EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0174R(01)

Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/174 tas-26 ta’ Jannar 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 dwar iż-żieda temporanja fil-kontrolli uffiċjali u miżuri ta’ emerġenza li jirregolaw id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti minn ċerti pajjiżi terzi, u li jimplimenta r-Regolamenti (UE) 2017/625 u (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 25 tas-27 ta’ Jannar 2023)

ĠU L 30, 2.2.2023, p. 33–33 (BG, ES, CS, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 30, 2.2.2023, p. 33–34 (DA)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/174/corrigendum/2023-02-02/oj

2.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/33


Rettifika għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/174 tas-26 ta’ Jannar 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 dwar iż-żieda temporanja fil-kontrolli uffiċjali u miżuri ta’ emerġenza li jirregolaw id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti minn ċerti pajjiżi terzi, u li jimplimenta r-Regolamenti (UE) 2017/625 u (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 25 tas-27 ta’ Jannar 2023 )

F’paġna 44, l-Artikolu 1, it-test tal-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:

“(1)

L-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘Artikolu 14

Perjodu ta’ tranżizzjoni

Il-kunsinni ta’ karawett u ta’ prodotti magħmulin mill-karawett mill-Bolivja, weraq tal-curry (Bergera/Murrava koenigii) mill-Indja, ġdur (Brassica rapa ssp. rapa) mil-Libanu, żerriegħa tal-ġulġlien min-Niġerja, estratt tal-vanilla mill-Istati Uniti u okra mill-Vjetnam, li jkunu ntbagħtu mill-pajjiż ta’ oriġini, jew minn pajjiż terz ieħor jekk dak il-pajjiż ikun differenti mill-pajjiż ta’ oriġini, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/174 (*1), jistgħu jidħlu fl-Unjoni sas-16 ta’ April 2023 mingħajr ma jkunu akkumpanjati bir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżijiet u miċ-ċertifikat uffiċjali previst fl-Artikoli 10 u 11.

(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/174 tas-26 ta’ Jannar 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1793 dwar iż-żieda temporanja fil-kontrolli uffiċjali u miżuri ta’ emerġenza li jirregolaw id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti minn ċerti pajjiżi terzi, u li jimplimenta r-Regolamenti (UE) 2017/625 u (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 25, 27.1.2023, p. 36).’;”"


Top