This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0957
Regulation (EU) 2023/957 of the European Parliament and of the Council of 10 May 2023 amending Regulation (EU) 2015/757 in order to provide for the inclusion of maritime transport activities in the EU Emissions Trading System and for the monitoring, reporting and verification of emissions of additional greenhouse gases and emissions from additional ship types (Text with EEA relevance)
Regolament (UE) 2023/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 sabiex tiġi prevista l-inklużjoni tal-attivitajiet tat-trasport marittimu fis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet u għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra addizzjonali u emissjonijiet minn tipi ta’ bastimenti addizzjonali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament (UE) 2023/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 sabiex tiġi prevista l-inklużjoni tal-attivitajiet tat-trasport marittimu fis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet u għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra addizzjonali u emissjonijiet minn tipi ta’ bastimenti addizzjonali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
PE/10/2023/REV/1
ĠU L 130, 16.5.2023, pp. 105–114
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
16.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 130/105 |
REGOLAMENT (UE) 2023/957 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-10 ta’ Mejju 2023
li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 sabiex tiġi prevista l-inklużjoni tal-attivitajiet tat-trasport marittimu fis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet u għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra addizzjonali u emissjonijiet minn tipi ta’ bastimenti addizzjonali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta’ Pariġi (4), adottat fit-12 ta’ Diċembru 2015 fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) (il-“Ftehim ta’ Pariġi”), daħal fis-seħħ fl-4 ta’ Novembru 2016. Il-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali. Dak l-impenn issaħħaħ bl-adozzjoni, fl-ambitu tal-UNFCCC, tal-Patt Klimatiku ta’ Glasgow fit-13 ta’ Novembru 2021, li fih il-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi, tirrikonoxxi li l-impatti tat-tibdil fil-klima se jkunu ħafna aktar baxxi b’żieda fit-temperatura ta’ 1,5 °C, meta mqabbla ma’ 2 °C, u tiddeċiedi li twettaq sforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5 °C. |
|
(2) |
L-urġenza tal-ħtieġa li l-għan tal-Ftehim ta’ Pariġi ta’ 1,5 °C jibqa’ ħaj saret aktar sinifikanti wara s-sejbiet tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima fis-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tiegħu li t-tisħin globali jista’ jiġi limitat għal 1,5 °C biss jekk isir minnufih tnaqqis qawwi u sostnut tal-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra f’dan id-deċennju. |
|
(3) |
L-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi huma fil-qalba tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (il-“Patt Ekoloġiku Ewropew”). |
|
(4) |
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jgħaqqad sett komprensiv ta’ miżuri u inizjattivi ta’ tisħiħ reċiproku bl-għan li, sal-2050, tinkiseb in-newtralità klimatika fl-Unjoni, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta’ tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f’soċjetà ġusta u prospera, b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Huwa għandu wkoll l-għan li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Din it-tranżizzjoni taffettwa b’mod differenti lill-ħaddiema minn diversi setturi. Fl-istess waqt, dik it-tranżizzjoni għandha aspetti ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri kif ukoll impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati u vulnerabbli, bħall-persuni akbar fl-età, il-persuni b’diżabbiltà, il-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju u l-individwi u l-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u medju-baxx. Timponi wkoll sfidi akbar fuq ċerti reġjuni, b’mod partikolari r-reġjuni strutturalment żvantaġġati u dawk periferiċi, kif ukoll fuq il-gżejjer. Għalhekk, irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura. |
|
(5) |
In-neċessità u l-valur li jitwettaq il-Patt Ekoloġiku Ewropew komplew jikbru fid-dawl tal-effetti severi ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa, il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol u l-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni. Dawk l-effetti wrew li s-soċjetà tagħna u l-ekonomija tagħna jeħtieġ li jtejbu r-reżiljenza tagħhom fir-rigward tax-xokkijiet esterni u jaġixxu kmieni biex jevitaw jew itaffu l-effetti tax-xokkijiet esterni b’mod li jkun ġust u li jwassal biex ħadd ma jitħalla jibqa’ lura, inklużi dawk fir-riskju tal-faqar enerġetiku. Iċ-ċittadini Ewropej qed ikomplu jesprimu fehmiet qawwija li dan japplika b’mod partikolari għat-tibdil fil-klima. |
|
(6) |
Fil-kontribut aġġornat stabbilit fil-livell nazzjonali ppreżentat lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-17 ta’ Diċembru 2020, l-Unjoni impenjat ruħha li, sal-2030, tnaqqas l-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni b’mill-inqas 55 % meta nmqabbla mal-livelli tal-1990. |
|
(7) |
