Ġibs verġni

252210

0,86

kg

Mineral tal-ħadid

260112110

1,50

kg

Faħam tal-Kokk

270112

0,92

kg

Kokk

27040011

27040012

2,42

kg

Ferrosilikomanganiż

720230

10,85

kg

Ruttam tal-azzar

720449

2,5

kg

Ligi tal-aluminju mhux maħdum

760120

17,93

kg

Ġebla tal-ġir fina

252100

0,19

kg

Ferromanganiż, mhux aktar minn 2 % karbonju

720219

14,87

kg

Manodopera

Manodopera

Mhux Applikabbli

46,69

siegħa

Enerġija

Elettriku

Mhux Applikabbli

0,79

kWh

Gass Naturali

Mhux Applikabbli

7,46

M3

Materja prima

(138)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif ikkonsenjata sal-bieb ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 (60). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fit-Taqsima 4.2.2.1 din ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv mir-RPĊ, u minn pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra baqa’ rappreżentattiv.

(139)

Għal għadd ta’ fatturi tal-produzzjoni, il-kostijiet reali mġarrba mill-applikant kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Peress li l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet fil-materja prima l-oħra kollha. Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-materja prima l-oħra kollha u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, abbażi tad-data pprovduta mill-applikant, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-materja prima l-oħra kollha għall-kostijiet totali tal-materja prima, għal 7,5 %. Dan il-perċentwal imbagħad ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-materja prima sabiex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-materja prima l-oħra.

(140)

Normalment, ma’ dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni jenħtieġ li jiżdiedu l-prezzijiet tat-trasport domestiku wkoll. Madankollu, meta titqies in-natura ta’ din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, li hija ffokata fuq is-sejba ta’ jekk id-dumping jerġax iseħħ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, aktar milli fuq is-sejba tal-kobor eżatt tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx hemm bżonn li jsiru aġġustamenti għat-trasport domestiku. Tali aġġustamenti jirriżultaw biss f’żieda tal-valur normali u, b’hekk, tal-marġni tad-dumping.

Manodopera

(141)

Il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-ILO biex tiddetermina l-pagi fil-Brażil (61). Din tipprovdi informazzjoni dwar il-pagi ta’ kull xahar tal-impjegati fis-settur tal-manifattura u s-sigħat medji ta’ kull ġimgħa li nħadmu fil-Brażil fil-perjodu ta’ investigazzjoni (is-sena 2021).

Elettriku

(142)

Għall-elettriku, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet faċilment disponibbli minn Cemig Distribuição S.A, wieħed mill-fornituri ewlenin tal-elettriku fil-Brażil (62). Dan is-sors jippermetti li jiġi ddeterminat il-prezz tat-tariffa industrijali medja għall-perjodu ta’ investigazzjoni (is-sena 2021).

Gass naturali

(143)

Għall-gass naturali, il-Kummissjoni użat il-prezz tal-gass fil-Brażil għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kif ippubblikat mill-Companhia de Gás de Minas Gerais (GASMIG) (63) li jippermetti li jiġi ddeterminat il-prezz tal-gass naturali pprovdut lill-utenti industrijali.

(144)

Fil-kummenti tagħhom għan-Nota, is-CISA ddikjarat li l-Brażil intuża bħala pajjiż rappreżentattiv f’żewġ investigazzjonijiet oħra bħal AD683 - Prodotti tal-azzar miksija bil-kromu elettrolitiku (64) (“ECCS”) u R728 - Ċerti prodotti b’vina parallela llaminati ċatti tal-azzar elettriku tas-siliċju (65). Is-CISA ddikjarat li filwaqt li l-perjodi ta’ investigazzjoni f’kull proċediment ma kinux eżattament l-istess, peress li ż-żewġ proċedimenti msemmija hawn fuq huma riċenti, il-Kummissjoni kellha toħroġ id-data minn sorsi simili fir-rigward tal-enerġija u l-kostijiet, u b’riżultat ta’ dan, issib kost unitarju simili għal kull fattur. Is-CISA argumentat li fl-investigazzjoni kurrenti, il-parametru referenzjarju għall-gass naturali ġie stabbilit abbażi tal-prezz tal-gass fil-Brażil ippubblikat minn GASMIG u ġie kkalkolat bħala 7,46 CNY/M3. Fl-investigazzjoni tal-ECCS, il-parametru referenzjarju għall-gass ġie stabbilit abbażi tal-istatistika mill-Ministeru tal-Enerġija Brażiljan u ġie kkalkolat bħala 2,257 CNY/M3. Fl-investigazzjoni tal-GOES, il-parametru referenzjarju għall-gass ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet irrapportati minn GASMIG u ġie kkalkolat bħala 3,42 sa 3,72 CNY/M3. Is-CISA ddikjarat li, minkejja l-fatt li l-perjodi ta’ investigazzjoni tal-investigazzjonijiet tal-ECCS u tal-GOES huma qrib ħafna tal-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni kurrenti, id-differenza fil-prezzijiet bejn l-investigazzjoni kurrenti u l-investigazzjoni tal-ECCS u tal-GOES hija aktar mid-doppju u għalhekk qabżet firxa raġonevoli. Is-CISA titlob lill-Kummissjoni tqabbel il-prezzijiet minn dawk is-sorsi differenti u għalhekk tiddetermina prezz raġonevoli.

(145)

Barra minn hekk, is-CISA għamlet kumment simili għall-kost tal-manodopera. Is-CISA enfasizzat li fl-investigazzjoni kurrenti, il-parametru referenzjarju għall-manodopera ġie stabbilit abbażi tad-data mir-Rapport dwar l-Istatistika u s-Sostenibbiltà tal-ILO ppubblikat minn Usiminas u ġie kkalkolat bħala 46,69 CNY/siegħa. Fl-investigazzjoni tal-ECCS, intużat biss l-istatistika mill-ILO u ġie kkalkolat kost lavorattiv medju ta’ 27,112 CNY/siegħa. Is-CISA argumentat li l-kost lavorattiv fil-Brażil ma setax żdied daqshekk f’perjodu ta’ żmien qasir u talbet lill-Kummissjoni tuża, fl-investigazzjoni kurrenti, l-istess metodoloġija bħal dik li użat fl-investigazzjoni tal-ECCS biex tistabbilixxi l-parametru referenzjarju għall-manodopera.

(146)

Il-Kummissjoni nnotat li l-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni kurrenti huwa differenti miż-żewġ investigazzjonijiet imsemmija mis-CISA. Kif iddikjarat fil-premessa (8), il-perjodu ta’ investigazzjoni dwar l-investigazzjoni kurrenti huwa mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021, filwaqt li l-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni tal-ECCS kien mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021 u għall-investigazzjoni tal-GOES kien mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020. Għalhekk, il-valur tal-parametri referenzjarji jista’ jkun differenti peress li huwa relatat ma’ perjodi differenti. Barra minn hekk, is-CISA ma speċifikatx jekk xi waħda mill-metodoloġiji użati mill-Kummissjoni biex tikkalkula l-parametri referenzjarji kinitx ħażina. Is-CISA dehret li tiffoka biss fuq il-valur tal-parametru referenzjarju. Is-CISA ma speċifikatx x’kien valur raġonevoli tal-parametru referenzjarju. Is-CISA dehret li qed timplika li parametru referenzjarju aktar baxx ikun parametru referenzjarju raġonevoli. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li filwaqt li għall-gass, is-CISA rreferiet kemm għall-investigazzjonijiet tal-ECCS kif ukoll għal dik tal-GOES, għall-manodopera is-CISA rreferiet biss għall-investigazzjoni tal-ECCS. Ta’ min jinnota li fl-investigazzjoni tal-GOES, il-parametru referenzjarju għall-manodopera ġie kkalkolat bħala 84,59 CNY/siegħa, id-doppju tal-investigazzjoni kurrenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li s-CISA ma tikkummentax dwar il-valur tal-parametru referenzjarju għall-elettriku fir-rigward tal-investigazzjonijiet tal-ECCS- u tal-GOES. Fl-investigazzjoni kurrenti, il-parametru referenzjarju għall-elettriku kien ferm aktar baxx meta mqabbel maż-żewġ investigazzjonijiet l-oħra. Fl-investigazzjoni kurrenti, il-parametru referenzjarju għall-elettriku ġie kkalkolat għal 0,79 kWh filwaqt li fl-investigazzjoni tal-ECCS għal 5,034 kWh u fl-investigazzjoni tal-GOES għal 8,251 kWh.

(147)

F’kull investigazzjoni, il-Kummissjoni tikkalkula l-parametri referenzjarji abbażi tal-informazzjoni disponibbli faċilment kif ukoll l-informazzjoni speċifika għall-investigazzjoni u għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. Ta’ min ifakkar li fl-investigazzjoni kurrenti, il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkooperawx, filwaqt li fl-investigazzjonijiet tal-ECCS u tal-GOES, il-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu kkooperaw. Jekk f’investigazzjoni waħda l-valur ta’ parametru referenzjarju jkun aktar baxx milli f’investigazzjoni oħra, dan ma huwiex rilevanti. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.2.2.3.1.2.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A, profitti u deprezzament

(148)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

(149)

Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, abbażi tad-data pprovduta minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura għall-kostijiet totali tal-manifattura u tal-manodopera. Imbagħad, dan il-perċentwal ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura biex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura.

(150)

Sabiex jiġi stabbilit ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni bbażat fuq l-aktar data finanzjarja disponibbli riċenti tal-kumpaniji fil-Brażil li kienu ġew identifikati fin-Nota bħala produtturi attivi u profittabbli tal-prodott taħt rieżami. Għas-sena finanzjarja 2021 u 2020 intużat id-data finanzjarja għall-kumpaniji li ġejjin kif estratta minn Orbis Bureau van Dijk: Usiminas u Gerdau.

(151)

Wara n-Nota, is-CISA argumentat li kemm Usiminas kif ukoll Gerdau rreġistraw dħul u profitti eċċezzjonalment għoljin fl-2020 meta mqabbla mal-2021. Fid-dawl ta’ dan, is-CISA talbet lill-Kummissjoni biex ma tużax id-data finanzjarja mill-2021 iżda medja tad-data finanzjarja għall-2020 u l-2021 biex tirrifletti b’mod raġonevoli sitwazzjoni finanzjarja normali taż-żewġ produtturi Brażiljan.

(152)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li din l-affermazzjoni hija raġonevoli. Fil-fatt, kemm Usiminas kif ukoll Gerdau rreġistraw profitti għoljin ħafna fl-2021. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li jkun aktar raġonevoli li tintuża d-data finanzjarja taż-żewġ produtturi Brażiljani għall-2020 minflok l-2021 li kienet tidher li hija sena eċċezzjonali għaż-żewġ kumpaniji.

(153)

Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni finali, is-CISA sostniet li l-SG&A u l-marġnijiet tal-profitt użati mill-Kummissjoni kienu għadhom għoljin. Hija sostniet li f’industrija bħall-ħadid u l-azzar, kien rari ħafna, jekk mhux impossibbli, li jinkiseb profitt b’żewġ ċifri. Is-CISA sostniet li l-Kummissjoni ma għandhiex tuża l-informazzjoni finanzjarja minn Orbis għaż-żewġ kumpaniji Brażiljani li ma kinitx tkopri biss il-prodott ikkonċernat, iżda minflok jenħtieġ li toqgħod fuq is-sejbiet tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza ppubblikata mill-Ministeru tal-Ekonomija tal-Brażil (66) dwar l-importazzjonijiet ta’ pjanċi tqal li joriġinaw mill-Afrika t’Isfel, miċ-Ċina, mill-Korea t’Isfel u mill-Ukrajna. Is-CISA talbet lill-Kummissjoni biex tqis is-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni meta taġġusta l-SG&A u l-marġnijiet tal-profitt.

(154)

Il-Kummissjoni nnutat li fil-kummenti tagħha għall-Ewwel Nota s-CISA talbet lill-Kummissjoni biex ma tużax id-data finanzjarja mill-2021 iżda medja tad-data finanzjarja għall-2020 u l-2021 biex tirrifletti b’mod raġonevoli sitwazzjoni finanzjarja normali taż-żewġ produtturi Brażiljan, kif ddikjarat fil-premessa (151). Il-Kummissjoni aċċettat din l-affermazzjoni u, biex tibqa’ saħansitra aktar konservattiva, użat il-marġnijiet tal-SG&A u tal-profitt għall-2020 biss, li kienu aktar baxxi mill-medja tal-SG&A u l-marġnijiet tal-profitt għall-2020 u l-2021 li ssuġġeriet is-CISA. Fir-rigward tal-investigazzjoni msemmija mis-CISA, il-Kummissjoni nnotat li din l-investigazzjoni tlestiet f’Ottubru 2019 u kienet ibbażata fuq data li tkopri l-2013 u l-2017, filwaqt li l-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni kurrenti huwa l-2021. Barra minn hekk, is-CISA ma speċifikatx kif il-Kummissjoni għandha taġġusta l-SG&A u l-marġnijiet tal-profitt abbażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni Brażiljana. Barra minn hekk, l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-ammonti għall-SG&A u għall-profitt użati fil-kostruzzjoni tal-valur normali jkunu mingħajr distorsjoni u raġonevoli. Is-CISA naqset milli turi li dawn il-valuri jew kienu distorti jew mhux raġonevoli. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.2.2.3.2.   Kalkolu tal-valur normali

(155)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(156)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami dwar l-użu ta’ kull fattur (il-materjali u l-manodopera) għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami.

