Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0008

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/8 tat-3 ta’ Jannar 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 21762, tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30236 u tal-Lactococcus lactis NCIMB 30117 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 868/2011, (UE) Nru 1111/2011 u (UE) Nru 227/2012 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2023/12

    ĠU L 2, 4.1.2023, p. 28–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/8/oj

    4.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 2/28


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/8

    tat-3 ta’ Jannar 2023

    dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 21762, tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30236 u tal-Lactococcus lactis NCIMB 30117 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 868/2011, (UE) Nru 1111/2011 u (UE) Nru 227/2012

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu tal-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu tal-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni.

    (2)

    Il-preparazzjonijiet tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 21762, preċedentement identifikat tassonomikament bħala Lactobacillus plantarum (DSM 21762), tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30236, preċedentement identifikat tassonomikament bħala Lactobacillus plantarum (NCIMB 30236) u tal-Lactococcus lactis NCIMB 30117 ġew awtorizzati għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2011 (2), (UE) Nru 1111/2011 (3) u (UE) Nru 227/2012 (4), rispettivament.

    (3)

    F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew ippreżentati applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 21762, tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30236 u tal-Lactococcus lactis NCIMB 30117 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, b’talba li l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”. Ma’ din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) ta’ dak ir-Regolament.

    (4)

    L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (‘l-Awtorità’) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tal-5 ta’ Mejju 2021 (5), tas-26 ta’ Jannar 2022 (6) u tat-23 ta’ Marzu 2022 (7) li l-applikanti pprovdew evidenza li l-addittivi huma konformi mal-kundizzjonijiet eżistenti tal-awtorizzazzjoni. L-Awtorità kkonkludiet li l-preparazzjonijiet tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 21762, tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30236 u tal-Lactococcus lactis NCIMB 30117 ma għandhomx effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza tal-konsumatur jew l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-Lactococcus lactis NCIMB 30117 jenħtieġ li jitqies bħala sensitizzatur respiratorju, iżda ma tista’ ssir l-ebda konklużjoni dwar is-sensitizzazzjoni tal-ġilda u l-potenzjal tiegħu li jkun irritant għall-għajnejn u għall-ġilda, filwaqt li l-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30236 jenħtieġ li jitqies bħala sensitizzatur respiratorju u tal-ġilda, iżda ma tista’ ssir l-ebda konklużjoni dwar il-potenzjal tiegħu li jkun irritant għall-ġilda u għall-għajnejn. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-Lactiplantibacillus plantarum DSM 21762 mhuwiex irritant għall-ġilda u għall-għajnejn iżda huwa meqjus bħala sensitizzatur respiratorju u tal-ġilda. Il-laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea (EURL) qies li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet milħuqa fil-valutazzjoni preċedenti dwar il-metodi ta’ analiżi użati għall-kontroll tal-aġenti tal-għalf tal-annimali huma validi u applikabbli għall-applikazzjonijiet attwali.

    (5)

    Il-valutazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 21762, tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30236 u tal-Lactococcus lactis NCIMB 30117 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ dawk l-addittivi tiġġedded.

    (6)

    Il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi biex jipprevjenu l-effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittivi. Dawk il-miżuri protettivi jenħtieġ li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza tal-ħaddiema.

    (7)

    B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 21762, tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30236 u tal-Lactococcus lactis NCIMB 30117 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 868/2011, (UE) Nru 1111/2011 u (UE) Nru 227/2012 jenħtieġ li jitħassru.

    (8)

    Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 21762, tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30236 u tal-Lactococcus lactis NCIMB 30117, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni.

