This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D0848
Council Decision (CFSP) 2023/848 of 24 April 2023 amending Decision (CFSP) 2016/1693 concerning restrictive measures against ISIL (Da’esh) and Al-Qaeda and persons, groups, undertakings and entities associated with them
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/848 tal-24 ta’ April 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/848 tal-24 ta’ April 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom
ST/8004/2023/INIT
ĠU L 109I, 24.4.2023, pp. 38–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
24.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 109/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/848
tal-24 ta’ April 2023
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 (1). |
|
(2) |
Fid-dawl tat-theddida kontinwa mill-ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u minn persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom, żewġ persuni u grupp wieħed jenħtieġ li jinżdiedu mal-lista ta’ persuni, gruppi, impriżi u entitajiet li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693. |
|
(3) |
Għalhekk id-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ April 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta’ Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrati li ġejjin jinżdiedu taħt l-intestatura “A. Persuni msemmija fl-Artikoli 2 u 3”:
|
|
(2) |
l-entrata li ġejja tinżdied taħt l-intestatura “B. Gruppi, impriżi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 3”:
|