(157)

Ladarba ġie stabbilit il-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt kif innutat fil-premessi minn (149) sa (152). L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura ġew iddeterminati abbażi tad-data pprovduta mill-applikant. L-SG&A u l-profitt ġew iddeterminati abbażi tar-rapporti finanzjarji ta’ Usiminas u ta’ Gerdau għall-2020 kif irrapportati fir-rapporti finanzjarji tal-kumpaniji. Il-Kummissjoni żiedet l-entrati li ġejjin fil-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura:

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, li bħala medja, kienu jammontaw għal 8,30 % tal-kostijiet diretti tal-manifattura,

l-SG&A u kostijiet oħra, li, bħala medja, kienu jirrappreżentaw 33,51 % tal-Kostijiet tal-Oġġetti Mibjugħa (Costs of Goods Sold, “COGS”) ta’ Usiminas u Gerdau, u

Il-profitti, li, bħala medja, kienu jammontaw għal 14,44 % tal-COGS kif miksub minn Usiminas u Gerdau

(158)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

4.2.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(159)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi ta’ data FOB tal-GTA għall-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi aġġustati fuq livell ta’ kif joħorġu mill-fabbrika.

(160)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat l-istatistika dwar l-esportazzjoni mill-GTA tal-kodiċijiet tal-merkanzija Ċiniżi li ġejjin: 7208 51 10, 7208 51 20, 7208 51 90, 7208 52 00, 7208 90 00, 7225 40 91, 7225 40 99 u 7225 99 90. Il-Kummissjoni tinnota li dawn il-kodiċijiet tal-merkanzija ma jkoprux biss il-prodott ikkonċernat iżda jinkludu wkoll tipi oħra ta’ prodotti. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi miċ-Ċina, l-informazzjoni fil-fajl ma tippermettix l-identifikazzjoni tal-volum tal-prodott ikkonċernat fil-volum totali tal-esportazzjonijiet ta’ dawn il-kodiċijiet tal-merkanzija Ċiniżi. Il-prezzijiet medji tal-esportazzjoni jvarjaw bejn EUR 619 għal kull tunnellata u EUR 1 163 għal kull tunnellata skont il-kodiċi tal-merkanzija. Il-prezz medju tal-esportazzjoni għat-tmien kodiċijiet tal-merkanzija Ċiniżi kollha kien ta’ EUR 749 għal kull tunnellata. L-akbar volum ta’ esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi sar permezz tal-kodiċi tal-merkanzija Ċiniż 7225 40 99 li għandu l-inqas prezz tal-esportazzjoni ta’ EUR 619 għal kull tunnellata mit-tmien kodiċijiet tal-merkanzija Ċiniżi.

(161)

Id-data FOB tal-GTA ġiet aġġustata għal-livell mill-fabbrika. Għalhekk, il-prezz FOB tnaqqas mill-kost tat-trasport domestiku abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami.

4.2.4.   Tqabbil

(162)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali stabbilit f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku mal-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż lejn pajjiżi terzi fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kif stabbilit hawn fuq.

(163)

Fuq din il-bażi, id-differenzi fil-prezzijiet bejn il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi stabbiliti bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera, ivarjaw bejn 9 % u 97 %, skont il-kodiċi tal-merkanzija Ċiniż. Bħala medja, id-differenza fil-prezz li nstabet bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera kienet ta’ 65 %.

(164)

Dan jissuġġerixxi li, li kieku l-miżuri kellhom jiskadu, u l-prezzijiet li bihom il-produtturi esportaturi Ċiniżi jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni jkunu konformi mal-prezzijiet lejn pajjiżi terzi oħra osservati matul ir-rieżami, il-marġnijiet tad-dumping x’aktarx ikunu sinifikanti, simili għal-livelli li nstabu fl-investigazzjoni oriġinali.

(165)

Barra minn hekk, kif indikat fil-premessi (13) u (27), is-CISA u Primex affermaw li sabiex jitrażżnu l-esportazzjonijiet u sabiex tiġi ridirezzjonata l-produzzjoni tal-azzar Ċiniża lejn l-industrija domestika Ċiniża, il-Ministeru tal-Finanzi Ċiniż ħabbar li mill-1 ta’ Awwissu 2021, ċerti prodotti tal-azzar, inkluża l-pjanċa tqila, ma baqgħux eliġibbli għar-rifużjoni tal-VAT fuq l-esportazzjoni (67). Is-CISA argumentat li l-intenzjoni tal-GTĊ wara din il-bidla fil-politika kienet li jnaqqas l-esportazzjonijiet u li jidderieġi mill-ġdid il-produzzjoni Ċiniża lejn l-industrija domestika. Is-CISA argumentat li, bħala riżultat ta’ din il-bidla fil-politika, jista’ jkun mistenni tnaqqis sinifikanti fl-esportazzjonijiet ta’ pjanċa tqila miċ-Ċina fil-futur immedjat, filwaqt li Primex argumentat li jkun hemm żieda moderata fl-importazzjonijiet miċ-Ċina.

(166)

Filwaqt li tabilħaqq, mill-2021, il-produtturi esportaturi Ċiniżi tilfu dan l-inċentiv għall-esportazzjoni, fid-dawl ta’: (1) it-tnaqqis fid-domanda fis-suq Ċiniż kif iddikjarat fil-premessa (69); (2) l-eżistenza ta’ miżuri anti-dumping f’diversi swieq ewlenin oħrajn kif spjegat fil-premessa (169); u (3) kapaċità ta’ riżerva sinifikanti kif iddikjarat fil-premessi (66) u (69), it-telf ta’ dan l-inċentiv ma jipprekludix lill-produtturi Ċiniżi milli jesportaw lejn is-suq tal-Unjoni pjanċi tqal f’volumi għoljin bi prezzijiet oġġett ta’ dumping f’każ li l-miżuri jintemmu sabiex jużaw il-kapaċità ta’ riżerva tagħhom. Barra minn hekk, is-CISA u Primex ma kkwantifikawx l-impatt probabbli li t-tneħħija tar-rifużjoni tal-VAT jista’ jkollha fuq il-prezz tal-esportazzjoni. Dawn għandhom ukoll fehmiet kunfliġġenti dwar l-impatt fuq il-volumi tal-importazzjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-argumenti.

4.3.   Relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni

(167)

Il-Kummissjoni eżaminat il-livelli tal-prezzijiet li l-produtturi tal-Unjoni jkunu jistgħu jiksbu fis-suq tal-Unjoni meta mqabbla mal-livelli tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħra.

(168)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat il-GTA. Il-Kummissjoni sabet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles (EUR 749/tunnellata) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kif iddikjarat fit-Tabella 9 kien l-istess bħall-prezz medju FOB lil pajjiżi terzi (EUR 749 għal kull tunnellata) iżda ogħla mill-prezz medju tal-kodiċi tal-merkanzija Ċiniż bl-akbar volum ta’ esportazzjonijiet. Għalhekk, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jsibuha ta’ vantaġġ li jċaqilqu l-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni, jekk il-miżuri jiskadu, u b’hekk jieħdu l-opportunità li jespandu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni.

4.4.   Kapaċità tal-assorbiment possibbli tas-swieq ta’ pajjiżi terzi

(169)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami, riċerka fuq l-internet u eżami tal-bażi tad-data tad-WTO, il-Kummissjoni sabet li l-miżuri anti-dumping huma imposti fuq importazzjonijiet ta’ pjanċi tqal mir-RPĊ lejn il-Brażil, il-Kanada, l-Indoneżja, it-Tajlandja, l-Istati Uniti tal-Amerka (68) u r-Renju Unit (69). Minħabba d-diffikultajiet tal-esportaturi Ċiniżi biex ibigħu lil dawn is-swieq kollha, jekk il-miżuri kurrenti jitħallew jiskadu, is-suq tal-Unjoni jsir attraenti ħafna għall-esportaturi Ċiniżi li jfittxu li jesportaw il-produzzjoni żejda tagħhom u jużaw il-kapaċità ta’ riżerva.

4.5.   Konklużjoni

(170)

Fid-dawl tal-valutazzjoni li saret fil-premessi (66) sa (169), b’mod partikolari l-kapaċità ta’ riżerva sinifikanti tal-esportaturi Ċiniżi, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-kapaċità ta’ assorbiment baxx tas-swieq ta’ pajjiżi terzi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ x’aktarx jerġgħu jseħħu jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu.

(171)

Primex sostniet li l-livell ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni f’każ li l-miżuri jintemmu mhux se jiddependi biss fuq il-kapaċità tal-produzzjoni fiċ-Ċina iżda fuq ħafna fatturi li l-aktar waħda importanti fosthom kienet id-domanda tal-konsumatur fl-Unjoni. Fatturi oħra kienu r-relazzjonijiet bejn il-prezzijiet u l-kostijiet kif ukoll l-intensità tal-kompetizzjoni fis-suq dinji, l-eżistenza ta’ ostakli kummerċjali fis-suq dinji u l-iżvilupp tar-rati tal-kambju. Primex iddikjarat ukoll li l-mod kif dawn il-fatturi se jiżviluppaw fil-futur ma jistax jiġi previst.

(172)

Kif iddikjarat fil-premessa (170), il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ x’aktarx li jerġgħu jseħħu f’volumi għoljin jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu ma hijiex ibbażata biss fuq il-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina, iżda wkoll fuq l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-kapaċità baxxa ta’ assorbiment tas-swieq ta’ pajjiżi terzi. Primex ma ssostanzjatx l-affermazzjoni tagħha rigward il-fatturi l-oħra u għalhekk ġiet miċħuda.

5.   DANNU

5.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(173)

Il-prodott simili kien manifatturat minn aktar minn 25 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(174)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġiet stabbilita għal madwar 9,4 miljun tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħat-talba għar-rieżami ta’ skadenza, it-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u s-sottomissjoni vverifikata tal-EUROFER.

(175)

Kif indikat fil-premessa (41) hawn fuq, intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Dawn jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili u aktar minn 31 % tal-volum totali stmat tal-bejgħ tal-Unjoni tal-prodott simili matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

5.2.   Konsum tal-Unjoni

(176)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-istatistika dwar l-importazzjoni tal-Eurostat u d-data verifikata dwar il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni.

(177)

Il-konsum tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2018

2019

2020

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (2021)

Konsum totali tal-Unjoni

9 311 229

8 437 312

7 450 606

8 380 262

Indiċi

100

91

80

90

Suq kaptiv

866 715

530 957

492 545

665 731

Indiċi

100

61

57

77

Suq ħieles

8 444 514

7 906 355

6 958 061

7 714 531

Indiċi

100

94

82

91

Sors: L-Eurostat u d-data vverifikata pprovduta mill-EUROFER

(178)

Il-konsum totali tal-Unjoni l-ewwel naqas b’9 % fl-2019 meta t-tkabbir tal-PDG tal-Unjoni naqas b’mod sinifikanti u affettwa setturi b’karatteristiċi ċikliċi b’saħħithom, bħall-industrija tal-azzar. Imbagħad, it-tnaqqis kien aggravat mir-reċessjoni ekonomika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, u l-konsum kompla jonqos fl-2020. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-konsum fl-aħħar irkupra iżda kien 10 % taħt il-livell tal-2018.

(179)

Is-Suq kaptiv jinkludi kemm il-bejgħ kaptiv kif ukoll l-użu kaptiv. B’mod ġenerali, il-pjanċi tqal maħsuba għas-suq kaptiv naqsu bi 23 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-suq kaptiv kien jammonta biss għal parti marġinali tan-negozju tal-pjanċi tqal, u kien jirrappreżenta inqas minn 10 % tal-konsum totali matul il-perjodu kollu. Is-sehem ta’ dan il-bejgħ fil-konsum totali kien saħansitra aktar baxx fl-2019 u fl-2020 fil-kuntest tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u tal-pandemija tal-COVID-19, u kien ta’ madwar 6 % tal-konsum. Dan kien prinċipalment dovut għal domanda aktar baxxa minn kumpaniji relatati attivi fis-settur tal-pajpijiet.

(180)

Il-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles segwa xejra simili għal dik tal-konsum totali. Dan naqas b’mod stabbli bi 18 % sal-2020 għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa (178) u beda jirkupra fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, ma laħaqx il-livell tal-2018. L-investigazzjoni wriet li ċerti segmenti tal-bejgħ, bħat-turbini tal-karozzi u dawk eoliċi, kienu qed jikbru, b’mod partikolari matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’kuntrast ma’ dan, uħud mill-aktar segmenti importanti tal-bejgħ, bħall-industrija tat-tubi tal-azzar u l-bini tal-bastimenti, kienu affettwati b’mod sever mit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u ma rkuprawx fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan wassal għal tnaqqis ta’ 9 % tal-konsum totali tal-Unjoni fis-suq ħieles matul il-perjodu kkunsidrat.