    (9)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness, li jaqgħu fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u l-grupp funzjonali “addittiv tas-silaġġ”, hija mġedda soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    1.   Il-preparazzjonijiet tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 21762, tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30236 u tal-Lactococcus lactis NCIMB 30117 kif speċifikat fl-Anness u t-taħlitiet lesti li jkun fihom minnhom, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-24 ta’ Lulju 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-24 ta’ Jannar 2023 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sa ma jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

    2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom il-preparazzjonijiet tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 21762, tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30236 u tal-Lactococcus lactis NCIMB 30117 kif speċifikat fl-Anness li huma prodotti u ttikkettati qabel l-24 ta’ Jannar 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-24 ta’ Jannar 2023 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sa ma jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

    3.   Il-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom il-preparazzjonijiet tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 21762, tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30236 u tal-Lactococcus lactis NCIMB 30117 kif speċifikat fl-Anness li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-24 ta’ Jannar 2025 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-24 ta’ Jannar 2023 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sa ma jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

    Artikolu 3

    Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 868/2011, (UE) Nru 1111/2011, u (UE) Nru 227/2012 jitħassru.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Jannar 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2011 tal-31 ta’ Awwissu 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (DSM 21762) u tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri (DSM 22963) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha (ĠU L 226, 1.9.2011, p. 2).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1111/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (NCIMB 30236) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 287, 4.11.2011, p. 30).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 227/2012 tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Lactococcus lactis (NCIMB 30117) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 77, 16.3.2012, p. 8).

    (5)  EFSA Journal 2021;19(5):6613.

    (6)  EFSA Journal 2022;20(3):7149.

    (7)  EFSA Journal 2022;20(4):7243.


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija ta’ annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    CFU/kg ta’ materjal verġni

    Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

    1k2071

    Lactiplantibacillus plantarum DSM 21762

    Kompożizzjoni tal-addittiv:

    Preparazzjoni tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 21762 li jkun fiha minimu ta’ 5 × 1011 CFU/g ta’ addittiv.

    Għamla solida

    L-ispeċijiet kollha tal-annimali

    -

    -

    -

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

    2.

    Kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr kombinament ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittiv tas-silaġġ: 1×108 CFU/kg ta’ materjal verġni.

    3.

    Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u l-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tal-ġilda u tan-nifs.

    L-24 ta’ Jannar 2033

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

    Ċelloli vijabbli tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 21762.

    Metodu analitiku  (1)

    Enumerazzjoni: Metodu tat-tferrigħ: EN 15787

    Identifikazzjoni: Elettroforeżi fuq ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA


    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija ta’ annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    CFU ta’ addittiv/kg ta’ materjal verġni

    Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

    1k2073

    Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30236

    Kompożizzjoni tal-addittiv:

    Preparazzjoni tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30236 li jkun fiha minimu ta’ 1,2 × 1011 CFU/g ta’ addittiv

    Għamla solida

    L-ispeċijiet kollha tal-annimali

    -

    -

    -

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

    2.

    Kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr kombinament ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittiv tas-silaġġ: 2,4 ×108 CFU/kg ta’ materjal verġni.

    3.

    Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu bi proċeduri u miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali, inkluż bil-protezzjoni tal-għajnejn, tal-ġilda, u tan-nifs.

    L-24 ta’ Jannar 2033

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

    Ċelloli vijabbli tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30236

    Metodu analitiku  (2)

    Enumerazzjoni tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30236 fl-addittiv tal-għalf:

    metodu tat-tifrix (EN 15787)

    Identifikazzjoni tal-Lactiplantibacillus plantarum NCIMB 30236:

    Elettroforeżi fuq ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA


    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija ta’ annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    CFU ta’ addittiv/kg ta’ materjal verġni

    Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

    1k2083

    Lactococcus lactis NCIMB 30117

    Kompożizzjoni tal-addittiv:

    Preparazzjoni tal-Lactococcus lactis NCIMB 30117 li jkun fiha addittiv minimu ta’ 5 × 1010 CFU/g

    Għamla solida

    L-ispeċijiet kollha tal-annimali

    -

    -

    -

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

    2.

    Kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr kombinament ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittiv tas-silaġġ: 1×108 CFU/kg ta’ materjal verġni.

    3.

    Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu bi proċeduri u miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali, inkluż bil-protezzjoni tal-għajnejn, tal-ġilda, u tan-nifs.

    L-24 ta’ Jannar 2033

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

    Ċelloli vijabbli tal-Lactococcus lactis NCIMB 30117

    Metodu analitiku  (3)

    L-enumerazzjoni fl-addittiv fl-għalf:

    il-metodu tat-tferrigħ bl-użu tal-MSR agar (ISO 15214)

    Identifikazzjoni:

    Elettroforeżi fuq ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA


    (1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

    (2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

    (3)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en


    Top