Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0334

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/334 tat-2 ta’ Frar 2023 li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-klotijanidin u t-tijametossam f’ċerti prodotti jew fuqhom (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2023/214

    ĠU L 47, 15.2.2023, p. 29–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/334/oj

    15.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 47/29


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/334

    tat-2 ta’ Frar 2023

    li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-klotijanidin u t-tijametossam f’ċerti prodotti jew fuqhom

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a), l-Artikolu 18(1)(b) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-livelli massimi tar-residwi (MRLs) għall-klotijanidin u t-tijametossam ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) irrieżaminat dawn l-MRLs f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2) u rrakkomandat MRLs li nstabu li kienu sikuri għall-konsumaturi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/156 (3) inkluda dawn l-MRLs fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Uħud minn dawn l-MRLs kienu bbażati fuq il-limiti massimi tar-residwi tal-Codex (CXLs) u diġà ġew inklużi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 permezz ta’ emendi preċedenti (4).

    (2)

    Fil-11 ta’ Lulju 2015 (5), il-Kummissjoni Codex Alimentarius (CAC) adottat sett ġdid ta’ CXLs għall-klotijanidin u t-tijametossam. Peress li l-Awtorità sabet li kienu sikuri għall-konsumaturi fl-Unjoni (6), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/671 (7) inkludihom fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

    (3)

    Il-klotijanidin u t-tijametossam ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (8) fl-1 ta’ Awwissu 2006 u fl-1 ta’ Frar 2007, rispettivament, u għalhekk, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). L-aktar valutazzjonijiet tar-riskju reċenti (10) (11) għan-naħal mill-esponiment għal dawn is-sustanzi mwettqa mill-Awtorità skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, sabu li minħabba l-proprjetajiet intrinsiċi tagħhom, l-esponiment mill-użu fil-beraħ tal-klotijanidin u t-tijametossam wassal għal riskji inaċċettabbli għan-naħal, u dawn ir-riskji ma setgħux jiġu esklużi abbażi tad-data disponibbli. Għalhekk, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/784 (12) u (UE) 2018/785 (13) irrestrinġew l-approvazzjoni tal-klotijanidin u tat-tijametossam rispettivament, għall-użi f’serer permanenti biss u kienu jirrikjedu li l-għelejjel li jirriżultaw jibqgħu f’serra permanenti tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom.

    (4)

    Wara l-adozzjoni ta’ dawn ir-restrizzjonijiet, ġew irtirati l-applikazzjonijiet kollha għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi klotijanidin u tijametossam. Għalhekk, l-approvazzjoni tal-klotijanidin skadiet fil-31 ta’ Jannar 2019 u l-approvazzjoni tat-tijametossam skadiet fit-30 ta’ April 2019.

    (5)

    Fid-dawl tal-valutazzjoni tar-riskju tal-Awtorità rigward in-naħal u l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli, bħalissa m’hemm l-ebda evidenza li tippermetti li xi użu fil-beraħ tal-klotijanidin u t-tijametossam jitqies bħala sikur għan-naħal. Madankollu, fi kwalunkwe waqt, il-produtturi tas-sustanzi jistgħu jippreżentaw informazzjoni addizzjonali, kif previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, li turi li l-użi fil-beraħ tal-klotijanidin u t-tijametossam huma sikuri għan-naħal. Jekk tiġi ppreżentata, dik l-informazzjoni tiġi rieżaminata fil-perjodu ta’ żmien previst f’dak ir-Regolament. S’issa ma ġiet ippreżentata l-ebda informazzjoni ta’ dan it-tip.

    (6)

    L-effetti negattivi tal-klotijanidin u t-tijametossam fuq in-naħal huma marbuta direttament mal-proprjetajiet intrinsiċi ta’ dawk is-sustanzi. Għalhekk, ir-riskji għan-naħal mill-użi fil-beraħ ta’ dawn is-sustanzi x’aktarx li ma jkunux limitati għall-Unjoni.

    (7)

    Hemm korp sostanzjali ta’ evidenza li turi li s-sustanzi attivi li huma neonikotinojdi, bħall-klotijanidin u t-tijametossam, għandhom rwol importanti fit-tnaqqis tan-naħal u ta’ dakkara oħra fid-dinja kollha. Fir-rapport tal-valutazzjoni tagħha tal-2016 (14), il-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi dwar id-dakkara, id-dakkir u l-produzzjoni tal-ikel, ikkonkludiet li n-neonikotinojdi (bħall-klotijanidin u t-tijametossam) għandhom effetti negattivi fuq in-naħal u dakkara oħra. L-impatt tan-neonikotinojdi fuq il-ħajja selvaġġa ilu vvalutat mit-Task Force dwar il-Pestiċidi Sistemiċi tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) mill-2012. Il-Valutazzjoni Integrata fid-Dinja kollha tal-Impatt tal-Pestiċidi Sistemiċi fuq il-Bijodiversità u l-Ekosistemi (WIA) eżaminat 1 121 studju xjentifiku u r-riżultati jindikaw li l-popolazzjonijiet tad-dakkara huma vulnerabbli ħafna għal-livelli eżistenti ta’ tniġġis bin-neonikotinojdi u x’aktarx ikollhom firxa wiesgħa ta’ impatti bijoloġiċi u ekoloġiċi negattivi fuq skala kbira (15). Rieżami reċenti tal-għarfien xjentifiku eżistenti kkorrobora din il-konklużjoni li tindika li l-użu tan-neonikotinojdi qed iwassal għat-tnaqqis fil-popolazzjoni tad-dakkara f’reġjuni differenti tad-dinja (16).

