EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0186

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/186 tas-27 ta’ Jannar 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni

C/2023/627

ĠU L 26, 30.1.2023, p. 17–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/186/oj

30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/186

tas-27 ta’ Jannar 2023

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2325 (2) jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll rikonoxxuti għall-fini ta’ ekwivalenza, u li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f’pajjiżi terzi. Fid-dawl ta’ informazzjoni u talbiet ġodda li rċeviet il-Kummissjoni mill-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325, jenħtieġ li jsiru ċerti bidliet f’dik il-lista.

(2)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Certificadora Mexicana de productos y procesos ecológicos S.C.” biex tirtira r-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti A għar-Repubblika Dominicana, il-Gwatemala u El Salvador minħabba nuqqas ta’ operaturi.

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “EKO-CONTROL SK s.r.o.” biex tirtira r-rikonoxximent tagħha għall-pajjiżi terzi kollha li għalihom hija rikonoxxuta.

(4)

Fir-rapport annwali tagħha u wara talbiet sussegwenti, “LETIS S.A.” naqset milli tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar ir-rapport ta’ valutazzjoni maħruġ mill-korp ta’ akkreditazzjoni tagħha skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (3) dwar prodotti tal-akkwakultura u algi mhux ipproċessati li għalihom hija rikonoxxuta.

(5)

Barra minn hekk, “LETIS S.A.” ma kkomunikatx lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha relatata mad-dossier tekniku tagħha.

(6)

“LETIS S.A.” naqset ukoll milli tieħu miżuri korrettivi adegwati b’reazzjoni għal każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-produzzjoni organika osservati mill-Kummissjoni u l-ksur tagħhom. In-nuqqas ta’ konformità u l-ksur osservati jinkludu: (i) l-eżistenza ta’ diversi notifiki tal-OFIS li jinvolvu dak il-korp ta’ kontroll; u (ii) investigazzjonijiet ta’ segwitu inadegwati minn “LETIS S.A.” ta’ dawk in-notifiki tal-OFIS.

(7)

Fl-aħħar nett, wara l-awditu ta’ “LETIS S.A.” mwettaq mill-Kummissjoni fl-2021, “LETIS S.A” naqset milli turi li implimentat miżuri ta’ kontroll effettivi u msaħħa u li ħadet l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa biex tirrimedja n-nuqqasijiet identifikati mill-Kummissjoni. Dan joħloq riskju għall-konsumatur li jiġi żgwidat dwar in-natura vera tal-prodotti ċċertifikati minn “LETIS S.A.”.

(8)

Għal kull waħda mill-erba’ raġunijiet stabbiliti fil-premessi (4)-(7) hawn fuq, u f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (d)(ii), (iii), (v) u (vii) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1342 (4), jenħtieġ li “LETIS S.A.” tiġi rtirata mil-lista tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325.

(9)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/2325 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2325 tas-16 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-lista ta’ pajjiżi terzi u l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll li ġew rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni (ĠU L 465, 29.12.2021, p. 8).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1342 tas-27 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-pajjiżi terzi u mill-awtoritajiet ta’ kontroll u mill-korpi ta’ kontroll għall-finijiet tas-superviżjoni tar-rikonoxximent tagħhom skont l-Artikolu 33(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 għall-prodotti organiċi importati u l-miżuri li għandhom jittieħdu fl-eżerċizzju ta’ dik is-superviżjoni (ĠU L 292, 16.8.2021, p. 20).


ANNESS

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/2325 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-entrata għal “Certificadora Mexicana de productos y procesos ecológicos S.C.”, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

Numri tal-kodiċi, pajjiżi terzi u kategoriji ta’ prodotti kkonċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

CO-BIO-104

Il-Kolombja

x

x

DO-BIO-104

Ir-Repubblika Dominicana

GT-BIO-104

Il-Gwatemala

MX-BIO-104

Il-Messiku

x

x

x

SV-BIO-104

El Salvador

— ”

(2)

l-entrata għal “EKO-CONTROL SK s.r.o.” titħassar;

(3)

l-entrata għal “LETIS S.A.” titħassar.


Top