Permezz tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-Unjoni stabbiliet fil-leġiżlazzjoni l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sa mhux aktar tard mill-2050 u l-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi wara dik id-data. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll objettiv vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis intern tal-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta’ mill-inqas 55 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990, sal-2030, u jipprevedi li l-Kummissjoni obbligata li tagħmel l-almu tagħha biex tallinja l-abbozzi futuri kollha ta’ miżuri jew il-proposti leġiżlattivi futuri kollha, inklużi l-proposti baġitarji, mal-objettivi ta’ dak ir-Regolament u, fi kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ allinjament, tagħti r-raġunijiet għal tali nuqqas ta’ allinjament bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja dawk il-proposti. |
|
(8) |
Is-setturi kollha tal-ekonomija jeħtieġ li jikkontribwixxu biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1119. Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għalhekk qed tiġi emendata biex tinkludi attivitajiet tat-trasport marittimu fis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) sabiex jiġi żgurat li dawk l-attivitajiet jikkontribwixxu s-sehem ġust tagħhom għall-objettivi miżjuda tal-Unjoni dwar il-klima kif ukoll għall-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi. Għalhekk, jeħtieġ ukoll li r-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jiġi emendat biex titqies l-inklużjoni ta’ attivitajiet tat-trasport marittimu fl-EU ETS. |
|
(9) |
Barra minn hekk, sabiex jitqiesu l-objettivi miżjuda tal-Unjoni dwar il-klima kif ukoll l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/757 jenħtieġ li jiġi emendat. Sistema robusta ta’ monitoraġġ, rappurtar u verifika hija prerekwiżit għal kwalunkwe miżura bbażata fuq is-suq, standard ta’ effiċjenza jew kwalunkwe miżura relevanti oħra, kemm jekk applikati fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell globali. Filwaqt li l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu, l-emissjonijiet tal-metan (CH4) u tal-ossidu nitruż (N2O) jirrappreżentaw sehem rilevanti ta’ tali emissjonijiet. L-inklużjoni tal-emissjonijiet tas-CH4 u tal-N2O fir-Regolament (UE) 2015/757 tkun ta’ benefiċċju għall-integrità ambjentali u biex tinċentiva l-prattiki tajba, u jenħtieġ li tapplika mill-2024. Il-bastimenti tal-merkanzija ġenerali ta’ tunnellaġġ gross inqas minn 5 000 iżda mhux inqas minn 400 jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-bastimenti tal-merkanzija ġenerali kollha. Sabiex tiżdied l-effettività ambjentali tas-sistema ta’ monitoraġġ, rappurtar u verifika, jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u jitnaqqas ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni, il-bastimenti tal-merkanzija ġenerali ta’ tunnellaġġ gross inqas minn 5 000 iżda mhux inqas minn 400 jenħtieġ li jiġu inklużi fir-Regolament (UE) 2015/757 mill-2025. Il-bastimenti offshore jemettu sehem rilevanti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Għalhekk, jenħtieġ li dak ir-Regolament japplika wkoll għall-bastimenti offshore ta’ tunnellaġġ gross ta’ 400 jew aktar mill-2025. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta qabel il-31 ta’ Diċembru 2024 jekk tipi addizzjonali ta’ bastimenti ta’ tunnellaġġ gross inqas minn 5 000 iżda mhux inqas minn 400 għandhomx jiġu inklużi fir-Regolament (UE) 2015/757. |
|
(10) |
Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2015/757 jiġi emendat biex jobbliga lill-kumpaniji jirrapportaw id-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji u jippreżentaw tali data lill-awtorità amministrattiva responsabbli u jippreżentaw għall-approvazzjoni ta’ dik l-awtorità l-pjanijiet ta’ monitoraġġ ivverifikati tagħhom. Meta jwettaq verifika fil-livell tal-kumpaniji, jenħtieġ li l-verifikatur ma jivverifikax ir-rapporti dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-bastimenti jew ir-rapporti fil-livell tal-bastimenti li għandhom jiġu ppreżentati fejn ikun hemm bidla tal-kumpanija, billi dawk ir-rapporti fil-livell tal-bastimenti jkunu diġà ġew ivverifikati. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza fl-amministrazzjoni u l-infurzar, jenħtieġ li l-entità responsabbli għall-konformità mar-Regolament (UE) 2015/757 tkun l-istess bħall-entità responsabbli għall-konformità mad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(11) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv tal-EU ETS fil-livell amministrattiv u biex titqies l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ CH4 u N2O, kif ukoll l-inklużjoni ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn bastimenti offshore, fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/757, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-metodi u r-regoli ta’ monitoraġġ u r-regoli ta’ rappurtar għall-emissjonijiet koperti mir-Regolament (UE) 2015/757, kif ukoll għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra stabbilita f’dak ir-Regolament, ir-regoli għall-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ, u l-bidliet tagħhom mill-awtoritajiet amministrattivi responsabbli, ir-regoli għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-preżentazzjoni ta’ data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji u r-regoli għall-verifika tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji u dwar il-ħruġ ta’ rapporti ta’ verifika fir-rigward tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (8). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