    (8)

    Mindu daħlet fis-seħħ il-projbizzjoni fuq l-użi fil-beraħ tal-klotijanidin u t-tijamettosam fl-Unjoni, diversi pajjiżi barra l-Unjoni rrestrinġew ukoll l-użu tal-klotijanidin u t-tijametossam biex jipproteġu d-dakkara, inkluż in-naħal (17) (18) (19). Pajjiżi oħra bħalissa qed jevalwaw mill-ġdid l-approvazzjoni tagħhom ta’ dawn is-sustanzi attivi (20) (21) (22).

    (9)

    Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 f’konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 (23) jistabbilixxi dispożizzjonijiet relatati mal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u l-għalf li joriġina mill-pjanti u mill-annimali jew fuqhom. F’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament imsemmi l-aħħar, il-liġi dwar l-ikel għandha ssegwi wieħed mill-objettivi ġenerali jew aktar ta’ livell għoli tal-protezzjoni tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem u l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi, inkluż prattiki ġusti fil-kummerċ tal-ikel, filwaqt li fejn xieraq, titqies il-protezzjoni tas-saħħa u l-benessri tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-ambjent.

    (10)

    Qed jiżdied it-tħassib fid-dinja kollha li t-tnaqqis tad-dakkara huwa theddida serja għall-bijodiversità globali, l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli, kif ukoll għaż-żamma tal-produttività agrikola u s-sigurtà tal-ikel. Skont l-Inizjattiva Internazzjonali għall-Konservazzjoni u l-Użu Sostenibbli tad-Dakkara (24), tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, id-dakkir huwa wieħed mill-aktar mekkaniżmi importanti fil-manutenzjoni u l-promozzjoni tal-bijodiversità u, b’mod ġenerali, tal-ħajja fid-dinja. Ħafna ekosistemi, inkluż l-agroekosistemi u żewġ terzi tal-għelejjel tal-ikel ewlenin jiddependu fuq id-dakkara għall-kwalità jew għar-rendiment. L-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) tappella għal azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-ixprunaturi tat-tnaqqis tad-dakkara għall-fini tal-produzzjoni globali sostenibbli tal-ikel (25). Il-frott, il-ħaxix, il-ġewż u ż-żrieragħ, li huma dipendenti ħafna fuq id-dakkir, huma l-kontributuri djetetiċi ewlenin tal-mikronutrijenti meħtieġa biex jiġi evitat ir-riskju ta’ xi mard mhux komunikabbli fil-bnedmin (26) (27). Għalhekk, id-dakkara huma importanti biex tiġi żgurata d-diversità fid-dieta u biex titnaqqas it-theddida għall-bijodiversità fl-ambjent globali.

    (11)

    Peress li t-tnaqqis fid-dakkara huwa kwistjoni ta’ tħassib internazzjonali, il-miżuri tal-Unjoni jeħtieġ li jiġu adottati biex jipproteġu l-popolazzjonijiet tad-dakkara fid-dinja kollha, inkluż in-naħal, mir-riskji tas-sustanzi attivi, bħan-neonikotinojdi klotijanidin u tijametossam. Il-preżervazzjoni tal-popolazzjoni tad-dakkara fl-Unjoni biss ma tkunx biżżejjed biex treġġa’ lura t-tnaqqis dinji fil-popolazzjonijiet tad-dakkara u l-effetti tiegħu fuq il-bijodiversità, il-produzzjoni agrikola u s-sigurtà tal-ikel, anki fl-Unjoni.

    (12)

