Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1374

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1374 tal-5 ta’ Awwissu 2022 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tad-diformat tal-potassju bħala addittiv tal-għalf għall-qżieqeż miftuma, għall-ħnieżer tas-simna u għall-majjali nisa, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 333/2012 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/5581

    ĠU L 206, 8.8.2022, p. 35–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1374/oj

    8.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 206/35


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1374

    tal-5 ta’ Awwissu 2022

    dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tad-diformat tal-potassju bħala addittiv tal-għalf għall-qżieqeż miftuma, għall-ħnieżer tas-simna u għall-majjali nisa, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 333/2012

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni.

    (2)

    Id-diformat tal-potassju kien ġie awtorizzat għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 333/2012 (2).

    (3)

    Tressqet applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tad-diformat tal-potassju bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) ta’ dak ir-Regolament. Sussegwentament, l-applikant irtira l-applikazzjoni għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr il-qżieqeż miftuma, il-ħnieżer tas-simna u l-majjali nisa.

    (4)

    Fl-opinjoni tagħha tas-27 ta’ Jannar 2022 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-applikant kien ipprovda l-evidenza li l-addittiv jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li d-diformat tal-potassju ma għandux effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. U kkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa irritant tal-għajnejn, iżda ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar il-possibbiltà li l-addittiv ikun irritant tal-ġilda jew sensitizzatur respiratorju jew sensitizzatur tal-ġilda. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (5)

    Il-valutazzjoni tad-diformat tal-potassju turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ dak l-addittiv tiġġedded.

    (6)

    B’riżultat tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tad-diformat tal-potassju bħala addittiv tal-għalf, jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 333/2012.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-awtorizzazzjoni tal-addittiv speċifikat fl-Anness tal-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u tal-grupp funzjonali “preżervattivi”, hija mġedda soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 333/2012 jitħassar.

    Artikolu 3

    FSMiżuri tranżizzjonali

    1.   Is-sustanza speċifikata fl-Anness u l-premixxeli li jkun fihom din is-sustanza, li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel it-28 ta’ Frar 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-28 ta’ Awwissu 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

    2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza kif speċifikati fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-28 ta’ Awwissu 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-28 ta’ Awwissu 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

    3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza kif speċifikati fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-28 ta’ Awwissu 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-28 ta’ Awwissu 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 333/2012 tad-19 ta’ April 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ tħejjija ta’ diformat tal-potassju bħala addittiv fl-ikel għall-ispeċi kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 492/2006 (ĠU L 108, 20.4.2012, p. 3).

    (3)  EFSA Journal 2022;20(3):7167.


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħrajn

    Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

    mg tas-sustanza attiva għal kull kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

    Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: preżervattivi.

    1a237a

    Diformat tal-potassju

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Diformat tal-potassju: 50 ± 5 %

    Forma likwida (50:50 dilwit fl-ilma)

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    Diformat tal-potassju

    C2H3O4K

    Numru CAS: 20642-05-1 Isem kimiku

    Numru EINECS: 243-934-6 Isem kimiku

    Prodott permezz ta’ sinteżi kimika

    Metodu analitiku  (1)

    Għad-determinazzjoni tad-diformat tal-potassju (bħala aċidu formiku totali) fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli u fl-għalf:

    Kromatografija jonika b’detezzjoni tal-konduttività (IC-CD) - EN 17294;

    Għad-determinazzjoni tal-potassju fl-addittiv tal-għalf:

    Spettrometrija tal-assorbiment atomiku (AAS) — EN ISO 6869; jew

    Spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES) - EN15510.

    Ħnieżer nisa

     

    -

    12 000

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

    2.

    Permess biss fil-ħut nej, u fi prodotti sekondarji tal-ħut għall-użu bħala għalf b’kontenut massimu ta’ 9 000  mg ta’ diformat tal-potassju bħala sustanza attiva għal kull kg ta’ ħut nej.

    3.

    Il-kontenut massimu ta’ diformat tal-potassju għandu jkun 6 000  mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għall-qżieqeż miftuma u għall-ħnieżer tas-simna, u 12 000  mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għall-majjali nisa, kemm jekk jintuża waħdu bħala preżervattiv, kif ukoll jekk jintuża flimkien ma’ sorsi oħra ta’ diformat tal-potassju.

    4.

    It-taħlit ta’ sorsi differenti tal-aċidu formiku ma għandux jaqbeż il-livelli massimi permessi ta’ 10 000  mg/kg fl-għalf komplet għall-qżieqeż miftuma, għall-ħnieżer għat-tismin u għall-majjali nisa.

    5.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv, tal-premixxeli u tal-għalf relatat għall-annimali li jipproduċu l-ikel, indika dan li ġej:

    “L-użu simultanju ta’ aċidi organiċi differenti jew tal-imlieħ tagħhom huwa kontraindikat meta jintuża wieħed jew aktar minnhom fil-kontenut massimu permess jew qrib tiegħu.”

    6.

    Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu b’tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali, inkluż bil-protezzjoni tal-għajnejn, tal-ġilda, u tan-nifs.

    28.8.2032

    Qżieqeż miftuma

    u

    ħnieżer tas-simna

     

    -

    6 000


    (1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en


    Top