|
(12) |
Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jipprevedi regoli ta’ monitoraġġ, rappurtar u verifika li huma meħtieġa għal estensjoni tal-EU ETS għall-attivitajiet tat-trasport marittimu u li jipprevedi l-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra addizzjonali u emissjonijiet minn tipi ta’ bastimenti addizzjonali ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
|
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2015/757 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) 2015/757
Ir-Regolament (UE) 2015/757 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE”; |
|
(2) |
tul ir-Regolament kollu, ħlief fl-Artikolu 2, l-Artikolu 5(2), u l-Artikolu 21(5) u l-Annessi I u II, it-terminu “CO2” huwa sostitwit b’“gass serra” u ssir kwalunkwe bidla grammatikali meħtieġa; |
|
(3) |
l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika preċiżi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ informazzjoni oħra rilevanti minn bastimenti li jaslu jew ikunu f’portijiet, jew jitilqu minn portijiet, taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, sabiex jippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu b’mod kosteffiċjenti.” |
|
(4) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti ta’ tunnellaġġ gross ta’ 5 000 jew aktar fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rilaxxati matul il-vjaġġi tagħhom għat-trasport għal finijiet kummerċjali ta’ merkanzija jew passiġġieri mill-aħħar port ta’ waqfa ta’ tali bastimenti sa port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u minn port ta’ waqfa li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għal port ta’ waqfa li jmiss tagħhom, kif ukoll f’portijiet ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. 1a. Mill-1 ta’ Jannar 2025, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-bastimenti tal-merkanzija ġenerali ta’ tunnellaġġ gross inqas minn 5 000 iżda mhux inqas minn 400 fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rilaxxati matul il-vjaġġi tagħhom għat-trasport ta’ merkanzija għal finijiet kummerċjali mill-aħħar port ta’ waqfa tagħhom sa port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, u minn port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għal port ta’ waqfa li jmiss tagħhom, kif ukoll f’portijiet ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, u għal bastimenti offshore ta’ tunnellaġġ gross inqas minn 5 000 iżda mhux inqas minn 400 fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rilaxxati matul il-vjaġġi tagħhom mill-aħħar port ta’ waqfa tagħhom sa port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u minn port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għal port ta’ waqfa li jmiss tagħhom, kif ukoll f’portijiet ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. 1b. Mill-1 ta’ Jannar 2025, dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti offshore ta’ tunnellaġġ gross ta’ 5 000 jew aktar fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rilaxxati matul il-vjaġġi tagħhom mill-aħħar port ta’ waqfa tagħhom sal- port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u minn port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għal port ta’ waqfa li jmiss tagħhom, kif ukoll f’portijiet ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. 1c. Il-gassijiet serra koperti minn dan ir-Regolament huma:
Meta dan ir-Regolament jirreferi għall-emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra jew gassijiet serra aggregati totali emessi, għandu jinftiehem li jirreferi għall-ammonti aggregati totali ta’ kull gass separatament.” |
|
(5) |
l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu li ġej: “8. Il-kumpaniji għandhom jirrapportaw id-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji tal-bastimenti taħt ir-responsabbiltà tagħhom matul perjodu ta’ rappurtar skont l-Artikolu 11a.” |
|
(7) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament biex temenda l-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament, sabiex tqis l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ CH4 u N2O, kif ukoll l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn bastimenti offshore, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u l-emendi għad-Direttiva 2003/87/KE, kif ukoll biex tallinja dawk l-Annessi mal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 14(1) ta’ dik id-Direttiva, bir-regoli internazzjonali rilevanti, u bl-istandards internazzjonali u Ewropej. Il-Kummissjoni għandha wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament biex temenda l-Annessi I u II għal dan ir-Regolament sabiex tirfina l-elementi tal-metodi ta’ monitoraġġ stabbiliti fihom, fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi, u sabiex tiżgura t-tħaddim effettiv tas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) stabbilita skont id-Direttiva 2003/87/KE. Sal-1 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati sabiex tqis l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ CH4 u N2O, kif ukoll l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn bastimenti offshore, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Il-metodi għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ CH4 u N2O għandhom ikunu bbażati fuq l-istess prinċipji bħall-metodi għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 kif stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, bi kwalunkwe aġġustament meħtieġ biex jirrifletti n-natura tal-gassijiet serra rilevanti. Il-metodi stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament u r-regoli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandhom, fejn xieraq, jiġu allinjati mal-metodi u r-regoli stabbiliti f’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE.” |