5.3.   Importazzjonijiet miċ-Ċina

5.3.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina

(181)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina abbażi tal-istatistika tal-importazzjoni tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet imbagħad ġie stabbilit billi tqabblu l-volumi tal-importazzjonijiet destinati għas-suq ħieles mal-konsum totali tal-Unjoni f’dak is-suq kif muri fit-Tabella 2 tal-premessa (177) hawn fuq.

(182)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni miċ-Ċina żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet

 

2018

2019

2020

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (2021)

Volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (tunnellati)

13 092

9 515

2 657

1 778

Indiċi

100

73

20

14

Sehem mis-suq (%)

0,16

0,12

0,04

0,02

Indiċi

100

78

25

15

Sors: Eurostat

(183)

Fl-investigazzjoni oriġinali, il-volum tal-importazzjoni miċ-Ċina kien laħaq il-1,4 miljun tunnellata u s-sehem mis-suq kien ta’ aktar minn 14 %.

(184)

L-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni saru negliġibbli matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tagħhom kien diġà f’livell baxx ħafna fl-2018 u naqas b’86 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(185)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi baqa’ negliġibbli matul il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri inqas minn 1 % tal-konsum tal-Unjoni.

5.3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina

(186)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni stabbiliet il-prezz medju tal-importazzjoni miċ-Ċina abbażi tal-istatistika tal-importazzjoni tal-Eurostat.

(187)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni miċ-Ċina żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezz tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

 

2018

2019

2020

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (2021)

Prezz medju tal-importazzjoni miċ-Ċina

459

728

651

925

Indiċi

100

159

142

201

Sors: Eurostat.

(188)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni miċ-Ċina varjaw b’mod sinifikanti fil-perjodu kkunsidrat. Kif muri fit-Tabella 3 fil-premessa (182) hawn fuq, il-volum tal-importazzjoni baqa’ negliġibbli matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li ma setgħet tinħareġ l-ebda konklużjoni sinifikanti jew rilevanti dwar volum daqstant limitat ta’ importazzjonijiet.

(189)

Barra minn hekk, matul il-perjodu kkunsidrat, ta’ min jinnota li filwaqt li l-produtturi tal-Unjoni kienu qed ibigħu l-pjanċi tqal tagħhom abbażi ta’ kuntratti ta’ terminu medju, bażikament kuntratt ta’ sena/sentejn, bi prezzijiet fissi għall-perjodu kuntrattwali, l-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li l-esportaturi Ċiniżi kienu qed ibigħu l-pjanċi tqal tagħhom fuq bażi immedjata, jiġifieri abbażi ta’ kuntratti b’terminu qasir ħafna. Dan ippermetta lil dawn l-esportaturi jadattaw il-prezzijiet tagħhom relattivament malajr għall-kundizzjonijiet tas-suq u jsegwu malajr ix-xejra tal-prezzijiet. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (185), is-sehem mis-suq tal-prodotti Ċiniżi baqa’ b’mod sistematiku taħt il-livell de minimis matul il-perjodu kkunsidrat, u għalhekk, ma tista’ tinħareġ l-ebda konklużjoni sinifikanti dwar l-ipprezzar għal tali kwantitajiet limitati.

5.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina

(190)

Importazzjonijiet ta’ pjanċi tqal minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina kienu prinċipalment mill-Ukrajna, mill-Indja, mill-Federazzjoni Russa u mir-Repubblika tal-Korea.

(191)

Il-volum (aggregat) tal-importazzjonijiet fl-Unjoni, kif ukoll is-sehem mis-suq ħieles u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet tal-pjanċi tqal minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej:

Tabella 5

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u ishma mis-suq

Pajjiż

 

2018

2019

2020

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (2021)

L-Ukrajna

Volum (tunnellati)

342 512

307 463

381 846

457 959

 

Indiċi

100

90

111

134

 

Sehem mis-suq (%)

4,1

3,9

5,5

5,9

 

Indiċi

100

96

135

146

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

582

582

494

758

 

Indiċi

100

100

85

130

L-Indja

Volum (tunnellati)

294 240

113 830

145 573

182 440

 

Indiċi

100

39

49

62

 

Sehem mis-suq (%)

3,5

1,4

2,1

2,4

 

Indiċi

100

41

60

68

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

576

579

470

675

 

Indiċi

100

100

82

117

Il-Federazzjoni Russa

Volum (tunnellati)

174 828

169 196

162 334

179 341

 

Indiċi

100

97

93

103

 

Sehem mis-suq (%)

2,1

2,1

2,3

2,3

 

Indiċi

100

103

113

112

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

538

519

433

661

 

Indiċi

100

96

80

123

Ir-Repubblika tal-Korea

Volum (tunnellati)

200 522

220 171

214 634

127 688

 

Indiċi

100

110

107

64

 

Sehem mis-suq (%)

2,4

2,8

3,1

1,7

 

Indiċi

100

117

130

70

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

592

578

529

726

 

Indiċi

100

98

89

123

Total tal-pajjiżi terzi kollha minbarra ċ-Ċina

Volum (tunnellati)

1 226 693

1 001 795

1 069 141

1 190 755

 

Indiċi

100

82

87

97

 

Sehem mis-suq (%)

14,5

12,7

15,4

15,4

 

Indiċi

100

87

106

106

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

579

581

497

731

 

Indiċi

100

100

86

126

Sors: Eurostat

(192)

L-importazzjonijiet totali tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina naqsu bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(193)

Minħabba li l-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra b’mod ġenerali naqas sa punt inqas mill-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat kif deskritt fil-premessa (178), is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdied b’6 % (jew punt perċentwali ta’ 0,9) matul il-perjodu kkunsidrat.

(194)

Sabiex jiġu kkalkolati l-importazzjonijiet ta’ pjanċi tqal magħmula minn azzar mhux illigat, l-applikant uża d-data tal-Eurostat li tkopri l-kodiċijiet NM sħaħ li jikkorrispondu għal dawn il-prodotti, aktar milli l-kodiċijiet TARIC rispettivi biss. Dan għaliex, fil-fehma tal-applikant, il-prodotti kollha importati taħt dawn il-kodiċijiet NM jenħtieġ li jkunu prodott taħt rieżami. Fir-rigward b’mod partikolari tal-azzar tal-għodda, li huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott, l-applikant argumenta li skont id-definizzjoni fin-Nomenklatura Magħquda (70), l-azzar tal-għodda jista’ jsir biss minn azzar illigat, u għalhekk, ma jista’ jkun hemm l-ebda prodott tal-azzar tal-għodda li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM li jikkorrispondu għal azzar mhux illigat. Fi kwalunkwe każ, l-applikant sostna li l-ilment fl-investigazzjoni oriġinali eskluda biss l-azzar tal-għodda magħmul minn azzar illigat. L-applikant qies li l-Kummissjoni ma messhiex stabbiliet kodiċijiet TARIC b’10 ċifri għall-kodiċijiet NM ewlenin tal-pjanċa tqila mhux illigata 7208 51 20, 7208 51 91, 7208 51 98 u 7208 52 91 u li kalkolu li juża dawn il-kodiċijiet TARIC jissottovaluta b’mod sinifikanti l-importazzjonijiet minħabba klassifikazzjoni ħażina. Min-naħa tagħha, tali sottovalutazzjoni twassal għal żbalji fil-kalkolu ta’ fatturi oħrajn ta’ dannu, bħall-konsum u s-sehem mis-suq, u possibbilment għal stampa distorta tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-analiżi tad-dannu.

(195)

Il-Kummissjoni sabet li l-prodotti tal-azzar tal-għodda jistgħu jsiru wkoll minn azzar mhux illigat (jiġifieri azzar tal-karbonju) (71) u li mill-inqas xi kwantitajiet ta’ tali prodotti ġew importati fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. L-eżistenza ta’ azzar tal-għodda magħmul minn azzar mhux illigat ma tmurx kontra d-definizzjoni ta’ azzar tal-għodda fin-Nomenklatura Magħquda, peress li dik id-definizzjoni hija pprovduta biss għall-finijiet ta’ subintestaturi speċifiċi (kodiċijiet NM), li jikkorrispondu għal prodotti tal-azzar illigat. Barra minn hekk, l-applikant ma pprovda l-ebda evidenza ta’ klassifikazzjoni ħażina tal-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonfermat li l-bażi, li hija rilevanti għall-kalkolu tad-data dwar l-importazzjoni, jenħtieġ li tkun il-kodiċijiet TARIC rispettivi, fejn tali kodiċijiet ikunu nħolqu. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnotat li anki jekk kien hemm evidenza li stima ogħla li tirriżulta mill-użu ta’ kodiċijiet NM sħaħ tkun aktar akkurata, il-konklużjonijiet dwar id-dannu ma jinbidlux.

5.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.5.1.   Kummenti ġenerali

(196)

Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ analiżi.

(197)

Kif imsemmi fil-premessa (41), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(198)

Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-talba għal rieżami u fis-sottomissjoni vverifikata mingħand l-applikant, jiġifieri d-data relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, jiġifieri d-data relatata mal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi għall-istabbiliment tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(199)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(200)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji unitarji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

5.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

5.5.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(201)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6 A

Produzzjoni, Kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2018

2019

2020

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (2021)

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

10 261 491

9 382 766

8 684 523

9 441 069

Indiċi

100

91

85

92

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

14 172 600

14 479 668

14 645 251

13 445 956

Indiċi

100

102

103

95

Użu tal-kapaċità (%)

72

65

59

70

Indiċi

100

89

82

97

Sors: Talba għal rieżami u data vverifikata pprovduta mill-EUROFER.

(202)

L-investigazzjoni wriet li x-xejriet fil-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni segwew mill-qrib ix-xejriet fil-konsum fis-suq ħieles. B’mod ġenerali tul il-perjodu kkunsidrat l-produzzjoni naqset bi 8 %. Is-sitwazzjoni kienet partikolarment diffiċli fl-2020 meta l-produzzjoni tnaqqset bi 15 % minħabba domanda baxxa kkawżata mill-intensifikazzjoni tal-pandemija tal-Covid-19 dik is-sena. Il-produzzjoni rkuprat fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, f’konformità maż-żidiet fil-konsum fis-suq ħieles u fl-użu kaptiv, iżda ma laħqitx il-livell tagħha tal-2018.

(203)

Il-kapaċità tal-produzzjoni ddedikata għal pjanċi tqal inżammet u saħansitra żdiedet bi ftit fil-perjodu mill-2018 sal-2020. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni kellha tagħlaq parti mill-kapaċità tagħha jew ittrasferietha għal prodotti oħra fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-kapaċità ġenerali naqset b’5 % jew b’727 elf tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat.

(204)

Minħabba t-tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni ta’ 5 %, ir-rata ta’ utilizzazzjoni fil-bidu u fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami nżammet għal madwar 70 %. Madankollu, ir-rata ta’ utilizzazzjoni kienet partikolarment baxxa fl-2019 u fl-2020 meta naqset sa 59 %. Din ir-rata baxxa kienet ikkawżata mit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku li rriżulta mill-kriżi tal-Covid-19 li wasslet għal tnaqqis sinifikanti fil-konsum fis-suq ħieles u fil-produzzjoni maħsuba għall-użu kaptiv u għall-bejgħ kaptiv.

Tabella 6 B

Produzzjoni tal-Unjoni maħsuba għal użu kaptiv u bejgħ kaptiv

 

2018

2019

2020

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (2021)

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

866 715

530 957

492 545

665 731

Indiċi

100

61

57

77

Sors: Data vverifikata pprovduta mill-EUROFER.

(205)

Kif imsemmi fil-punt 5.2 “Konsum tal-Unjoni”, il-konsum tal-pjanċi tqal naqas matul il-perjodu kkunsidrat. L-effett tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kien partikolarment evidenti għall-produzzjoni maħsuba għall-użu kaptiv u għall-bejgħ kaptiv, li naqset b’39 % fl-2019 u b’4 punti perċentwali oħra fl-2020. L-irkupru osservat fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ma kienx biżżejjed biex jerġa’ jinkiseb il-volum tal-produzzjoni mitluf fis-snin preċedenti.

5.5.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(206)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

 

2018

2019

2020

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (2021)

Volum tal-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

7 977 991

7 317 413

6 233 894

7 006 890

Indiċi

100

92

78

88

Sehem mis-suq (%)

85,7

86,7

83,7

83,6

Indiċi

100

101

98

98

Bejgћ kaptiv

773 262

422 368

347 631

484 892

Indiċi

100

55

45

63

Sehem mis-suq tal-bejgħ kaptiv (%)

8,3

5,0

4,7

5,8

Indiċi

100

60

56

70

Bejgħ fis-suq ħieles

7 204 729

6 895 045

5 886 263

6 521 998

Indiċi

100

96

82

91

Sehem mis-suq tal-bejgħ fis-suq ħieles (%)

77,4

81,7

79,0

77,8

Indiċi

100

106

102

101

Sors: Data vverifikata pprovduta mill-EUROFER.

