Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0733

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/733 tat-3 ta’ April 2023 li tiddeżinja faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni għat-tagħmir tar-radju u għall-ġugarelli f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2023/2198

ĠU L 95, 4.4.2023, pp. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/733/oj

4.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/42


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/733

tat-3 ta’ April 2023

li tiddeżinja faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni għat-tagħmir tar-radju u għall-ġugarelli f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1267 (2) jipprevedi li l-faċilitajiet tal-ittestjar pubbliku tal-Istati Membri għandhom jiġu ddeżinjati bħala faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni wara sejħa għal espressjonijiet ta’ interess.

(2)

Il-Kummissjoni nediet is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għat-tagħmir tar-radju u għall-ġugarelli 325/G/GRO/IMA/22/2711/12562. Saret evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet riċevuti skont ir-regoli applikabbli u skont il-kriterji stabbiliti fis-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess.

(3)

Abbażi tar-riżultati tal-evalwazzjoni, l-Awtorità Regolatorja tal-Komunikazzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja jenħtieġ li tiġi ddeżinjata bħala faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni għat-tagħmir tar-radju u s-Service Commun des Laboratoires jenħtieġ li jiġi ddeżinjat bħala faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni għall-ġugarelli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni għat-tagħmir tar-radju

L-Awtorità Regolatorja tal-Komunikazzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja (Mortos str. 14, LT-03219 Vilnius, il-Litwanja) hija b’dan iddeżinjata bħala faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni għat-tagħmir tar-radju.

Artikolu 2

Faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni għall-ġugarelli

Is-Service Commun des Laboratoires (369 rue Jules Guesde, 59651 Villeneuve d’Ascq, Franza) huwa b’dan iddeżinjat bħala faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni għall-ġugarelli.

Artikolu 3

Rieżami tad-deżinjazzjoni

Id-deżinjazzjoni bħala faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 1 u 2 ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiġi rieżaminata f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1267 sal-24 ta’ April 2028, u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ April 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1267 tal-20 ta’ Lulju 2022 li jispeċifika l-proċeduri għad-deżinjazzjoni tal-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-verifika tal-konformità tal-prodotti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 192, 21.7.2022, p. 21).


Top