|
(8) |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
fl-Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, jiżdied il-punt li ġej:
|
|
(11) |
l-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 11a Ir-rappurtar u l-preżentazzjoni tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji 1. Il-kumpaniji għandhom jiddeterminaw id-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji matul perjodu ta’ rappurtar, abbażi tad-data tar-rapport dwar l-emissjonijiet u tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 11(2) għal kull bastiment li kien taħt ir-responsabbiltà tagħhom matul il-perjodu ta’ rappurtar, f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. 2. Mill-2025, il-kumpaniji għandhom jippreżentaw lill-awtorità amministrattiva responsabbli, sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, id-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji li tkopri l-emissjonijiet fil-perjodu ta’ rappurtar tas-sena ta’ qabel li għandu jiġi rrapportat skont id-Direttiva 2003/87/KE b’rabta mal-attivitajiet tat-trasport marittimu, f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, u li ġew vverifikati f’konformità mal-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament. 3. L-awtorità amministrattiva responsabbli tista’ titlob lill-kumpaniji jippreżentaw id-data aggregata u vverifikata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 sa data aktar kmieni mill-31 ta’ Marzu, iżda mhux aktar kmieni mit-28 ta’ Frar. 4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 biex tissupplimenta dan ir-Regolament bir-regoli għall-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji u għall-preżentazzjoni tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji lill-awtorità amministrattiva responsabbli.” |
|
(13) |
l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
|
(15) |
l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
|
(16) |
fl-Artikolu 15, jiżdied il-paragrafu li ġej: “6. Fir-rigward tal-verifika tad-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji, il-verifikatur u l-kumpanija għandhom jikkonformaw mar-regoli ta’ verifika stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 13(6). Il-verifikatur ma għandux jivverifika r-rapport dwar l-emissjonijiet u r-rapport imsemmi fl-Artikolu 11(2) ta’ kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tal-kumpanija.” |
|
(17) |
fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-verifikaturi li jivvalutaw il-pjanijiet ta’ monitoraġġ, ir-rapporti dwar l-emissjonijiet, ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-Regolament u d-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji, u li joħorġu r-rapporti ta’ verifika msemmija fl-Artikolu 13(3) u (5) ta’ dan ir-Regolament u d-dokumenti ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu akkreditati għal attivitajiet fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament minn korp nazzjonali ta’ akkreditament skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.” |
|
(18) |
l-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
|
|
(19) |
l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
|
|
(20) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 22a Rieżami Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2024, tirrevedi dan ir-Regolament, filwaqt li tqis b’mod partikolari l-esperjenza ulterjuri miksuba fl-implimentazzjoni tiegħu, fost oħrajn, bil-għan li tinkludi l-bastimenti ta’ tunnellaġġ gross inqas minn 5 000 iżda mhux inqas minn 400 fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament bil-ħsieb ta’ inklużjoni sussegwenti possibbli ta’ tali bastimenti fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE jew li tipproponi miżuri oħra biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn tali bastimenti. Dak ir-rieżami għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament.” |
|
(21) |
l-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-5 ta’ Ġunju 2023. Madankollu, l-Artikolu 1, il-punt (5)(a) u l-punt (5)(b), ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-Artikolu 3, il-punti (b), (d) u (m), tar-Regolament (UE) 2015/757, għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, l-10 ta’ Mejju 2023.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
J. ROSWALL
(1) ĠU C 152, 6.4.2022, p. 175.
(2) ĠU C 301, 5.8.2022, p. 116.
(3) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2023 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2023.
(4) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
(5) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(6) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(7) Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55).