(207)

L-iżvilupp tal-volum totali tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b’mod ġenerali segwa x-xejra fil-konsum matul il-perjodu kkunsidrat. Dan naqas bi 8 % fl-2019 u saħansitra aktar fl-2020, is-sena meta seħħet il-pandemija tal-Covid-19. Anke jekk id-domanda rkuprat fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, hija ma ppermettitx lill-industrija tilħaq il-livell tal-bejgħ tal-2018. B’mod ġenerali, kważi miljun tunnellata ta’ bejgħ intilfu fil-perjodu kkunsidrat.

(208)

L-investigazzjoni wriet li l-bejgħ kaptiv kien affettwat b’mod aktar sever mill-bejgħ fis-suq ħieles. It-tnaqqis bejn l-2018 u l-aħħar tal-2020 kien għoli daqs 55 % (jew madwar 425 000 tunnellata). L-irkupru fil-bejgħ kaptiv matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien relattivament dgħajjef u dan il-bejgħ kien għadu 37 % taħt il-livell tal-2018.

(209)

Il-bejgħ fis-suq ħieles intlaqat wkoll mit-tnaqqis ġenerali fis-suq u x-xejriet fil-bejgħ segwew ukoll ix-xejriet fil-konsum f’dak is-suq. L-irkupru apparenti fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien dgħajjef u mhux biżżejjed biex jiġi rkuprat il-volum tal-bejgħ mitluf fis-snin preċedenti.

(210)

Billi x-xejriet fil-volum tal-bejgħ segwew mill-qrib ix-xejriet fil-konsum fis-suq ħieles, l-Industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx telf fis-sehem mis-suq f’dak is-suq. Dan ma jistax jaħbi l-fatt li t-telf fil-volum tal-bejgħ fis-suq ħieles (- 683 000 tunnellata) kien konsiderevoli matul il-perjodu kkunsidrat.

5.5.2.3.   Tkabbir

(211)

Kif imsemmi fil-premessa (178), il-perjodu kkunsidrat kopra s-sena 2019, meta seħħ tnaqqis fir-ritmu tat-tkabbir ekonomiku, u s-sena 2020 fejn it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku ġie aggravat minħabba l-pandemija ta’ Covid-19. Għalhekk, is-suq u indikaturi oħra tal-volum ma żdidux f’dak il-perjodu anki jekk kien hemm sinjali inkoraġġanti ta’ rkupru fis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

5.5.2.4.   Impjiegi u produttività

(212)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Impjiegi u produttività

 

2018

2019

2020

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (2021)

Għadd ta’ impjegati

18 722

18 979

18 795

16 032

Indiċi

100

101

100

86

Produttività (tunnellati/FTE)

548

494

462

589

Indiċi

100

90

84

107

Sors: Data vverifikata pprovduta mill-EUROFER.

(213)

L-industrija tal-Unjoni żammet l-impjiegi tagħha sal-aħħar tal-2020 iżda kellha tagħti s-sensja lil 14 % tal-forza tax-xogħol tagħha fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami minħabba s-severità tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fis-suq. Dan kien jinkludi l-forza tax-xogħol mitlufa mill-għeluq ta’ waħda mill-operazzjonijiet ta’ pjanċi tqal tal-produtturi tal-Unjoni (ThyssenKrupp) fl-2021.

(214)

Il-Produttività tal-impjegati tal-industrija tal-Unjoni kienet baxxa ħafna fl-2019 u fl-2020 minħabba li l-produzzjoni naqset b’mod sinifikanti (sa -15 %) u l-impjiegi nżammu matul dawn is-snin. L-irkupru fil-produttività fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien dovut għal għadd aktar baxx ta’ impjegati u għall-irkupru fil-produzzjoni (+7 %) meta mqabbel mal-2020.

5.5.2.5.   Irkupru minn dumping tal-passat

(215)

Minħabba li l-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kien negliġibbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni ma wettqitx kalkolu tad-dumping għal dak il-perjodu. Madankollu, huwa mfakkar li tali kalkoli saru fil-kuntest tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping fil-Kapitolu 4 hawn fuq.

(216)

Fil-kuntest tal-irkupru minn dumping tal-passat, ta’ min jinnota li l-investigazzjoni kurrenti hija l-ewwel rieżami tal-miżuri oriġinali, li l-livell tagħhom ivarja minn 65,1 % sa 73,7 %. Fid-dawl tas-sehem mis-suq ta’ 14,4 % li kellhom dak iż-żmien l-esportaturi Ċiniżi, l-impatt negattiv li kellu d-dumping tal-passat fuq is-suq tal-Unjoni u fuq l-industrija tal-Unjoni fit-tul ma jistax jiġi sottovalutat, b’mod partikolari f’kuntest ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku.

(217)

Minħabba s-sitwazzjoni ekonomika mhux favorevoli matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni ma rkupratx biżżejjed mill-effetti tad-dumping tal-passat.

5.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

5.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(218)

Il-prezzijiet tal-bejgħ unitarji medji ponderati lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni u l-kost unitarju tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

 

2018

2019

2020

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (2021)

Prezz tal-bejgħ unitarju fl-Unjoni fis-suq totali

680

713

674

762

Indiċi

100

105

99

112

Il-prezz tal-bejgħ unitarju fis-suq kaptiv

[613 - 742 ]

[744 - 900 ]

[757 - 917 ]

[848 - 1 027 ]

Indiċi

100

121

124

138

Prezz tal-bejgħ unitarju fis-suq ħieles

687

708

671

749

Indiċi

100

103

98

109

Kost unitarju tal-produzzjoni

746

794

776

839

Indiċi

100

106

104

112

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data dwar il-prezz tal-bejgħ unitarju fis-suq kaptiv kienet tvarja għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità.

(219)

L-industrija tal-Unjoni setgħet iżżid il-prezz tal-bejgħ fis-suq ħieles b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, iż-żieda fil-prezz ma kinitx biżżejjed biex tkopri ż-żieda parallela fil-kost fil-perjodu. Kif spjegat fil-premessa (189), l-industrija tal-Unjoni tbigħ abbażi ta’ kuntratti annwali jew ta’ sentejn fejn il-prezzijiet huma stabbiliti matul it-terminu kuntrattwali. Barra minn hekk, hemm l-effett tal-pandemija tal-Covid-19 u tal-impatt tagħha fuq is-suq li ma setax jiġi previst.

(220)

L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet jistgħu jiġu adattati, sa ċertu punt, f’konformità mal-evoluzzjoni tal-kostijiet. Madankollu, il-prezz tal-bejgħ unitarju fis-suq ħieles kien 12 % inqas mill-kost unitarju tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

5.5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(221)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2018

2019

2020

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (2021)

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR/FTE)

73 799

75 871

69 631

77 009

Indiċi

100

103

94

104

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(222)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kostijiet lavorattivi medji varjaw u wrew żieda ġenerali ta’ 4 %.

5.5.3.3.   Inventarji

(223)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Inventarji

 

2018

2019

2020

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (2021)

Stokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

288 326

234 287

236 113

294 404

Indiċi

100

81

82

102

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

11,8

10,0

11,7

12,6

Indiċi

100

85

99

107

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(224)

It-Tabella 11 turi li l-istokkijiet ta’ pjanċi tqal naqsu bi kważi 20 % mill-2018 sal-2019, baqgħu stabbli fl-2020, u reġgħu żdiedu għal-livelli tal-2018 fl-2021, b’madwar 12 % tal-produzzjoni totali. L-istokkijiet ma jitqisux bħala indikatur importanti tad-dannu għall-industrija peress li l-prodott simili normalment jiġi prodott mill-industrija tal-Unjoni abbażi ta’ ordnijiet speċifiċi tal-utenti.

5.5.3.4.   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(225)

Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2018

2019

2020

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (2021)

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

-5,7

-7,6

-11,0

-3,4

Indiċi

- 100

- 134

- 194

-59

Fluss tal-flus (EUR)

-49 630 826

-39 006 682

- 117 031 312

-66 865 341

Indiċi

- 100

-79

- 236

- 135

Investimenti (EUR)

96 993 957

107 862 764

81 821 894

41 298 553

Indiċi

100

111

84

43

Redditu fuq l-investimenti (%)

-10,5

-15,9

-20,0

-5,4

Indiċi

- 100

- 151

- 190

-51

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(226)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni, jiġifieri l-bejgħ fis-suq ħieles, bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Kif mistenni, il-profittabbiltà laħqet l-aktar livell baxx tagħha, jiġifieri –11 %, fl-2020 fil-qalba tal-pandemija. Din irkuprat fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami iżda baqgħet negattiva. Dan ir-riżultat seta’ jinkiseb minħabba li l-prezzijiet żdiedu b’sa 9 %, meta mqabbla mal-2018 u ċerti kostijiet, bħall-kostijiet totali tal-manodopera, setgħu jitnaqqsu f’dak il-perjodu.

(227)

Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Il-fluss tal-flus baqa’ negattiv matul il-perjodu kkunsidrat u ddeterjora b’mod sinifikanti b’mod partikolari fl-2020. Huwa rkupra ftit fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami iżda baqa’ fil-biċċa l-kbira negattiv.

(228)

It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, iż-żidiet fil-biċċa l-kbira tal-kostijiet tal-produzzjoni u t-telf imġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat kellhom konsegwenzi serji fuq il-livell tal-investimenti, li kellhom jitnaqqsu b’mod konsistenti u drastiku mill-2020. Il-livell ta’ investimenti fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien inqas minn nofs il-livell tal-2018.

(229)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Bħall-indikaturi l-oħrajn tal-prestazzjoni, dan baqa’ negattiv matul il-perjodu kkunsidrat. ma huwiex sorprendenti li wieħed jinnota li l-aktar livell baxx tiegħu (-20 %) intlaħaq fl-2020. L-irkupru tas-suq, it-tnaqqis tat-telf iżda wkoll livell aktar baxx ta’ investimenti fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami wasslu għal riżultat kemxejn imtejjeb, għalkemm negattiv.

5.6.   Konklużjoni dwar id-dannu

(230)

L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu u baqgħu taħt il-livell de minimis matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, ma setgħet tinstilet l-ebda konklużjoni sinifikanti abbażi tal-volum jew tal-prezz ta’ tali kwantitajiet importati limitati.

(231)

Il-volum importat minn pajjiżi terzi oħra naqas ukoll fil-perjodu kkunsidrat f’kuntest ta’ domanda li kienet qed tonqos. Il-prezz medju tal-importazzjoni ta’ pjanċi tqal importati mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha kien madwar 2,5 % taħt il-livell medju tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq tagħhom baqa’ fil-biċċa l-kbira stabbli f’dak il-perjodu.

(232)

Il-perjodu kkunsidrat jinkludi s-sena 2020 li kienet l-iskattatur għall-pandemija tal-Covid-19 li wasslet għal tnaqqis ġenerali sinifikanti fl-ekonomiji madwar id-dinja. F’dan il-kuntest, l-investigazzjoni wriet li f’suq li qed jiċkien, l-indikaturi kollha tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw b’mod negattiv u/jew baqgħu negattivi matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produzzjoni tnaqqset u l-bejgħ fis-suq ħieles naqas b’9 %, l-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas 14 % tal-impjiegi tagħha. Il-prezzijiet tal-bejgħ setgħu jiżdiedu iżda mhux biżżejjed biex ikopru ż-żidiet fil-kostijiet tal-produzzjoni, u b’hekk il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti baqgħu negattivi b’mod konsistenti f’dak il-perjodu.

(233)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni tinsab fi stat vulnerabbli ħafna u sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni kkonkludiet li minħabba l-volum negliġibbli ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina, id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ma setax jiġi kkawżat mill-importazzjonijiet miċ-Ċina.

(234)

Primex sostniet li t-tnaqqis fid-domanda kien il-kawża tal-istat fraġli tal-industrija tal-Unjoni u li ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-istat tal-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk, l-esportaturi Ċiniżi ma setgħux jitqiesu responsabbli għal kwalunkwe dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni.

(235)

It-tnaqqis fil-konsum x’aktarx kellu rwol fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, ta’ min ifakkar li kriterji oħrajn, b’mod partikolari l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu kkawżat minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina, għandhom jitqiesu f’investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza mibdija skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat ukoll il-probabbiltà tar-rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament minn importazzjonijiet miċ-Ċina.

Kummenti wara d-divulgazzjoni

(236)

Fil-kummenti tiegħu wara d-divulgazzjoni finali, l-applikant qabel mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, li jiddikjaraw li l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping wasslet għal titjib ġenerali fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni meta mqabbla mal-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, iżda nnota li l-industrija tal-Unjoni għadha f’sitwazzjoni ekonomikament fraġli u dannuża.

(237)

Fil-kummenti tagħha, is-CISA qieset li l-fatt rikonoxxut mill-Kummissjoni li l-allegat dannu kontinwu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma kienx ikkawżat mill-importazzjonijiet Ċiniżi huwa kruċjali f’dan il-każ.

