Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0156

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/156 tat-23 ta’ Jannar 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

    ST/5061/2023/INIT

    ĠU L 22, 24.1.2023, p. 8–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/156/oj

    24.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 22/8


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/156

    tat-23 ta’ Jannar 2023

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 tal-4 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fl-4 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 101/2011.

    (2)

    Abbażi ta’ rieżami, jenħtieġ li l-informazzjoni fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament dwar id-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet u l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni tiġi emendata għal ħames persuni, u jenħtieġ li l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni tiġi aġġornata għal erba’ persuni oħra.

    (3)

    Għalhekk l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 101/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 101/2011 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BORRELL FONTELLES


    (1)  ĠU L 31, 5.2.2011, p. 1.


    ANNESS

    Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 101/2011, l-entrati li ġejjin fit-taqsima “A. Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2”, huma sostitwiti bl-entrati t’hawn taħt:

     

    Isem

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet

    “3.

    Moncef Ben Mohamed Ben Rhouma TRABELSI

    Nazzjonalità: Tuneżina

    Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija

    Data tat-twelid: 4 ta’ Marzu 1944

    Nru tal-ID: 05000799

    Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija

    Sess: raġel

    Informazzjoni oħra: mejjet, direttur maniġerjali, iben Saida DHERIF, miżżewweġ lil Yamina SOUIEI

    Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetti għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra.

    9.

    Mohamed Naceur Ben Mohamed Ben Rhouma TRABELSI

    Nazzjonalità: Tuneżina

    Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija

    Data tat-twelid: 24 ta’ Ġunju 1948

    L-aħħar indirizz magħruf: 20 rue El Achfat – Carthage – Tunis, Tunisia

    Nru tal-ID: 00104253

    Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija

    Sess: raġel

    Informazzjoni oħra: mejjet, aġent maniġer ta’ impriża agrikola, iben Saida DHERIF, miżżewweġ lil Nadia MAKNI

    Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra.

    12.

    Mohamed Adel Ben Mohamed Ben Rehouma TRABELSI

    Nazzjonalità: Tuneżina

    Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija

    Data tat-twelid: 26 ta’ April 1950

    Nru tal-ID: 00178522

    Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija

    Sess: raġel

    Informazzjoni oħra: mejjet, direttur maniġerjali, iben Saida DHERIF, miżżewweġ lil Souad BEN JEMIA

    Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra.

    13.

    Mohamed Mourad Ben Mohamed Ben Rehouma TRABELSI

    Nazzjonalità: Tuneżina

    Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija

    Data tat-twelid: 25 ta’ Settembru 1955

    L-aħħar indirizz magħruf: 20 rue Ibn Chabat – Salammbô – Carthage –Tunis, Tunisia

    Nru tal-ID: 05150331

    Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija

    Sess: raġel

    Informazzjoni oħra: mejjet, Uffiċjal kap eżekuttiv, iben Saida DHERIF, miżżewweġ lil Hela BELHAJ

    Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra.

    21.

    Houssem Ben Mohamed Naceur Ben Mohamed TRABELSI

    Nazzjonalità: Tuneżina

    Data tat-twelid: 18 ta’ Settembru 1976

    Nru tal-ID: 05412560

    Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija

    Sess: raġel

    Informazzjoni oħra: Uffiċjal kap eżekuttiv, iben Najia JERIDI

    Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra.

    35.

    Slaheddine Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI

    Nazzjonalità: Tuneżina

    Data tat-twelid: 28 ta’ Ottubru 1938

    Nru tal-ID: 02810614

    Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija

    Sess: raġel

    Informazzjoni oħra: mejjet, iben Selma HASSEN, armel ta’ Selma MANSOUR

    Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra.

    42.

    Ghazoua Bent Hamed Ben Taher BOUAOUINA

    Nazzjonalità: Tuneżina

    Post tat-twelid: Monastir

    Data tat-twelid: 30 ta’ Awwissu 1982

    Nru tal-ID: 08434380

    Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija

    Sess: mara

    Informazzjoni oħra: bint Hayet BEN ALI, miżżewġa lil Badreddine BENNOUR

    Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra, u assoċjata ma’ Hayet Ben Ali (Nru 33).

    46.

    Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI

    Nazzjonalità: Tuneżina, Franċiża

    Post tat-twelid: Pariġi, Franza

    Data tat-twelid: 27 ta’ Ottubru 1966

    Nru tal-ID: 05515496

    Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija

    Sess: raġel

    Informazzjoni oħra: mejjet, direttur ta’ kumpannija, iben Paulette HAZAT

    Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetti għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika (l-ex President Ben Ali) biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra.

    48.

    Sofiene Ben Habib Ben Haj Hamda BEN ALI

    Nazzjonalità: Tuneżina

    Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija

    Data tat-twelid: 28 ta’ Awwissu 1974

    L-aħħar indirizz magħruf: 23 rue Ali Zlitni, El Manar 2-Tunis, Tunisia

    Nru tal-ID: 04622472

    Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija

    Sess: raġel

    Informazzjoni oħra: mejjet, direttur tal-bejgħ, iben Leila DEROUICHE

    Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetti għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra.”


    Top