Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0106

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/106 tal-11 ta’ Jannar 2023 li tistabbilixxi l-allokazzjonijiet indikattivi tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2023 sal-31 ta’ Lulju 2029

C/2023/15

ĠU L 12, 13.1.2023, pp. 84–86 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/106/oj

13.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/84


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/106

tal-11 ta’ Jannar 2023

li tistabbilixxi l-allokazzjonijiet indikattivi tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2023 sal-31 ta’ Lulju 2029

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 23a tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi l-ammont kumplessiv tal-għajnuna tal-Unjoni għal kull sena skolastika taħt l-iskema għall-iskejjel għall-Unjoni kollha kemm hi u kriterji oġġettivi għall-allokazzjoni ta’ dak l-ammont kumplessiv fost l-Istati Membri.

(2)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013 jistabbilixxi l-allokazzjonijiet indikattivi annwali tal-għajnuna tal-Unjoni għal kull Stat Membru, għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2017 sal-31 ta’ Lulju 2023. Wara dak il-perjodu tranżitorju ta’ 6 snin, mill-1 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni għandha tiffissa l-allokazzjonijiet indikattivi tal-għajnuna tal-Unjoni lil kull Stat Membru abbażi tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 23a(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Meta jiġu stabbiliti l-allokazzjonijiet indikattivi, għandu jitqies l-ammont minimu ta’ għajnuna tal-Unjoni li l-Istati Membri huma intitolati għalih, biex l-Istati Membri b’daqs demografiku limitat ikunu jistgħu jimplimentaw skema kosteffettiva.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 23(8) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/40 (3), l-Istati Membri għandhom ifasslu l-istrateġiji tagħhom li jkopru l-perjodu ta’ 6 snin mill-1 ta’ Awwissu 2023 sal-31 ta’ Lulju 2029 u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni sat-30 ta’ April 2023. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jippjanaw b’mod effiċjenti l-implimentazzjoni tal-iskema matul il-perjodu kopert mill-istrateġiji tagħhom, l-allokazzjonijiet indikattivi tal-għajnuna tal-Unjoni jenħtieġ li jkopru l-istess perjodu ta’ żmien. Dawn l-allokazzjonijiet indikattivi huma mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet futuri relatati mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-Unjoni għall-perjodu ta’ wara l-2027.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-allokazzjonijiet indikattivi tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel għal kull Stat Membru għal kull sena skolastika matul il-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2023 sal-31 ta’ Lulju 2029 huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/40 tat-3 ta’ Novembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi u li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (ĠU L 5, 10.1.2017, p. 11).


ANNESS

ALLOKAZZJONIJIET INDIKATTIVI TAL-GĦAJNUNA TAL-UNJONI GĦAL KULL SENA SKOLASTIKA MATUL IL-PERJODU MILL-1 TA’ AWWISSU 2023 SAL-31 TA’ LULJU 2029 IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

Stat Membru

Allokazzjonijiet indikattivi għall-frott u l-ħxejjex għall-iskejjel

f’EUR

Allokazzjonijiet indikattivi għall-ħalib għall-iskejjel

f’EUR

Il-Belġju

3 648 727

1 600 475

Il-Bulgarija

2 110 411

1 800 090

Iċ-Ċekja

3 349 886

3 048 057

Id-Danimarka

1 671 583

1 632 431

Il-Ġermanja

20 373 277

8 910 720

L-Estonja

396 340

754 955

L-Irlanda

1 889 775

826 537

Il-Greċja

3 149 503

1 464 086

Spanja

13 407 407

6 023 462

Franza

22 720 501

9 979 209

Il-Kroazja

1 278 964

610 533

L-Italja

15 293 816

6 910 347

Ċipru

290 000

252 652

Il-Latvja

649 309

868 581

Il-Litwanja

891 870

1 236 781

Il-Lussemburgu

290 000

193 000

L-Ungerija

2 894 429

2 970 122

Malta

290 000

193 000

In-Netherlands

4 977 290

2 176 932

L-Awstrija

2 320 736

1 015 027

Il-Polonja

12 138 186

12 791 591

Il-Portugall

2 804 412

1 301 261

Ir-Rumanija

6 178 236

11 303 390

Is-Slovenja

665 306

305 638

Is-Slovakkja

1 851 325

1 659 402

Il-Finlandja

1 672 943

2 731 455

L-Iżvezja

3 404 234

7 635 935

Total

130 608 466

90 195 669


Top