(238)

Madankollu, is-CISA qajmet dubji wkoll dwar id-determinazzjoni tad-dannu tal-Kummissjoni, billi sostniet li ma kinitx tissodisfa l-istandard ta’ eżami oġġettiv u l-evidenza pożittiva stabbilita fl-Artikolu 3.1 tal-Ftehim Antidumping tad-WTO. Biex tikkorrobora din l-affermazzjoni, is-CISA elaborat fuq l-għażla tal-perjodu kkunsidrat, l-interpretazzjoni tal-indikaturi makroekonomiċi ewlenin tal-industrija tal-Unjoni, u x-xejriet tal-ipprezzar tal-importazzjoni.

(239)

Fir-rigward tal-perjodu kkunsidrat, is-CISA rreferiet għall-interpretazzjoni tal-istandard ta’ “eżami oġġettiv” mill-Korp tal-Appell tad-WTO, li fir-rapport (72) tiegħu ddikjara li “l-awtoritajiet investigattivi mhumiex intitolati li jwettqu l-investigazzjoni tagħhom b’tali mod li jsir aktar probabbli li, bħala riżultat tal-ġbir tal-fatti jew tal-proċess ta’ evalwazzjoni, huma jiddeterminaw li l-industrija domestika tkun ġarrbet ħsara”. Barra minn hekk, is-CISA rreferiet għall-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku li jipprevedi li l-perjodu ta’ investigazzjoni jservi, inter alia, “l-iskop ta' konklużjoni rappreżentattiva”. Is-CISA qieset li, minħabba l-effetti tal-COVID-19 fl-2020 u fl-2021 fuq l-ekonomija b’mod ġenerali, u fuq l-industrija tal-azzar b’mod partikolari, il-perjodu kkunsidrat mill-Kummissjoni (mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2021) ma kienx rappreżentattiv, u li l-Kummissjoni missha inkludiet fil-perjodu kkunsidrat mill-inqas sentejn oħra qabilu, kif ukoll il-perjodu ta’ wara l-PI.

(240)

Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-indikaturi makroekonomiċi ewlenin tal-industrija tal-Unjoni, is-CISA tenniet il-fehmiet espressi fil-kummenti tagħha dwar il-bidu. B’mod partikolari, is-CISA ffukat fuq it-tnaqqis fil-konsum tal-pjanċi tqal fl-Unjoni u argumentat li l-indikaturi tal-industrija tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu analizzati b’rabta ma’ dan it-tnaqqis. Is-CISA argumentat li dan l-approċċ jikkonkludi li l-industrija tal-Unjoni tinsab fi stat tajjeb. Barra minn hekk, is-CISA enfasizzat li kwalunkwe żvilupp negattiv ta’ tali indikaturi ma setax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet Ċiniżi.

(241)

Fir-rigward tax-xejriet tal-ipprezzar tal-importazzjoni, is-CISA osservat li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ u l-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, kif ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina bejn l-2019 u l-2021 kienu ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra, li kienu konsistentement taħt il-prezzijiet tal-bejgħ u l-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Fil-fehma tas-CISA, dan ipprovda evidenza prima facie ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet u bejgħ taħt il-prezz mill-esportaturi kurrenti u pprovda aktar evidenza li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti kontra ċ-Ċina mhijiex ġustifikata, għall-kuntrarju tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

(242)

Kif iddikjarat fil-premessa (233), id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ma setax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. Għalhekk, u kuntrarjament għal dak li ssostni s-CISA, il-kawża tad-dannu ma hijiex kwistjoni kruċjali f’dan il-każ. Barra minn hekk, l-analiżi dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu wriet li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi prezzijiet dannużi u li x’aktarx jerġa’ jseħħ id-dannu materjali oriġinarjament ikkawżat minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. Dan huwa spjegat fid-dettal fil-premessi minn (249) sa (263) hawn taħt. Għalhekk, l-affermazzjonijiet tas-CISA fir-rigward tas-sejba ta’ dannu materjali huma ineffettivi.

(243)

Fi kwalunkwe każ u għall-finijiet ta’ kompletezza, għar-raġunijiet spjegati fil-premessi li ġejjin il-Kummissjoni ma qablitx ukoll mal-affermazzjonijiet tas-CISA li d-determinazzjoni tad-dannu ma ssodisfatx l-istandard ta’ eżami oġġettiv u evidenza pożittiva. Hija ma qablitx ukoll li kwalunkwe wieħed mill-argumenti pprovduti mis-CISA jagħti xi appoġġ għal din l-affermazzjoni.

(244)

Kif tikkonċedi s-CISA fis-sottomissjonijiet tagħha, il-Kummissjoni tgawdi minn diskrezzjoni konsiderevoli fir-rigward tal-għażla tal-perjodu kkunsidrat, . F’dan il-każ, hija segwiet il-prattika normali tagħha, li hija li tagħżel perjodu li jinkludi l-perjodu ta’ investigazzjoni (magħżul f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku) u t-3 snin sħaħ ta’ qablu. Għalhekk, kwalunkwe insinwazzjoni li l-perjodu kkunsidrat intgħażel b’tali mod li jsir aktar probabbli li jinstab dannu hija kompletament infondata u għandha tkun rifjutata. Fir-rigward tar-rappreżentattività, perjodu ta’ 4 snin sħaħ normalment jitqies bħala rappreżentattiv biżżejjed. Huwa normali li l-kundizzjonijiet tas-suq ivarjaw matul tali perjodu, u li jinkludu intervalli ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, kemm jekk ikunu parti minn ċiklu tan-negozju, kif ukoll jekk ikunu kkawżati minn żviluppi mhux mistennija, bħat-tifqigħa tal-COVID-19. Barra minn hekk, il-Kummissjoni enfasizzat li l-kundizzjonijiet tas-suq, inkluż it-tnaqqis fil-konsum, tqiesu kif xieraq fil-valutazzjoni tagħha, li kkonkludiet li d-dannu ma setax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet miċ-Ċina.

(245)

Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-indikaturi makroekonomiċi ewlenin, il-Kummissjoni nnotat li ma hemm xejn fir-Regolament bażiku li jissuġġerixxi li s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi vvalutata biss b’mod relattiv mal-konsum u kundizzjonijiet oħra tas-suq. Minflok, ir-Regolament bażiku jirrikjedi li t-tnaqqis fid-domanda u l-bidliet fix-xejriet tal-konsum jitqiesu għall-valutazzjoni tal-kawżalità. Kif spjegat hawn fuq, dan ir-rekwiżit ġie ssodisfat bis-sħiħ mill-analiżi tal-Kummissjoni.

(246)

Fir-rigward tax-xejriet tal-ipprezzar tal-importazzjoni, il-Kummissjoni nnotat li t-tqabbil tal-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina mal-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi mhuwiex rilevanti għad-determinazzjoni tad-dannu per se, iżda jista’ jkun rilevanti biss għall-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ rabta kawżali.

(247)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjoni tagħha dwar id-dannu, filwaqt li nnotat li fi kwalunkwe każ, l-analiżi tal-eżistenza ta’ dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami hija separata mid-determinazzjoni pożittiva tal-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Din tal-aħħar hija bbażata fuq l-analiżi prospettiva ta’ fatturi varji kif spjegat fil-premessi minn (250) sa (260).

6.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU KKAWŻAT ORIĠINARJAMENT MINN IMPORTAZZJONIJIET OĠĠETT TA’ DUMPING MIĊ-ĊINA

(248)

Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (233) li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Kif iddikjarat fil-premessa (216), l-impatt negattiv tad-dumping sinifikanti tal-passat ma jistax jiġi sottovalutat u l-Kummissjoni qieset li d-dannu lill-industrija tal-Unjoni osservat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ma setax jiġi kkawżat mill-importazzjonijiet mir-RPĊ minħabba l-volum limitat ħafna tagħhom f’dak il-perjodu. Kif imsemmi fil-premessi (185) u (230), is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi baqa’ taħt il-livell de minimis, jiġifieri inqas minn 1 % tal-konsum, matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(249)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, inkluża r-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni. Barra minn hekk, hija eżaminat il-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni.

(250)

Huwa mfakkar li l-esportaturi Ċiniżi kienu dejjem aktar preżenti fis-suq tal-Unjoni u kellhom sehem mis-suq għoli ta’ 14,4 % fil-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. Dan juri li dawn l-esportaturi għandhom interess partikolari fis-suq tal-Unjoni. Kif stabbilit fil-premessa (170), abbażi tal-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-eżistenza ta’ miżuri anti-dumping f’pajjiżi oħra, li jillimitaw il-possibbiltajiet għall-esportazzjonijiet lejn dawn is-swieq, hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping tirriżulta f’żieda sinifikanti fl-esportazzjonijiet ta’ pjanċi tqal mir-RPĊ lejn l-Unjoni.

(251)

Fir-rigward tal-livelli tal-prezzijiet li bihom dawn l-importazzjonijiet jidħlu fl-Unjoni, l-applikant ipprovda estimi bl-użu ta’ data dwar l-ipprezzar minn S&P Global Platts, analista indipendenti tas-suq tas-settur tal-azzar. Din id-data kienet tinkludi l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet (FOB) mir-RPĊ (Shanghai), il-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni (EXW) fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar tal-Ewropa, kif ukoll il-prezzijiet tal-importazzjonijiet (CIF) f’port Ewropew tan-Nofsinhar. Il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ jirreferu għall-grad strutturali bażiku Q355, filwaqt li l-bqija tal-prezzijiet jirreferu għall-grad komparabbli S235 JR. Id-data wriet li fil-perjodu ta’ wara l-PIR, il-prezzijiet tal-esportazzjoni mir-RPĊ kienu ġeneralment aktar baxxi b’mod sinifikanti mill-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar tal-Ewropa, kif ukoll mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet f’port Ewropew tan-Nofsinhar. B’mod partikolari għall-aħħar 3 xhur li għalihom kienet disponibbli d-data, jiġifieri Awwissu, Settembru u Ottubru 2022, l-applikant ikkalkula l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ (aġġustati għall-kostijiet tat-trasport minn Shanghai għal Antwerp) f’livell ta’ 39 % inqas mill-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni fit-Tramuntana tal-Ewropa, 29 % inqas mill-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni fin-Nofsinhar tal-Ewropa u 20 % inqas mill-prezzijiet tal-importazzjoni fin-Nofsinhar tal-Ewropa. B’riżultat ta’ dan, l-applikant stima li volum kbir ta’ esportazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni x’aktarx jikkawża tnaqqis fil-prezzijiet tas-suq tal-UE b’mill-inqas 20 % sa 29 % jekk il-volumi tal-bejgħ kellhom jinżammu.

(252)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet mir-RPĊ tpoġġi pressjoni addizzjonali sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-Unjoni li diġà jinsabu f’livelli ta’ telf. Minħabba l-istat vulnerabbli tal-industrija tal-Unjoni, din il-kombinazzjoni tirriżulta f’aktar telf sostanzjali ta’ bejgħ, sehem mis-suq, u profittabbiltà, li jkomplu jiddeterjoraw is-sitwazzjoni tagħha, u fl-aħħar mill-aħħar ipoġġu f’dubju l-vijabbiltà tagħha.

(253)

Is-CISA għamlet għadd ta’ affermazzjonijiet fil-kuntest tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu. L-ewwel nett saħqu li pjanċi tqal diġà jibbenefikaw mill-protezzjoni mogħtija mill-miżuri ta’ salvagwardja tal-UE u li dawn il-miżuri waħedhom għamluha improbabbli ħafna li sseħħ rikorrenza ta’ dannu. Huma stiednu lill-Kummissjoni biex tqis din il-protezzjoni doppja fil-valutazzjoni tagħha tar-rieżami kurrenti.

(254)

F’dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġu mfakkra żewġ prinċipji bażiċi. L-ewwel nett, anki jekk kemm il-miżuri ta’ salvagwardja kif ukoll dawk anti-dumping huma maħsuba biex jindirizzaw id-dannu, tal-ewwel ma humiex stabbiliti biex jissostitwixxu lil tal-aħħar. It-tieni, ma hemm l-ebda protezzjoni doppja għall-industrija tal-Unjoni f’dan il-każ. Kif imsemmi mis-CISA, il-miżuri ta’ salvagwardja ġew stabbiliti għal 25 % filwaqt li d-dazji anti-dumping fuq pjanċi tqal kienu ogħla u stabbiliti f’livell ta’ bejn 65,1 % u 73,7 %. Kif imsemmi b’mod ċar fl-anness 2.6 tar-Regolament ta’ salvagwardja, frazzjoni biss tad-dazju anti-dumping tkun dovuta wara li l-miżuri ta’ salvagwardja jitħallsu fuq pjanċi tqal. Għalhekk, dawn il-miżuri ma humiex kumulattivi u ma hemm l-ebda protezzjoni doppja.

(255)

It-tieni, l-anness 2.6 tar-Regolament ta’ salvagwardja juri li l-miżuri ta’ salvagwardja ma humiex stabbiliti biex jiżguraw li jiġu importati pjanċi tqal miċ-Ċina fil-livell rilevanti mhux dannuż stabbilit fl-investigazzjoni anti-dumping oriġinali. Ikun dovut dazju addizzjonali ta’ mill-inqas 40,1 % biex jintlaħaq dak ir-rekwiżit. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessi (79) u (80), il-Kummissjoni nnotat li l-kwota globali pprovduta mill-miżuri ta’ salvagwardja kurrenti hija sostanzjali u għalhekk ma tkunx tista’ tirrestrinġi b’mod sinifikanti l-importazzjonijiet mir-RPĊ milli jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet dannużi jekk id-dazji anti-dumping jitħallew jiskadu.

