This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D0854
Council Decision (CFSP) 2023/854 of 24 April 2023 amending Decision 2010/413/CFSP concerning restrictive measures against Iran
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/854 tal-24 ta’ April 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/854 tal-24 ta’ April 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
ST/8054/2023/INIT
ĠU L 110, 25.4.2023, pp. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
25.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 110/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/854
tal-24 ta’ April 2023
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 26(3) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, il-Kunsill eżamina mill-ġdid il-lista ta’ persuni u entitajiet indikati li tinsab fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Abbażi ta’ dak ir-rieżami, jenħtieġ li l-entrata li tikkonċerna persuna waħda elenkata fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK titneħħa minn dak l-Anness. Jenħtieġ li tiġi aġġornata entrata waħda inkluża fl-Anness II. |
|
(4) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2010/413/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ April 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39).
ANNESS
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrata 10 (li tikkonċerna lil Rostam QASEMI) fil-lista bl-intestatura “II. Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)”, taħt is-subintestatura “A. Persuni” titħassar; |
|
(2) |
taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran”, l-entrata li ġejja tissostitwixxi l-entrata korrispondenti fil-lista li tinsab taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”:
|