    F’konformità mal-Artikolu 3(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, l-MRLs għall-klotijanidin u t-tijametossam kienu bbażati fuq il-Prattiki Agrikoli Tajbin (GAPs) kif definiti fl-Artikolu 3(2)(a) ta’ dak ir-Regolament, li b’mod partikolari qies l-effiċjenza fil-ġlieda kontra l-pesti tal-pjanti, u l-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa pubblika fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni tal-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi. L-MRLs li jirriżultaw minn dawn il-GAPs tqiesu sussegwentement u nstabu sikuri għall-konsumaturi fl-Unjoni. Issa jixraq li r-rispons regolatorju s’issa jiġi kkomplementat billi fih jiġu integrati aħjar il-kunsiderazzjonijiet ambjentali li jqisu b’mod partikolari jekk il-GAPs użati fil-passat għall-istabbiliment tal-MRLs jiżgurawx biżżejjed protezzjoni tal-ambjent, abbażi tal-għarfien attwali. Il-GAPs li jinvolvu l-użi fil-beraħ tal-klotijanidin u t-tijametossam mhumiex aċċettabbli, fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, minħabba l-effetti tagħhom fuq in-naħal. Minħabba n-natura globali tat-tnaqqis fid-dakkara, hemm il-ħtieġa li jiġi żgurat li anki l-komoditajiet importati fl-Unjoni ma jkunx fihom residwi li jirriżultaw mill-GAPs ibbażati fuq l-użi fil-beraħ tal-klotijanidin u/jew tat-tijametossam, sabiex jiġi evitat it-trasferiment tal-effetti negattivi fuq in-naħal mill-produzzjoni tal-ikel fl-Unjoni għall-produzzjoni tal-ikel f’partijiet oħra fid-dinja li wara jiġi importat lejn l-Unjoni (28). Dan huwa xieraq biex jiġi żgurat li l-prodotti kollha prodotti jew ikkonsmati fl-Unjoni jkunu ħielsa mill-klotijanidin u mit-tijametossam u l-produzzjoni ma tkunx assoċjata mal-mortalità tad-dakkara. Fid-dawl ta’ dan, is-CXLs ibbażati fuq il-GAPs li ma jiksbux il-livell xieraq tal-protezzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li ma jibqgħux jiġu previsti bħala MRLs skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

    (13)

    Barra minn hekk, l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-klotijanidin u/jew it-tijametossam fl-Unjoni ġew irrevokati. Għalhekk jixraq li jitħassru l-MRLs korrispondenti stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament flimkien mal-Artikolu 14(1)(a).

    (14)

    Għalhekk, filwaqt li jitqiesu l-fatturi kollha rilevanti għall-kwistjoni f’konformità mal-Artikolu 14(2), moqri fid-dawl tal-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jirrikjedi li “il-ħtiġijiet għall-ħarsien tal-ambjent għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, partikolarment bl-għan li jinkoraġġixxu żvilupp sostenibbli”, l-MRLs kollha attwali għall-klotijanidin u/jew għat-tijametossam kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jitnaqqsu għal-Limitu ta’ Determinazzjoni (LODs).

    (15)

    Il-Kummissjoni kkonsultat lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar l-LODs speċifiċi għal kull prodott li jistgħu jinkisbu b’mod analitiku. Dawk l-LODs jenħtieġ li jiġu elenkati fl-Anness V f’konformità mal-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

    (16)

    Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u tqiesu l-kummenti tagħhom.

    (17)

    Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

    (18)

    Sabiex il-prodotti jkunu jistgħu jiġu kummerċjalizzati, ipproċessati u kkunsmati b’mod normali, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li jkunu ġew prodotti fl-Unjoni jew importati fiha qabel il-modifika tal-MRLs u li għalihom l-informazzjoni turi li għat-tali prodotti li jikkonformaw mal-MRLs eżistenti, inżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi.

    (19)

    Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-operaturi fil-pajjiżi terzi, speċjalment fil-pajjiżi l-anqas żviluppati u f’dawk li qed jiżviluppaw, u l-operaturi tan-negozju tal-ikel, ikunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. Dan l-adattament tal-prattiki agrikoli jista’ jkun raġonevolment mistenni li jinkiseb wara mill-inqas żewġ staġuni ta’ tkabbir.

    (20)

    Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-kummerċ internazzjonali, l-applikazzjonijiet għat-tolleranzi għall-importazzjoni fir-rigward tal-klotijanidin jew it-tijametossam jistgħu jiġu ppreżentati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 u jenħtieġ li jipprovdu l-informazzjoni rilevanti biex juru li l-GAPs li japplikaw għall-użi speċifiċi tas-sustanzi attivi huma sikuri għad-dakkara. Jekk tiġi ppreżentata, dik l-informazzjoni tiġi vvalutata abbażi ta’ każ b’każ fil-perjodu ta’ żmien previst f’dak ir-Regolament. Fil-kuntest tal-valutazzjoni ta’ talba għal tolleranza għall-importazzjoni, jekk applikant jipprovdi evidenza xjentifika li dak l-użu ta’ dawn in-neonikotinojdi ma jkollux impatt negattiv fuq id-dakkara, u jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha, tolleranza tal-importazzjoni tista’ tiġi stabbilita mill-Kummissjoni.

    (21)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li ġew prodotti fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel il-7 ta’ Marzu 2026.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-7 ta’ Marzu 2026.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

    (2)  EFSA (Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2014. Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels (MRLs) for clothianidin and thiamethoxam according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2014;12(12):3918, 120 pp. doi:10.2903/j.efsa.2014.3918.