(256)

Abbażi tal-konsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, l-affermazzjonijiet li l-industrija tal-Unjoni tgawdi minn protezzjoni doppja u li l-miżuri ta’ salvagwardja jipprevjenu li jerġa’ jseħħ dannu huma miċħuda.

(257)

Is-CISA u Primex affermaw ukoll li l-Ministeru tal-Finanzi Ċiniż ħabbar li ċerti prodotti tal-azzar, inklużi pjanċi tqal, ma għadhomx eliġibbli għar-rifużjonijiet tal-VAT fuq l-esportazzjoni minn Awwissu 2021, u li bħala riżultat ta’ din il-miżura, id-dannu x’aktarx ma jerġax iseħħ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(258)

Kif imsemmi fil-premessa (166), is-CISA u Primex ma għamlu l-ebda affermazzjoni dwar l-impatt probabbli tal-kanċellazzjoni tar-rifużjoni tal-VAT fuq l-esportazzjoni fuq il-prezz tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Il-Kummissjoni qieset li, fid-dawl tal-ħtieġa li jużaw il-kapaċità ta’ riżerva tagħhom, il-kanċellazzjoni tar-rifużjoni tal-VAT fuq l-esportazzjoni ma tipprekludix lill-produtturi Ċiniżi milli jgħarrqu s-suq tal-Unjoni b’esportazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping. Għalhekk, l-argument li b’riżultat ta’ din il-kanċellazzjoni, id-dannu x’aktarx ma jseħħx, ma ġiex sostanzjat.

(259)

Abbażi ta’ dan, huwa konkluż li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi prezzijiet dannużi u li x’aktarx jerġa’ jseħħ id-dannu materjali oriġinarjament ikkawżat minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina.

Kummenti wara d-divulgazzjoni

(260)

Fil-kummenti tiegħu wara d-divulgazzjoni, l-applikant qabel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni, li tiddikjara li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi prezzijiet dannużi u li x’aktarx jerġa’ jseħħ id-dannu materjali oriġinarjament ikkawżat minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina.

(261)

Min-naħa l-oħra, fl-osservazzjonijiet tagħha, is-CISA tenniet li l-importazzjonijiet ta’ pjanċi tqal miċ-Ċina kienu diġà negliġibbli u li t-tħassir tar-rifużjoni tal-VAT fuq l-esportazzjoni kien jiskoraġġihom aktar. Skont is-CISA, l-unika konklużjoni li tista’ tintlaħaq b’mod raġonevoli tkun li kwalunkwe dannu allegat jew rikorrenza ta’ dannu lill-industrija tal-Unjoni ma jistax jiġi kkawżat minn importazzjonijiet miċ-Ċina.

(262)

Il-Kummissjoni qieset li fil-kuntest tal-probabbiltà ta’ rikorrenza tal-valutazzjoni tad-dannu, il-mistoqsija rilevanti ma kinitx l-effett tal-kanċellazzjoni tar-rifużjoni tal-VAT fuq l-esportazzjoni filwaqt li l-miżuri huma fis-seħħ, iżda l-effett tagħha fuq is-suq tal-Unjoni għall-pjanċi tqal u fuq l-industrija tal-Unjoni f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Il-Kummissjoni nnotat li s-CISA ma kkwantifikatx l-effetti ta’ tali kanċellazzjoni fuq il-volum u l-prezz tal-esportazzjoni possibbli li bihom il-prodotti Ċiniżi jistgħu jaslu fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, ma pprovdiet l-ebda argument kontra l-konklużjoni li l-kanċellazzjoni tar-rifużjoni tal-VAT fuq l-esportazzjonijiet ma tipprekludix lill-produtturi Ċiniżi milli jgħarrqu s-suq tal-Unjoni b’esportazzjonijiet oġġett ta’ dumping f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Għalhekk, il-Kummissjoni żammet il-konklużjoni milħuqa fil-premessa (259) hawn fuq dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu.

7.   INTERESS TAL-UNJONI

(263)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inkluż dawk tal-industrija, tal-importaturi/tan-negozjanti u tal-utenti tal-Unjoni.

(264)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(265)

L-industrija tal-Unjoni tinsab f’diversi Stati Membri, bħall-Ġermanja, Franza, l-Italja, Spanja, il-Belġju, il-Greċja, ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja, l-Awstrija u, kif imsemmi fil-premessa (212), impjegat direttament aktar minn 16 000 persuna fir-rigward ta’ pjanċi tqal matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(266)

L-investigazzjoni stabbiliet li matul il-perjodu kkunsidrat, minkejja l-miżuri eżistenti kontra r-RPĊ, l-industrija tal-Unjoni baqgħet tagħmel telf u tilfet produzzjoni u volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. Kif huwa spjegat hawn fuq, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, hemm probabbiltà kbira li l-importazzjonijiet Ċiniżi jkomplu jiżdiedu bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. Dan x’aktarx iwassal għal aktar deterjorament tas-sitwazzjoni diġà prekarja tal-industrija tal-Unjoni li tista’ tpoġġi fid-dubju l-vijabbiltà tal-produzzjoni ta’ pjanċi tqal, b’telf konsegwenti ta’ impjiegi u sorsi alternattivi ta’ provvista fl-Unjoni.

(267)

L-interess tal-industrija tal-Unjoni huwa li s-suq ikun regolat minn kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi u ġusti. Jekk il-miżuri jinżammu, huwa mistenni li bl-irkupru tas-suq wara l-pandemija, l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi żżid il-prezzijiet tagħha, il-volum tal-produzzjoni u l-bejgħ, u gradwalment terġa’ tibda tagħmel profitt.

(268)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żamma tal-miżuri fis-seħħ kontra r-RPĊ tkun b’mod ċar fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

7.2.   Interess tal-importaturi u tan-negozjanti mhux relatati

(269)

L-ebda importatur jew negozjant mhux relatat ma ppreżenta tweġiba għall-kwestjonarju rilevanti tal-Kummissjoni.

(270)

Primex, importatur ta’ pjanċi tqal li jopponi l-estensjoni tal-miżuri, għamlet sottomissjoni fil-bidu, iżda ma għamlet l-ebda kumment dwar l-interess ta’ importaturi u negozjanti mhux relatati.

(271)

Fl-investigazzjoni oriġinali, ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri mhux se jkollha effetti sostanzjalment negattivi fuq l-interess tal-importaturi tal-Unjoni. Dan kien dovut għall-fatt li l-pjanċi tqal ammontaw għal 20 % jew inqas tan-negozju tal-importaturi li kkooperaw, u minħabba l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-importaturi jinnegozjaw prodotti minn diversi sorsi, inkluża l-industrija tal-Unjoni.

(272)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li, li kieku l-miżuri kellhom jinżammu, l-impatt fuq l-importaturi u n-negozjanti mhux relatati x’aktarx li ma jkunx sinifikanti.

7.3.   Interess tal-utenti

(273)

Tliet utenti kkooperaw fl-investigazzjoni u wieġbu, tal-anqas parzjalment, għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni. Europipe GmbH (“Europipe”) iddikjarat li tkun favur iż-żamma tal-miżuri. Madankollu, dan l-utent huwa l-proprjetà ta’ żewġ produtturi tal-Unjoni u l-pożizzjoni tiegħu ma tistax titqies bħala rappreżentattiva tal-interess tal-utenti.

(274)

Iż-żewġ utenti l-oħra, Vestas Wind Systems A/S (“Vestas”) u Astilleros Gondán S.A. (“Gondán”), iddikjaraw li jkunu kontra ż-żamma tal-miżuri.

(275)

Vestas, li hija attiva fil-kostruzzjoni tat-turbini eoliċi, iddikjarat li l-prodott taħt rieżami kien jikkostitwixxi sehem sinifikanti mill-kost tal-prodotti finali tagħha. Għalkemm iddikjarat li kienet xtrat pjanċi tqal esklużivament mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, hija sostniet li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq l-attivitajiet tagħha. Madankollu, dan l-utent naqas milli jipprovdi informazzjoni li tkun rilevanti għall-verifika ta’ din l-affermazzjoni.

(276)

Biex jiġi vvalutat l-impatt possibbli li l-estensjoni tal-miżuri jista’ jkollha fuq dan l-utent, u b’mod aktar ġenerali fuq in-negozju tal-installazzjonijiet eoliċi, il-Kummissjoni kkonsultat ukoll rapport ta’ WinEurope (73) li juri li l-industrija tal-installazzjonijiet eoliċi kibret b’mod konsistenti (+22 %) fil-perjodu mill-2018 sal-2020 minkejja s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli msemmija fil-premessa (178) u kompliet tikber fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (+17 %). It-tbassir sal-2026 jissuġġerixxi li dan in-negozju se jkompli jikber b’mod sinifikanti.

(277)

Gondán, li hija attiva fil-bini tal-bastimenti, iddikjarat li kienet xtrat ukoll esklużivament mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-kost tal-prodott taħt rieżami kien inqas minn 5 % tal-kost sħiħ tal-prodotti finali rispettivi.

(278)

Flimkien, il-konsum tal-pjanċa tqila tal-utenti li qed jagħmlu oppożizzjoni kien jirrappreżenta ħafna inqas minn 10 % tal-konsum totali tas-suq ħieles tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(279)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-impatt possibbli tal-kontinwazzjoni tal-miżuri jkun sinifikanti jew sproporzjonat fuq l-attivitajiet ta’ dawn l-utenti.

(280)

Vestas, is-CISA u Primex argumentaw li l-kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping ma tkunx fl-interess tal-Unjoni, b’mod partikolari meta wieħed iqis l-impatt fuq il-provvista ta’ pjanċi tqal tal-gwerra ta’ aggressjoni mhux ipprovokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna mill-24 ta’ Frar 2022 u s-sanzjonijiet sussegwenti imposti fuq ir-Russja u l-Belarussja. Skont dawn il-partijiet, dawn l-iżviluppi rriżultaw fil-waqfien tal-importazzjonijiet ta’ pjanċi tqal li joriġinaw mir-Russja u mill-Belarussja, u f’restrizzjoni sinifikanti tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna, li t-tnejn li huma mistennija li jippersistu. Skont Vestas u Primex, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni tkun ristretta wkoll, minħabba l-allegati nuqqasijiet fil-provvista ta’ ċangaturi tal-azzar, jew ta’ inputs oħrajn bħal pellets tal-mineral tal-ħadid, faħam tal-kokk, ruttam u metalli għall-illigar. Fid-dawl tat-tnaqqis fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi msemmija hawn fuq, is-CISA u Primex argumentaw li l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina jkunu jistgħu jissostitwixxu l-provvista nieqsa.

(281)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li minn Frar 2022, il-gwerra fl-Ukrajna rriżultat fi tnaqqis sinifikanti fl-importazzjonijiet mir-Russja u mill-Ukrajna, u li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li din is-sitwazzjoni se tinbidel fil-futur qrib. Madankollu, il-Kummissjoni osservat li l-importazzjonijiet mill-Ukrajna u mir-Russja fil-biċċa l-kbira ġew sostitwiti b’importazzjonijiet mill-Indja, mill-Indoneżja u mir-Repubblika tal-Korea. Barra minn hekk, kif muri fil-premessa (201), l-industrija tal-Unjoni żżomm kapaċità ta’ riżerva ta’ madwar 4 miljun tunnellata u tista’ takkomoda żidiet sinifikanti fid-domanda, filwaqt li r-restrizzjonijiet allegati fil-materja prima ma ġewx sostanzjati. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni fakkret li l-għan tal-miżuri ma huwiex li jeskludu s-suq għall-importazzjonijiet Ċiniżi, u li l-esportazzjonijiet Ċiniżi dejjem tħallew ibigħu l-pjanċi tqal tagħhom bi prezz mhux dannuż. Għalhekk, l-affermazzjonijiet dwar in-nuqqas ta’ provvista ma setgħux jiġu aċċettati.

(282)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni qieset li l-impatt fuq l-utenti tal-kontinwazzjoni tal-miżuri ma jkunx sinifikanti, b’mod partikolari meta titqies il-ħtieġa li tiġi ppreżervata l-produzzjoni ta’ pjanċa tqila fl-Unjoni.

7.4.   Fatturi oħrajn

(283)

Vestas argumentat li minħabba l-limitazzjonijiet tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni, id-domanda tas-settur eoliku tal-Unjoni għal pjanċi tqal, u b’mod partikolari għal pjanċi tal-azzar ta’ daqs kbir, ma setgħetx tiġi ssodisfata jekk il-miżuri jinżammu. Skont Vestas, dan ikollu impatt ukoll fuq il-penetrazzjoni ulterjuri tar-riħ fit-taħlita tal-enerġija, u b’riżultat ta’ dan, fuq il-kapaċità tal-Unjoni li tilħaq il-miri tagħha għall-enerġija rinnovabbli u għat-tnaqqis tas-CO2.

