Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0728

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/728 tal-31 ta’ Marzu 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

ST/7747/2023/INIT

ĠU L 94, 3.4.2023, p. 65–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/728/oj

3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/65


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/728

tal-31 ta’ Marzu 2023

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja fl-Ukrajna.

(2)

Fil-25 ta’ Frar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/434 (2), li emendat id-Deċiżjoni 2014/512/PESK u introduċiet aktar miżuri restrittivi biex jiġu sospiżi l-attivitajiet tax-xandir fl-Unjoni, jew diretti lejn l-Unjoni, ta’ ċerti strumenti tal-media. Dawk l-istrumenti tal-media huma stabbiliti fil-punt (3) tal-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2023/434. Skont l-Artikolu 1, il-punt (11), tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/434, l-applikabbiltà ta’ tali miżuri fir-rigward ta’ wieħed jew diversi minn dawk l-istrumenti tal-media hija soġġetta għal deċiżjoni ulterjuri mill-Kunsill.

(3)

Wara li eżamina l-każijiet rispettivi, il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi msemmija fl-Artikolu 4g tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK jenħtieġ li japplikaw mill-10 ta’ April 2023 fir-rigward tal-entitajiet imsemmija fil-punt (3) tal-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2023/434,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4g tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK għandhom japplikaw mill-10 ta’ April 2023 fir-rigward tal-entitajiet imsemmija fil-punt (3) tal-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2023/434.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/434 tal-25 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 59 I, 25.2.2023, p. 593).


Top