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/156 tat-18 ta’ Jannar 2016 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għall-boskalid, il-klotijanidin, it-tijametossam, il-folpet u t-tolklofos-metil f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 31 6.2.2016, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 441/2012 tal- 24 ta’ Mejju 2012 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għal bifenażat, bifentrina, boskalid, kadusafos, klorantraniliprol, klorotalonil, klotijanidin, ċiprokonażol, deltametrina, dikamba, difenokonażol, dinokap, etossażol, fenpirossimat, flubendiammid, fludiossonil, glifosat, metalaksil-M, meptildinokap, novaluron, tijametossam, u triażofos f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 135, 25.5.2012, p. 4).

    (5)  Il-programm konġunt tal-FAO u tal-WHO dwar l-istandards tal-ikel tal-Kummissjoni Codex Alimentarius. L-Appendiċijiet III u IV. It-38 Sessjoni. Ġinevra, l-Iżvizzera, mis-6 sal-11 ta’ Lulju 2015.

    (6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Scientific support for preparing an EU position in the 47th Session of the Codex Committee on Pesticide Residues (CCPR). EFSA Journal 2015;13(7):4208 178 pp.. doi: 10.2903/j.efsa.2015.4208.

    (7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/671 tas-7 ta’ April 2017 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-klotijanidin u t-tijametossam f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 97, 8.4.2017, p. 9).

    (8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

    (9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

    (10)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Peer review of the pesticide risk assessment for bees for the active substance clothianidin considering the uses as seed treatments and granules. EFSA Journal 2018;16(2):5177.

    (11)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Peer review of the pesticide risk assessment for bees for the active substance thiamethoxam considering the uses as seed treatments and granules. EFSA Journal 2018;16(2):5179.

    (12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/784 tad-29 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva klotijanidin (ĠU L 132, 30.5.2018, p. 35).

    (13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/785 tad-29 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva tijametossam (ĠU L 132, 30.5.2018, p. 40).

    (14)  IPBES (2016). The assessment report of the Intergovernmental Science-Policy Platform on Biodiversity and Ecosystem Services on pollinators, pollination and food production. S.G. Potts, V. L. Imperatriz-Fonseca, u H. T. Ngo (eds). Segretarjat tal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi, Bonn, il-Ġermanja. 552 paġna. https://doi.org/10.5281/zenodo.3402856

    (15)  IUCN SSC CEM Task Force on Systemic Pesticides. Worldwide Integrated Assessment. Peer reviewed scientific journal articles compiled in Environmental Science and Pollution Research” volum 22, ħarġa 1, Jannar 2015.

    (16)  Neonic Insecticides and Invertebrate Species Endangerment, Pierre Mineau. Module in Earth Systems and Environmental Sciences. 2021.

    https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/B9780128211397001264

    (17)  Health Kanada’s Pest Management Regulatory Agency. Re-evaluation Decision RVD2019-05, Clothianidin and Its Associated End-use Products: Pollinator Re-evaluation. Pest Management Regulatory Agency, il-11 ta’ April 2019 ISSN: 1925-0886.

    (18)  Health Kanada’s Pest Management Regulatory Agency. Re-evaluation Decision RVD2019-04,. Thiamethoxam and Its Associated End-use Products: Pollinator Re-evaluation. Pest Management Regulatory Agency, il-11 ta’ April 2019 ISSN: 1925-0886.

    (19)  Ministerio de Ganadería, Agricultura y Pesca de Paraguay. Resolución N° 503/019 DGSA Modificación de etiquetas para los Productos Fitosanitarios a base de los ingredientes activos Clotianidina, Imidacloprid, Tiametoxan y Clorpirifos. Diċembru 2019.

    (20)  Australian Pesticides and Veterinary Medicines Authority. Reconsideration of Neonicotinoid Approvals and Registrations. Commonwealth of Awstralja Gazette No. APVMA 23, Novembru 2019. https://apvma.gov.au/sites/default/files/apvma_gazette_23_19_november_2019.pdf

    (21)  New Zealand Environmental Protection Authority. Application to decide whether there are grounds for reassessment of the neonicotinoids clothianidin, thiamethoxam, imidacloprid, thiacloprid, and acetamiprid (APP203949). Diċembru 2019. https://www.epa.govt.nz/assets/FileAPI/hsno-ar/APP203949/APP203949_Final_Neonicotinoids_Decision_16-12-2019.pdf

    (22)  United States Environmental Protection Agency. Proposed Interim Registration Review Decision, Numri tal-każ 7620 u 7614. Numri tad-Dokumenti EPA-HQ-OPP-2011-0865 u EPA-HQ-OPP-2011-0581. Jannar 2020.

    (23)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

    (24)  https://www.cbd.int/doc/decisions/cop-14/cop-14-dec-06-en.pdf

    (25)  FAO. 2019. The State of the World’s Biodiversity for Food and Agriculture, J. Bélanger & D. Pilling (eds.). FAO Commission on Genetic Resources for Food and Agriculture Assessments. Ruma. 572 pp. https://www.fao.org/3/CA3129EN/CA3129EN.pdf

    (26)  Effects of decreases of animal pollinators on human nutrition and global health: a modelling analysis. MR Smith, GM Singh, D Mozaffarian, SS Myers. The Lancet 386, Ħarġa 10007; 2015. doi: 10.1016/S0140-6736(15)61085-6.