(284)

Il-Kummissjoni nnotat li Vestas ma ssostanzjatx l-allegati limitazzjonijiet tal-kapaċità għat-tip partikolari ta’ pjanċi tqal. Barra minn hekk, kif ġie nnotat fil-premessa (281), l-industrija tal-Unjoni żżomm kapaċità ta’ riżerva li tista’ takkomoda żidiet sinifikanti fid-domanda, u l-produzzjoni tagħha hija kkomplementata minn importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ma hemm l-ebda evidenza li ż-żamma tal-miżuri tillimita sostanzjalment l-iżvilupp tas-settur tar-riħ.

(285)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni għandha pjanijiet ambizzjużi għal investimenti fil-produzzjoni tal-azzar “aktar ekoloġika”, inkluża tranżizzjoni minn fran tal-blast tradizzjonali għal fran bl-ark elettriku. Investimenti bħal dawn huma mistennija li jkollhom kontribut sinifikanti għall-miri tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju. Madankollu, dawn jimmaterjalizzaw biss jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profittabbiltà adegwata, li prerekwiżit għaliha hija ż-żamma tal-miżuri.

(286)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni qieset li, kollox ma’ kollox, il-kontinwazzjoni tal-miżuri ma jkollhiex effett negattiv fuq il-miri ambjentali tal-Unjoni.

7.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(287)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi tqal li joriġinaw mir-RPĊ.

Kummenti wara d-divulgazzjoni

(288)

Fil-kummenti tiegħu wara d-divulgazzjoni finali, l-applikant qabel mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, u qal li t-tkomplija tal-miżuri tkun ta’ benefiċċju għas-suq kollu tal-Unjoni filwaqt li tiżgura provvista domestika sigura u stabbli ta’ pjanċi tqal u tippermetti t-tranżizzjoni kontinwa lejn il-produzzjoni tal-azzar ekoloġiku u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

(289)

B’kuntrast ma’ dan, is-CISA sostniet li l-kunsiderazzjonijiet tal-interess tal-Unjoni jeħtieġu l-iskadenza tal-miżuri inkwistjoni minħabba r-raġunijiet li ġejjin: (1) id-defiċit potenzjali tal-importazzjonijiet wara l-ħruġ de facto tar-Russja u tal-Ukrajna mis-suq tal-UE u ż-żamma ta’ miżuri ta’ salvagwardja tal-azzar, (2) il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri tal-UE propost u (3) ir-riskji ta’ reċessjoni ekonomika marbuta ma’ rati għoljin ta’ inflazzjoni fl-UE.

(290)

Fir-rigward tad-defiċit potenzjali tal-importazzjonijiet, is-CISA tenniet il-fehma tagħha li l-waqfien tal-importazzjonijiet mir-Russja u l-Ukrajna joħloq nuqqas ta’ provvista. Sabiex issostni t-talba tagħha, hija ppreżentat artiklu (74) rilevanti ppubblikat minn analista tas-suq.

(291)

Il-Kummissjoni nnotat li l-informazzjoni pprovduta mis-CISA tikkonferma l-konklużjoni li l-importazzjonijiet mill-Ukrajna u mir-Russja fil-biċċa l-kbira ġew sostitwiti b’importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, inklużi l-Indja u l-Indoneżja. Meta jitqies ukoll il-fatt li ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni affidabbli mis-CISA rigward l-evoluzzjoni tad-domanda tal-Unjoni jew dwar il-produzzjoni ta’ pjanċi tqal mill-produtturi tal-Unjoni, tqies li l-affermazzjonijiet rigward l-eżistenza ta’ defiċit ma kinux sostanzjati u ma setgħux ikunu kkunsidrati.

(292)

Fir-rigward tal-Mekkaniżmu tal-UE ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (Carbon Border Adjustment Mechanism, CBAM), is-CISA affermat li, jekk jiġi adottat u applikat f’konformità mal-ftehim proviżorju rilevanti bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill (75), dan se jimponi kostijiet addizzjonali sinifikanti, u għalhekk, se jiskoraġġixxi l-importazzjonijiet ta’ pjanċi tqal, inkluż b’mod partikolari l-importazzjonijiet miċ-Ċina, mill-Indja, mir-Russja u mit-Turkija.

(293)

Kif irrikonoxxiet is-CISA nnifisha, is-CBAM ma kellu l-ebda effett matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami minħabba li kien għadu proposta leġiżlattiva. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni fakkret li l-għan tal-mekkaniżmu propost huwa li jipprevjeni r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, jinkoraġġixxi produzzjoni industrijali aktar nadifa f’pajjiżi mhux tal-UE, u jiżgura prezz ġust fuq il-karbonju emess matul il-produzzjoni ta’ għadd limitat ta’ oġġetti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija li jkunu qed jidħlu fl-UE. Għalhekk, l-objettivi segwiti mis-CBAM huma kompletament konformi mal-interess tal-Unjoni biex tfittex li tilħaq l-għanijiet ambjentali tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li kwalunkwe impatt possibbli tas-CBAM fuq l-importazzjonijiet ta’ pjanċi tqal miċ-Ċina, mill-Indja, mir-Russja u mit-Turkija jkun jiddependi fuq il-livell ta’ dekarbonizzazzjoni fil-proċess tal-produzzjoni ta’ dawn il-pajjiżi, li għadu kmieni wisq biex jiġi vvalutat f’dan l-istadju. Il-Kummissjoni se tipproċedi f’dan ir-rigward għal rieżami tal-impatt tas-CBAM fi tmiem il-perjodu tranżizzjonali ta’ implimentazzjoni (Diċembru 2025) biex taġġusta l-applikazzjoni tiegħu fejn meħtieġ qabel id-dħul fis-seħħ sħiħ tas-sistema definittiva f’Jannar 2026. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-affermazzjoni kienet irrifjutata.

(294)

Fir-rigward tal-inflazzjoni, is-CISA sostniet li fid-dawl tal-livelli bla preċedent esperjenzati fl-Unjoni fl-2022, iż-żieda fil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat tpoġġi f’riskju l-vijabbiltà tal-proġetti ta’ infrastruttura u tipperikola t-tkabbir tal-PDG fl-Istati Membri tal-UE.

(295)

Il-Kummissjoni fakkret li l-għan tal-miżuri kien li jiġu żgurati kundizzjonijiet tas-suq ġusti fl-Unjoni, u nnotat li ambjent ekonomiku li fih il-kost tal-inputs jiżdied b’mod sinifikanti, waqt li l-produtturi ma jitħallewx jaġġustaw il-prezzijiet tagħhom skont dan minħabba l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, ma jwassalx għal tkabbir ekonomiku u jhedded il-vijabbiltà tal-industrija.

(296)

Fil-konklużjoni, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha li ma hemm l-ebda raġuni konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi tqal li joriġinaw mir-RPĊ.

8.   AFFERMAZZJONIJIET BIEX IL-MIŻURI JIĠU SOSPIŻI

(297)

Is-CISA affermat li l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni tal-miżuri anti-dumping kurrenti f’konformità mal-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku, ġew issodisfati. Is-CISA affermat li ż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku msemmi hawn fuq huma ssodisfati. Is-CISA allegat li l-kundizzjonijiet tas-suq inbidlu temporanjament b’tali mod li d-dannu ma jkunx probabbli li jkompli jew iseħħ bħala riżultat tas-sospensjoni. B’dik il-fehma, is-CISA rreferiet għall-aspettattivi tat-tkabbir tal-industrija downstream tal-Unjoni u l-iskarsezza dejjem akbar fis-suq tal-Unjoni, l-irkupru ekonomiku mistenni fil-perjodu ta’ wara l-COVID, iż-żidiet fil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat, it-tnaqqis mistenni fil-volum tal-importazzjonijiet mir-Russja u mill-Ukrajna u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni biex jiġu sospiżi d-dazji anti-dumping definittivi imposti fuq prodotti tal-aluminju llaminati ċatti mir-RPĊ.

(298)

Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni tas-CISA, peress li ma kinitx issostanzjata. Is-CISA ma ssottomettiet l-ebda informazzjoni sabiex tissostanzja jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku humiex qed jiġu ssodisfati u li l-miżuri anti-dumping kurrenti jenħtieġ li jiġu sospiżi.

9.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(299)

Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping fuq pjanċi tqal li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jenħtieġ li jinżammu.

(300)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(301)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, ikunu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(302)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/rati tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(303)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jiġi manifatturat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali.

(304)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (76). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(305)

Jenħtieġ li esportaturi jew produtturi li ma esportawx il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu użat biex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju li huwa applikabbli bħalissa għall-esportazzjonijiet tagħhom ikunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni sabiex ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tilqa’ talba bħal din dment li jiġu ssodisfati tliet kundizzjonijiet. Il-produttur esportatur il-ġdid ikollu juri li: (i) ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu li ntuża biex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju applikabbli għall-esportazzjonijiet tiegħu; (ii) ma huwiex relatat ma’ kumpanija li għamlet dan u li għalhekk hija soġġetta għad-dazji anti-dumping; u (iii) esporta l-prodott ikkonċernat wara dan jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jagħmel dan fi kwantitajiet sostanzjali.

(306)

Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jippreżentaw osservazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni.

(307)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (77), meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jenħtieġ li jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(308)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 (78), il-Kummissjoni imponiet miżura ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ ċerti prodotti tal-azzar għal perjodu ta’ tliet snin. Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1029 (79), il-miżura ta’ salvagwardja ġiet estiża sat-30 ta’ Ġunju 2024. Il-prodott taħt rieżami huwa waħda mill-kategoriji ta’ prodotti koperti mill-miżura ta’ salvagwardja. Konsegwentement, ladarba jinqabżu l-kwoti tariffarji stabbiliti taħt il-miżura ta’ salvagwardja, kemm id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota kif ukoll id-dazju anti-dumping isiru pagabbli fuq l-istess importazzjonijiet. Peress li din l-akkumulazzjoni ta’ miżuri anti-dumping ma’ miżuri ta’ salvagwardja tista’ twassal għal effett fuq il-kummerċ akbar milli mixtieq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipprevjeni l-applikazzjoni simultanja tad-dazju anti-dumping mad-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota għall-prodott taħt rieżami għad-durata tal-impożizzjoni tad-dazju ta’ salvagwardja.

(309)

Dan ifisser li meta d-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 isir applikabbli għall-prodott taħt rieżami, id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 għandu jinġabar flimkien mad-differenza bejn dak id-dazju u d-dazji anti-dumping ogħla imposti skont dan ir-Regolament. Il-parti tal-ammont ta’ dazji anti-dumping mhux miġbura għandha tiġi sospiża.

(310)

Il-miżuri previsti f’dan ir-regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’prodotti ċatti ta’ azzar illigat jew mhux illigat (minbarra l-azzar inossidabbli, l-azzar tas-siliċju elettriku, l-azzar tal-għodda u l-azzar b’veloċità għolja), illaminati bis-sħana, mhux imlibbsa, ibbanjati jew miksija, mhux f’koljaturi, ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew aktar jew ta’ ħxuna ta’ 4,75 mm jew aktar iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 2 050 mm jew aktar, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7208 51 20, ex 7208 51 91, ex 7208 51 98, ex 7208 52 91, ex 7208 90 20, ex 7208 90 80, 7225 40 40, ex 7225 40 60 u ex 7225 99 00 (kodiċijiet TARIC: 7208512010, 7208519110, 7208519810, 7208529110, 7208902010, 7208908020, 7225406010, u 7225990045) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:

Kumpanija

Dazju anti-dumping

Kodiċi addizzjonali TARIC

Nanjing Iron and Steel Co., Ltd

73,1 %

C143

Minmetals Yingkou Medium Plate Co., Ltd

65,1 %

C144

Wuyang Iron and Steel Co., Ltd u Wuyang New Heavy & Wide Steel Plate Co., Ltd

73,7 %

C145

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness

70,6 %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

73,7 %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ biex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.    4. L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat biex iżid produtturi esportaturi ġodda mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jagħmilhom soġġetti għar-rata ta’ dazju anti-dumping medja ponderata xierqa għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li huwa:

(a)

ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2015 (il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali);

(b)

ma huwiex relatat ma’ esportatur jew ma’ produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u

(c)

jew effettivament esporta l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Fejn id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159 isir applikabbli għal prodotti ċatti ta’ azzar illigat jew mhux illigat (minbarra l-azzar inossidabbli, l-azzar tas-siliċju elettriku, l-azzar tal-għodda u l-azzar b’veloċità għolja), illaminati bis-sħana, mhux imlibbsa, ibbanjati jew miksija, mhux f’koljaturi, ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew aktar jew ta’ ħxuna ta’ 4,75 mm jew aktar iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 2 050 mm jew aktar, id-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159 għandu jinġabar flimkien mad-differenza bejn dak id-dazju u d-dazju anti-dumping ogħla stabbilit fl-Artikolu 1(2).

