Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0003

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/3 tat-3 ta’ Jannar 2023 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża tar-Regolament (UE) 2019/1781 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal muturi elettriċi u sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/17

ĠU L 2, 4.1.2023, pp. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/3/oj

4.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 2/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/3

tat-3 ta’ Jannar 2023

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża tar-Regolament (UE) 2019/1781 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal muturi elettriċi u sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1781 (2) fiha żbalji fil-Premessa 7, it-tieni sentenza u fl-Artikolu 3(7) meta ssir referenza għall-grilja, u fl-Artikolu 2(1)(a)(v) fir-rigward tat-tħaddim dirett online ta’ ċerti prodotti.

(2)

Għalhekk, il-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża tar-Regolament (UE) 2019/1781 jenħtieġ li tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1781 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal muturi elettriċi u sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 (ĠU L 272, 25.10.2019, p. 74 ).


Top