    (27)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer. COM (2021) 44. https://eur-lex.europa.eu/legal-content/mt/TXT/?uri=COM%3A2021%3A44%3AFIN

    (28)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent. COM (2020) 381. https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52020DC0381


    ANNESS

    L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:

    (1)

    fl-Anness II il-kolonni għall-klotijanidin u t-tijametossam jitħassru.

    (2)

    fl-Anness V il-kolonni għall-klotijanidin u t-tijametossam jiżdiedu:

    "Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)

    Numru tal-kodiċi

    Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs  (1)

    Klotijanidin

    Tijametossam

    (1)

    (2)

    (3)

    (4)

    0100000

    FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    0110000

    Frott taċ-ċitru

     

     

    0110010

    Grejpfrut

     

     

    0110020

    Larinġ

     

     

    0110030

    Lumi

     

     

    0110040

    Xkomp

     

     

    0110050

    Mandolin

     

     

    0110990

    Oħrajn (2)

     

     

    0120000

    Ġewż tas-siġar

     

     

    0120010

    Lewż

     

     

    0120020

    Ġewż tal-Brażil

     

     

    0120030

    Ġewż tal-anakardju

     

     

    0120040

    Qastan

     

     

    0120050

    Ġewż tal-Indi

     

     

    0120060

    Ġellewż

     

     

    0120070

    Macadamia

     

     

    0120080

    Ġewż Amerikan

     

     

    0120090

    Qlub tal-ġewż tal-arżnu

     

     

    0120100

    Pistaċċi

     

     

    0120110

    Ġewż

     

     

    0120990

    Oħrajn (2)

     

     

    0130000

    Pomu

     

     

    0130010

    Tuffieħ

     

     

    0130020

    Lanġas

     

     

    0130030

    Sfarġel

     

     

    0130040

    Naspli

     

     

    0130050

    Naspli tal-Ġappun

     

     

    0130990

    Oħrajn (2)

     

     

    0140000

    Frott tal-għadma

     

     

    0140010

    Berquq

     

     

    0140020

    Ċiras (ħelu)

     

     

    0140030

    Ħawħ

     

     

    0140040

    Għanbaqar

     

     

    0140990

    Oħrajn (2)

     

     

    0150000

    Kukku u frott żgħir ieħor

     

     

    0151000

    (a)

    għeneb

     

     

    0151010

    Għeneb tal-mejda

     

     

    0151020

    Għeneb għall-inbid

     

     

    0152000

    (b)

    frawli

     

     

    0153000

    (c)

    frott tal-kannamiela

     

     

    0153010

    Tut

     

     

    0153020

    Tut salvaġġ

     

     

    0153030

    Lampun (aħmar u isfar)

     

     

    0153990

    Oħrajn (2)

     

     

    0154000

    (d)

    frott żgħir u kukku oħrajn

     

     

    0154010

    Mirtill

     

     

    0154020

    Cranberries

     

     

    0154030

    Ribes (ħamra, sewda u bajda)

     

     

    0154040

    Ribes bix-xewk (ħodor, ħomor u sofor)

     

     

    0154050

    Warda skoċċiża

     

     

    0154060

    Ċawsli (iswed u abjad)

     

     

    0154070

    Għanżalor/naspli tal-Mediterran

     

     

    0154080

    Frott tas-sebuqa

     

     

    0154990

    Oħrajn (2)

     

     

    0160000

    Frott ta' diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

     

     

    0161000

    (a)

    b’qoxra li tittiekel

     

     

    0161010

    Tamal

     

     

    0161020

    Tin

     

     

    0161030

    Żebbuġ tal-mejda

     

     

    0161040

    Larinġ tal-qsari

     

     

    0161050

    Karambola

     

     

    0161060

    Kaki

     

     

    0161070

    Għanbaqar ta' Ġava

     

     

    0161990

    Oħrajn (2)

     

     

    0162000

    (b)

    b’qoxra li ma tittikilx, u żgħir

     

     

    0162010

    Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar, isfar)

     

     

    0162020

    Liċċi

     

     

    0162030

    Frott tal-passjoni

     

     

    0162040

    Bajtar tax-xewk

     

     

    0162050

    Tuffieħ stilla

     

     

    0162060

    Frott tal-kaki tal-Virġinja

     

     

    0162990

    Oħrajn (2)

     

     

    0163000

    (c)

    b’qoxra li ma tittikilx, u kbir

     

     

    0163010

    Avokado

     

     

    0163020

    Banana

     

     

    0163030

    Mango

     

     

    0163040

    Papaja

     

     

    0163050

    Rummien

     

     

    0163060

    Ċerimoja

     

     