2.   Il-parti tal-ammont ta’ dazju anti-dumping li ma tinġabarx skont il-paragrafu 1 għandha tiġi sospiża.

3.   Is-sospensjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu limitati fiż-żmien għall-perjodu tal-applikazzjoni tad-dazju tariffarju ’l fuq mill-kwota msemmi fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) 2019/159.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)   ĠU L 83, 27.3.2015, p. 11.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/336 tas-27 ta’ Frar 2017 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ċerta pjanċa tqila tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 50, 28.2.2017, p. 18).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1382 tat-2 ta’ Settembru 2019 li jemenda ċerti Regolamenti li jimponu miżuri anti-dumping jew antisussidji fuq ċerti prodotti tal-azzar soġġetti għal miżuri ta’ salvagwardja (ĠU L 227, 3.9.2019, p. 1).

(5)  L-Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping (ĠU C 209, 2.6.2021, p. 24).

(6)  In-Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ċerta pjanċa tqila tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 89, 25.2.2022, p. 3).

(7)  Ara s-sentenza tal-11 ta’ Lulju 2017, Viraj Profiles Ltd, T-67/14, ECLI:EU:T:2017:481, il-punti 98-99.

(8)  Ara s-sentenza tal-15 ta’ Diċembru 2016, Gul Ahmed Textile Mills Ltd, T-199/04 RENV ECLI:EU:T:2016:740, il-punt 92.

(9)   Idem. il-punt 94.

(10)  Sors : Talba għal Sors (t22.001107) il-paġna 7 u https://www.argusmedia.com/en/news/2021033-brazil-renews-antidumping-duties-on-plate-imports

(11)  Kodiċijiet tal-merkanzija b’10 ċifri.

(12)  Ara l-Artikolu LXIV, it-Taqsima 2 tal-14-il FYP

(13)  Ara t-Taqsima VIII tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima

(14)  https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2583

(15)  http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm

(16)  https://www.crugroup.com CRU International Limited, Steel Plate Market Outlook (Nov. 2021)

(17)  https://www.metalsconsultinginternational.com Sors: James F. King (Metals Consulting International Limited)

(18)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1777 tas-6 ta’ Ottubru 2016 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq importazzjonijiet ta’ ċerta pjanċa tqila tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 272, 7.10.2016, p. 5).

(19)  IMF, World Economic Outlook, id-19 ta’ Ottubru 2022 https://www.imf.org/-/media/Files/Publications/WEO/2022/October/English/text.ashx (aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2022)

(20)  OECD, Steel Market Developments, Q2 2022, 70 (2022) https://www.oecd.org/industry/ind/steel-market-developments-Q2-2022.pdf (aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2022).

(21)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/58 tal-14 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar elettriku bis-siliċju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mill-Ġappun, mir-Repubblika tal-Korea, mill-Federazzjoni Russa u mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 10, 17.1.2022, p. 17).

(22)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/434 tal-15 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/159 li jimponi miżura ta’ salvagwardja definittiva kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 88, 16.3.2022, p. 181).

(23)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/978 tat-23 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżura ta’ salvagwardja definittiva kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 167, 24.6.2022, p. 58).

(24)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068 tas-26 ta’ Ottubru 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 149); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 36, 17.2.2022, p. 1); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95 tal-24 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar ikkonsenjati mit-Tajwan, mill-Indoneżja, mis-Sri Lanka u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 16, 25.1.2022, p. 36); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 tal-15 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti torrijiet tar-riħ tal-azzar fuq skala utilitarja li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 450, 16.12.2021, p. 59); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 tas-16 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi wweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju li joriġinaw mill-Belarussja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 145).

(25)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 80; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 208; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95, il-premessa 59; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239, il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635, il-premessi 149-150.

(26)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (64); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 192, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95 il-premessa 46, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 115-118

(27)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (66); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 il-premessi 193-4, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95 il-premessa 47, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 119-122. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal ewlieni tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw kanal importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-anqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u biex isegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(28)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (68); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 il-premessi 195-201, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95, il-premessi 48-52, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239, il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635, il-premessi 123-129.

(29)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (74); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 202, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 53, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239, il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635, il-premessi 130-133.

(30)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (75); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 203, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95, il-premessa 54, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239, il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635, il-premessi 134-135.

(31)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2068, il-premessa (76); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191, il-premessa 204, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 55, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239, il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635, il-premessi 136-145.

(32)  Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni SWD(2017) 483 final/2, 20. 12. 2017, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2017)483&lang=mt

(33)  Id-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, “China’s Status as a non-market economy”, A-570053, is-26 ta’ Ottubru 2017, p. 196; Non-Oriented Electrical Steel from the People’s Republic of China: Final Results of the Expedited First Sunset Review of the Countervailing Duty Order, 85 Fed. Reg. 11339 (is-27 ta’ Frar 2020); Countervailing Duty Investigation of Certain Corrosion-Resistant Steel Products from the People’s Republic of China: Final Affirmative Determination, 81 Fed. Reg. 35308 (it-2 ta’Ġunju 2016).

(34)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/687 tat-2 ta’ Mejju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 116, 3.5.2019, p. 5); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 tas-7 ta’ April 2020 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 110, 8.4.2020, p. 3); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/58.

(35)  Ara: https://www.miit.gov.cn/jgsj/ycls/gzdt/art/2020/art_8fc2875eb24744f591bfd946c126561f.html (aċċessat fil-21 ta’ Novembru 2022).

(36)  Ara t-Taqsima IV, is-Sottotaqsima 3 tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima

(37)  Ara t-Taqsima II, is-Sottotaqsima 1 tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tar-Ruttam tal-Metall

(38)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tliet Snin tal-Provinċja ta’ Hebei dwar l-Iżvilupp tal-Cluster fil-Katina tal-Industrija tal-Azzar, il-Kapitolu I, it-Taqsima 3; disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20200717/1089773.shtml (aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2022).

(39)  Ara l-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3; disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20211210/1192881.shtml (aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2022).

(40)  Il-Pjan ta’ Ħidma tal-Provinċja ta’ Jiangsu għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tas-Settur tal-Azzar u l-Ottimizzazzjoni tat-Tqassim għall-2019-2025; disponibbli fuq: http://www.jiangsu.gov.cn/art/2019/5/5/art_46144_8322422.html (aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2022).

(41)  L-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Shandong dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Azzar; Is-sommarju huwa disponibbli fuq: http://www.cbmf.org/cbmf/xgxy/gt79/7120947/index.html (aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2022).

(42)  Il-Pjan ta’ Azzjoni għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar għall-2020 tal-Provinċja ta’ Shanxi; disponibbli fuq: http://gxt.shanxi.gov.cn/zfxxgk/zfxxgkml/cl/202110/t20211018_2708031.shtml (aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2022).

(43)  L-14-il FYP tal-Muniċipalità ta’ Liaoning Dalian dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Manifattura: “ Sal-2025, il-valur tal-output industrijali ta’ materjali ġodda se jilħaq 15-il miljun CNY, u l-livell ta’ tagħmir u l-kapaċità ta’ garanzija tal-materjali ewlenin huwa ovvjament imtejjeb.”; disponibbli fuq: https://www.dl.gov.cn/art/2021/12/20/art_854_1995411.html (aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2022).

(44)  Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Provinċja ta’ Zhejiang biex Jitrawwem Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Azzar: “ Trawwem fużjonijiet u riorganizzazzjoni tal-intrapriżi, taċċellera l-proċess ta’ konċentrazzjoni, tnaqqas in-numru ta’ intrapriżi tat-tidwib tal-azzar għal madwar għaxar intrapriżi ”; disponibbli fuq: https://www.dl.gov.cn/art/2021/12/20/art_854_1995411.html (aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2022).

(45)  Ara s-sit web tal-grupp, disponibbli fuq: http://www.ansteel.cn/about/jituangaoguan/ (aċċessat fil-21 ta’ Novembru 2022).

(46)  Ara s-sit web tal-kumpanija, disponibbli fuq: https://www.baosteel.com/about/manager (aċċessat fil-21 ta’ Novembru 2022).

(47)  Ara fuq http://www.ansteel.cn/news/xinwenzixun/2021-07-23/0a6a300e05b3e89e7da1fccf2b1c8e77.html (aċċessat fil-21 ta’ Novembru 2022).

(48)  Ara fuq http://www.ansteel.cn/news/xinwenzixun/2021-04-06/19759181c95ff4e85e2b378a1369fb17.html (aċċessat fil-21 ta’ Novembru 2022).

(49)  Ara s-sit web tal-grupp, disponibbli fuq: http://www.baowugroup.com/party_building/overview (aċċessat fil-21 ta’ Novembru 2022).

(50)  Ir-Rapport, il-Parti III, il-Kapitolu 14, p. 346 ff.

(51)  Ara l-14-il Pjan ta’ 5 Snin tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali u l-Objettivi fit-Tul għall-2035, il-Parti III, l-Artikolu VIII, disponibbli fuq: https://cset.georgetown.edu/publication/china-14th-five-year-plan/ (aċċessat fis-7 ta’ Settembru 2022).

(52)  Ara b’mod partikolari t-Taqsimiet I u II tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima.

(53)  Ara l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, p. 22.

(54)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni għall-2022 dwar il-Ħadid u l-Azzar 1+3 tal-Muniċipalità Hebei Tangshan, il-Kapitolu 4, it-Taqsima 2; disponibbli fuq: http://www.chinaisa.org.cn/gxportal/xfgl/portal/content.html?articleId=e2bb5519aa49b566863081d57aea9dfdd59e1a4f482bb7acd243e3ae7657c70b&columnId=3683d857cc4577e4cb75f76522b7b82cda039ef70be46ee37f9385ed3198f68a (aċċessat fit-23 ta’ Novembru 2022)

(55)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635, il-premessi 134-135 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/508, il-premessi 143-144.

(56)  Id-Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(57)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami.

(58)  https://sideraconsult.com/gerdau-initiates-production-of-heavy-plates/

(59)  Dawn il-pajjiżi huma elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).

(*1)  Il-valur tal-parametri referenzjarji għall-materja prima huwa kemxejn differenti mill-valur ta’ dawn il-parametri referenzjarji fin-Nota minħabba żball klerikali (fin-Nota, il-valur ta’ dawn il-parametri referenzjarji ġie kkalkolat ħażin abbażi tal-volum tal-importazzjonijiet għall-ewwel kwart tal-2021 biss minflok għall-2021 kollu).

(60)  Ir-Regolament (UE) 2015/755. L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw biex ikun determinat il-valur normali.

(61)  https://www.ilo.org/ilostat

(62)  https://www.cemig.com.br/

(63)  http://www.gasmig.com.br

(64)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/802 tal-20 ta’ Mejju 2022 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar miksija bil-kromu elettrolitiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Brażil (ĠU L 143, 23.5.2022, p. 11)

(65)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/58.

(66)  https://www.in.gov.br/web/dou/-/portaria-n-4.434-de-1-de-outubro-de-2019-219471875

(67)  Ara http://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021-04/28/content_5603588.htm u http://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021-07/29/content_5628266.htm, it-tnejn bil-lingwa Ċiniża biss.

(68)  http://i-tip.wto.org/goods/Forms/MemberView.aspx?mode=modify&action=search

(69)  https://www.trade-remedies.service.gov.uk/public/case/TD0014/submission/882d267b-8cbc-48bd-bceb-059a615a0779/

(70)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1998 tal-20 ta’ Settembru 2022 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 282, 31.10.2022, p. 1)

(71)  Ara pereżempju diversi gradi ta’ azzar tal-għodda mhux illigat deskritti fl-Anness C tal-istandard EN ISO 4957

(72)  Appellate Body Report, United States — Anti-Dumping Measures on Certain Hot-Rolled Steel Products from Japan, DS 184, il-paragrafu 193.

(73)  https://windeurope.org/intelligence-platform/product/wind-energy-in-europe-2021-statistics-and-the-outlook-for-2022-2026/

(74)  European steel plate market: Effects from Russia’s war in Ukraine one year on - Fastmarkets (https://www.fastmarkets.com/insights/european-steel-plate-market-one-year-russias-war-in-ukraine) – aċċessat l-aħħar fil-21 ta’ Marzu 2023.

(75)  https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/ip_22_7719

(76)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.

(77)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(78)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27).

(79)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1029 tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 biex jestendi l-miżura ta’ salvagwardja fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 225l, 25.6.2021, p. 1).


ANNESS

Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:

Isem

Belt

Kodiċi addizzjonali TARIC

Angang Steel Company Limited

Anshan, Liaoning

C150

Inner Mongolia Baotou Steel Union Co., Ltd.

Baotou, Mongolja Interna

C151

Zhangjiagang Shajing Heavy Plate Co., Ltd.

Zhangjiagang, Jiangsu

C146

Jiangsu Tiangong Tools Company Limited

Danyang, Jiangsu

C155

Jiangyin Xingcheng Special Steel Works Co., Ltd

Jiangyin, Jiangsu

C147

Laiwu Steel Yinshan Section Co., Ltd

Laiwu, Shandong

C154

Nanyang Hanye Special Steel Co., Ltd

Xixia, Henan

C152

Qinhuangdao Shouqin Metal Materials Co., Ltd

Qinhuangdao, Hebei

C153

Shandong Iron & Steel Co., Ltd, Jinan Company

Jinan, Shandong

C149

Wuhan Iron and Steel Co., Ltd

Wuhan, Hubei

C156

Xinyu Iron & Steel Co., Ltd

Xinyu, Jiangxi

C148


Top