Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D2223

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/2223 tas-17 ta’ Ottubru 2023 dwar il-ħatra tal-Kap taċ-Ċellula ta’ Kmand u Appoġġ Ċivili tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (EUSDI) (EUSDI/1/2023)

ST/13906/2023/INIT

ĠU L, 2023/2223, 20.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2223/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/10/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2223/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2223

20.10.2023

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/2223

tas-17 ta’ Ottubru 2023

dwar il-ħatra tal-Kap taċ-Ċellula ta’ Kmand u Appoġġ Ċivili tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (EUSDI) (EUSDI/1/2023)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1599 tat-3 ta’ Awwissu 2023 dwar Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (1) , u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1599, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti biex jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (EUSDI), inkluż id-deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ.

(2)

Fil-5 ta’ Ottubru 2023, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona li s-Sur Philippe CHEVET jinħatar Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ.

(3)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Philippe CHEVET huwa b’dan maħtur Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (EUSDI) mill-20 ta’ Ottubru 2023 sad-19 ta’ Ottubru 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Ottubru 2023.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2023.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 196, 4.8.2023, p. 25.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2223/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top