    0163070

    Gwava

     

     

    0163080

    Ananas

     

     

    0163090

    Frotta tas-siġra tal-ħobż

     

     

    0163100

    Durian

     

     

    0163110

    Il-frotta tal-annona

     

     

    0163990

    Oħrajn (2)

     

     

    0200000

    ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

     

     

    0210000

    Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    0211000

    (a)

    patata

     

     

    0212000

    (b)

    ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

     

     

    0212010

    Għeruq tal-kassava

     

     

    0212020

    Patata ħelwa

     

     

    0212030

    Jammijiet

     

     

    0212040

    Ararut

     

     

    0212990

    Oħrajn (2)

     

     

    0213000

    (c)

    ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

     

     

    0213010

    Pitravi

     

     

    0213020

    Zunnarija

     

     

    0213030

    Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

     

     

    0213040

    Għeruq tal-mustarda

     

     

    0213050

    Artiċokks

     

     

    0213060

    Zunnarija bajda

     

     

    0213070

    Tursin ta' Hamburg

     

     

    0213080

    Ravanell

     

     

    0213090

    Leħjet il-bodbod

     

     

    0213100

    Swedes

     

     

    0213110

    Lift

     

     

    0213990

    Oħrajn (2)

     

     

    0220000

    Ħxejjex tal-basla

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    0220010

    Tewm

     

     

    0220020

    Basal

     

     

    0220030

    Xalotti

     

     

    0220040

    Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales

     

     

    0220990

    Oħrajn (2)

     

     

    0230000

    Ħxejjex tal-frott

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    0231000

    (a)

    Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

     

     

    0231010

    Tadam

     

     

    0231020

    Bżar ħelu

     

     

    0231030

    Brunġiel

     

     

    0231040

    Bamja

     

     

    0231990

    Oħrajn (2)

     

     

    0232000

    (b)

    kukurbiti b'qoxra li tittiekel

     

     

    0232010

    Ħjar

     

     

    0232020

    Ħjar tal-pikles

     

     

    0232030

    Zukkini

     

     

    0232990

    Oħrajn (2)

     

     

    0233000

    (c)

    kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx

     

     

    0233010

    Bettieħ

     

     

    0233020

    Qara’ aħmar

     

     

    0233030

    Dulliegħ

     

     

    0233990

    Oħrajn (2)

     

     

    0234000

    (d)

    qamħirrum ħelu

     

     

    0239000

    (e)

    ħxejjex tal-frott oħrajn

     

     

    0240000

    Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    0241000

    (a)

    Brassika li tagħmel il-fjuri

     

     

    0241010

    Brokkli

     

     

    0241020

    Pastard

     

     

    0241990

    Oħrajn (2)

     

     

    0242000

    (b)

    kaboċċi kkapoċċati

     

     

    0242010

    Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

     

     

    0242020

    Kaboċċa kkapoċċati

     

     

    0242990

    Oħrajn (2)

     

     

    0243000

    (c)

    brassika bil-weraq

     

     

    0243010

    Kaboċċi Ċiniżi

     

     

    0243020

    Kaboċċi (“kales”)

     

     

    0243990

    Oħrajn (2)

     

     

    0244000

    (d)

    ġdur

     

     

    0250000

    Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

     

     

    0251000

    (a)

    ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    0251010

    Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

     

     

    0251020

    Ħass

     

     

    0251030

    Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

     

     

    0251040

    Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

     

     

    0251050

    Krexxuni tal-art

     

     

    0251060

    Aruka

     

     

    0251070

    Mustarda ħamra

     

     

    0251080

    Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

     

     

    0251990

    Oħrajn (2)

     

     

    0252000

    (b)

    spinaċi u weraq simili

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    0252010

    Spinaċi

     

     

    0252020

    Burdlieq

     

     

    0252030

    Weraq tas-selq

     

     

    0252990

    Oħrajn (2)

     

     

    0253000

    (c)

    weraq tad-dwieli u speċijiet simili

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    0254000

    (d)

    krexxuni

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    0255000

    (e)

    ċikwejra

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    0256000

    (f)

    ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

    0,02  (*)

    0,02  (*)

    0256010

    Maxxita

     

     

    0256020

    Kurrat selvaġġ

     

     

    0256030

    Weraq tal-karfus

     

     

    0256040

    Tursin

     

     

    0256050

    Salvja

     

     

    0256060

    Klin

     

     

    0256070

    Timu

     

     

    0256080

    Ħabaq u fjuri li jittieklu

     

     

    0256090

    Weraq tar-rand

     

     

    0256100

    Stregun

     

     

    0256990

    Oħrajn (2)

     

     

    0260000

    Legumi

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    0260010

    Fażola (bl-imżiewed)

     

     

    0260020

    Fażola (bla mżiewed)

     

     

    0260030

    Piżelli (bl-imżiewed)

     

     

    0260040

    Piżelli (bla mżiewed)

     

     

    0260050

    Għads

     

     

    0260990

    Oħrajn (2)

     

     

    0270000

    Ħxejjex biz-zokk

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    0270010

    Spraġ

     

     

    0270020

    Kardun

     

     

    0270030

    Krafes

     

     

    0270040

    Bużbież ta' Firenze

     

     

    0270050

    Qaqoċċ

     

     

    0270060

    Kurrat

     

     

    0270070

    Rabarbru

     

     

    0270080

    Rimi tal-pjanta tal-bambu

     

     

    0270090

    Qlub tal-palm

     

     

    0270990

    Oħrajn (2)

     

     

    0280000

    Faqqiegħ, ħażiż u likeni

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    0280010

    Faqqiegħ ikkultivat

     

     

    0280020

    Faqqiegħ salvaġġ

     

     

    0280990

    Ħażiż u likeni

     

     

    0290000

    Alka u organiżmi prokarjoti

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    0300000

    BUS U ĦEMES

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    0300010

    Fażola

     

     

    0300020

    Għads

     

     

    0300030

    Piżelli

     

     

    0300040

    Lupini/fażola tal-lupini

     

     

    0300990

    Oħrajn (2)

     

     

    0400000

    ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    0401000

    Żrieragħ taż-żejt

     

     

    0401010

    Żerriegħa tal-kittien

     

     

    0401020

    Karawett

     

     

    0401030

    Żerriegħa tal-peprin

     

     

    0401040

    Ġulġlien

     

     

    0401050

    Żerriegħa tal-ġirasol

     

     

    0401060

    Żerriegħa tal-lift

     

     

    0401070

    Fażola tas-sojja

     

     

    0401080

    Żerriegħa tal-mustarda

     

     

    0401090

    Żerriegħa tal-qoton

     

     

    0401100

    Żerriegħa tal-qara’ aħmar

     

     

    0401110

    Żrieragħ tal-għosfor

     

     

    0401120

    Żerriegħa tal-fiddloqom

     

     

    0401130

    Żerriegħa tal-camelina sativa

     

     

    0401140

    Qannebusa

     

     

    0401150

    Fażola tar-riġnu

     

     

    0401990

    Oħrajn (2)

     

     

    0402000

    Frott taż-żejt

     

     

    0402010

    Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

     

     

    0402020

    Qlub tal-palm taż-żejt

     

     

    0402030

    Il-frott tal-palm taż-żejt

     

     

    0402040

    Kapok

     

     

    0402990

    Oħrajn (2)

     

     

    0500000

    ĊEREALI

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    0500010

    Xgħir

     

     

    0500020

    Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

     

     

    0500030

    Qamħirrum

     

     

    0500040

    Millieġ komuni

     

     

    0500050

    Ħafur

     

     

    0500060

    Ross

     

     

    0500070

    Segala

     

     

    0500080

    Sorgu

     

     

    0500090

    Qamħ

     

     

    0500990

    Oħrajn (2)

     

     

    0600000

    TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

     

     

    0610000

    Tejiet

    0,05  (*)

    0,05  (*)

    0620000

    Kafeni

    0,05  (*)

    0,05  (*)

    0630000

    Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

    0,05  (*)

    0,05  (*)

    0631000

    (a)

    mill-fjuri

     

     

    0631010

    Kamumella

     

     

    0631020

    Ibisku

     

     

    0631030

    Ward

     

     

    0631040

    Ġiżimin

     

     

    0631050

    Tilju

     

     

    0631990

    Oħrajn (2)

     

     

    0632000

    (b)

    mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

     

     

    0632010

    Frawla

     

     

    0632020

    Rooibos

     

     

    0632030

    Matè/Te tal-Paragwaj

     

     

    0632990

    Oħrajn (2)

     

     

    0633000

    (c)

    mill-għeruq

     

     

    0633010

    Valerjana

     

     

    0633020

    Ġinseng

     

     

    0633990

    Oħrajn (2)

     

     

    0639000

    (d)

    minn kull parti oħra tal-pjanta

     

     

    0640000

    Żerriegħa tal-Kawkaw

    0,02  (*)

    0,02  (*)

    0650000

    Ħarrub

    0,05  (*)

    0,05  (*)

    0700000

    ĦOPS

    0,05  (*)

    0,05  (*)

    0800000

    ĦWAWAR

     

     

    0810000

    Ħwawar taż-żerriegħa

    0,05  (*)

    0,05  (*)

    0810010

    Ħlewwa

     

     

    0810020

    Kemmun iswed

     

     

    0810030

    Karfus

     

     

    0810040

    Kosbor

     

     

    0810050

    Kemmun

     

     

    0810060

    Xibt

     

     

    0810070

    Bużbież

     

     

    0810080

    Fienu

     

     

    0810090

    Noċemuskata

     

     

    0810990

    Oħrajn (2)

     

     

    0820000

    Ħwawar tal-frott

    0,05  (*)

    0,05  (*)

    0820010

    Bżar tal-Ġamajka/piment

     

     

    0820020

    Bżar tas-Sichuan

     

     

    0820030

    Karwija

     

     

    0820040

    Kardamomu

     

     

    0820050

    Frott tal-ġnibru

     

     

    0820060

    Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

     

     

    0820070

    Vanilja

     

     

    0820080

    Tamar tal-Indja/tamarindi

     

     

    0820990

    Oħrajn (2)

     

     

    0830000

    Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

    0,05  (*)

    0,05  (*)

    0830010

    Kannella

     

     

    0830990

    Oħrajn (2)

     

     

    0840000

    Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

     

     

    0840010

    Għud is-sus

    0,05  (*)

    0,05  (*)

    0840020

    Ġinġer (10)

     

     

    0840030

    Żagħfran tal-Indja/kurkuma

    0,05  (*)

    0,05  (*)

    0840040

    Għerq tal-mustarda (11)

     

     

    0840990

    Oħrajn (2)

    0,05  (*)

    0,05  (*)

    0850000

    Ħwawar tal-blanzuni

    0,05  (*)

    0,05  (*)

    0850010

    Imsiemer tal-qronfol

     

     

    0850020

    Kappar

     

     

    0850990

    Oħrajn (2)

     

     

    0860000

    Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

    0,05  (*)

    0,05  (*)

    0860010

    Żagħfran

     

     

    0860990

    Oħrajn (2)

     

     

    0870000

    Ħwawar tal-aril

    0,05  (*)

    0,05  (*)

    0870010

    Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

     

     

    0870990

    Oħrajn (2)

     

     

    0900000

    PJANTI TAZ-ZOKKOR

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    0900010

    Pitravi ħelu

     

     

    0900020

    Kannamieli

     

     

    0900030

    Għeruq taċ-Ċikwejra

     

     

    0900990

    Oħrajn (2)

     

     

    1000000

    PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

     

     

    1010000

    Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

    0,02  (*)

    0,02  (*)

    1011000

    (a)

    mill-ħnieżer

     

     

    1011010

    Muskoli

     

     

    1011020

    Xaħam

     

     

    1011030

    Fwied

     

     

    1011040

    Kliewi

     

     

    1011050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

     

    1011990

    Oħrajn (2)

     

     

    1012000

    (b)

    mill-annimali bovini

     

     

    1012010

    Muskoli

     

     

    1012020

    Xaħam

     

     

    1012030

    Fwied

     

     

    1012040

    Kliewi

     

     

    1012050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

     

    1012990

    Oħrajn (2)

     

     

    1013000

    (c)

    min-nagħaġ

     

     

    1013010

    Muskoli

     

     

    1013020

    Xaħam

     

     

    1013030

    Fwied

     

     

    1013040

    Kliewi

     

     

    1013050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

     

    1013990

    Oħrajn (2)

     

     

    1014000

    (d)

    mill-mogħoż

     

     

    1014010

    Muskoli

     

     

    1014020

    Xaħam

     

     

    1014030

    Fwied

     

     

    1014040

    Kliewi

     

     

    1014050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

     

    1014990

    Oħrajn (2)

     

     

    1015000

    (e)

    mill-ekwini

     

     

    1015010

    Muskoli

     

     

    1015020

    Xaħam

     

     

    1015030

    Fwied

     

     

    1015040

    Kliewi

     

     

    1015050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

     

    1015990

    Oħrajn (2)

     

     

    1016000

    (f)

    mill-pollam

     

     

    1016010

    Muskoli

     

     

    1016020

    Xaħam

     

     

    1016030

    Fwied

     

     

    1016040

    Kliewi

     

     

    1016050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

     

    1016990

    Oħrajn (2)

     

     

    1017000

    (g)

    minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

     

     

    1017010

    Muskoli

     

     

    1017020

    Xaħam

     

     

    1017030

    Fwied

     

     

    1017040

    Kliewi

     

     

    1017050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

     

    1017990

    Oħrajn (2)

     

     

    1020000

    Ħalib

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    1020010

    Bhejjem tal-ifrat

     

     

    1020020

    Nagħaġ

     

     

    1020030

    Mogħoż

     

     

    1020040

    Żwiemel

     

     

    1020990

    Oħrajn (2)

     

     

    1030000

    Bajd tal-għasafar

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    1030010

    Tiġieġ

     

     

    1030020

    Papri

     

     

    1030030

    Wiżż

     

     

    1030040

    Summien

     

     

    1030990

    Oħrajn (2)

     

     

    1040000

    Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

    0,05  (*)

    0,05  (*)

    1050000

    Amfibji u Rettili

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    1060000

    Annimali terrestri invertebrati

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    1070000

    Annimali vertebrati terrestri slavaġ

    0,01  (*)

    0,01  (*)

    1100000

    PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

     

     

    1200000

    PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

     

     

    1300000

    PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

     

     


    (*)  Jindika limitu minimu ta’ kwantifikazzjoni analitika

    (1)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, jenħtieġ li ssir referenza għall-Anness I"


    Top