This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R1372
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/1372 of 5 August 2022 as regards temporary measures to prevent the entry into, the movement and spread within, the multiplication and release in the Union of Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1372 tal-5 ta’ Awwissu 2022 fir-rigward ta’ miżuri temporanji għall-prevenzjoni tad-dħul, il-moviment u t-tixrid, il-multiplikazzjoni u r-rilaxx fl-Unjoni tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1372 tal-5 ta’ Awwissu 2022 fir-rigward ta’ miżuri temporanji għall-prevenzjoni tad-dħul, il-moviment u t-tixrid, il-multiplikazzjoni u r-rilaxx fl-Unjoni tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield)
C/2022/5553
ĠU L 206, 8.8.2022, p. 16–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 206/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1372
tal-5 ta’ Awwissu 2022
fir-rigward ta’ miżuri temporanji għall-prevenzjoni tad-dħul, il-moviment u t-tixrid, il-multiplikazzjoni u r-rilaxx fl-Unjoni tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 30(1) u 41(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) mhijiex elenkata bħala pest ta’ kwarantina fl-Unjoni, pest ta’ kwarantina f’żona protetta jew bħala pest regolat mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 (3). |
(2) |
Fl-2016, l-Italja infurmat lill-Kummissjoni li l-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) instabet għall-ewwel darba fit-territorju tagħha f’żona fejn jiġi prodott ir-ross fit-Tramuntana tal-Italja. Minn dakinhar ’l hawn, instabet ukoll f’aktar għelieqi tar-ross u l-aktar infestazzjonijiet serji wasslu għal telf tal-għelejjel sa 50 % tal-produzzjoni ordinarja. |
(3) |
Fl-2017, l-Italja adottat miżuri uffiċjali biex tipprevjeni l-introduzzjoni u t-tixrid ulterjuri tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) (4) fit-territorju tagħha. Il-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) hija assoċjata l-aktar mal-pjanti bl-għeruq tal-Oryza sativa L. li tkabbru fil-ħamrija u huma maħsuba għat-tħawwil. Hija assoċjata wkoll ma’ pjanti ospitanti oħra, bħax-xgħir, iżda fuq skala iżgħar milli mal-pjanti bl-għeruq tal-Oryza sativa L. |
(4) |
Attwalment, l-Italja hija l-uniku Stat Membru li fih ġiet ikkonfermata l-preżenza tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield). Abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-Italja fl-2018 (5), ġie konkluż li dak il-pest jissodisfa l-kriterji stabbiliti fis-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/2031. Għalhekk, huwa meqjus neċessarju li jiġu adottati miżuri temporanji kontra dak il-pest. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jqisu l-perkorsi ewlenin għat-tixrid tiegħu, bħall-pjanti għat-tħawwil, il-ħamrija, il-makkinarju u l-għodod, u t-trasferiment medjat mill-bniedem. |
(5) |
F’ċertu reġjun f’dik iż-żona fejn jiġi prodott ir-ross fl-Italja, ġie konkluż li l-eradikazzjoni tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) ma għadhiex possibbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-Italja tingħata l-permess li tapplika miżuri għat-trażżin tagħha f’dak ir-reġjun, minflok għall-eradikazzjoni tagħha. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jkollhom l-għan li jżommu l-livelli tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) stabbli. Madankollu, jekk l-istħarriġiet juru żieda fil-livelli tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield), jenħtieġ li jiġu applikati miżuri mmirati lejn l-eradikazzjoni tagħha biex jerġgħu jitnaqqsu l-livelli u jiġi evitat it-tixrid tagħha. |
(6) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali u lill-operaturi professjonisti rilevanti dwar it-theddida tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) u dwar il-miżuri meħuda kontriha biex jiġi żgurat approċċ aktar effettiv mill-persuni kollha possibbilment ikkonċernati. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jqajmu sensibilizzazzjoni dwar il-periklu li din tinxtered permezz taż-żraben u l-vetturi, peress li dawk huma l-mezzi li jintużaw l-aktar mill-pubbliku ġenerali. |
(7) |
Jenħtieġ li l-istħarriġiet jitwettqu fiż-żoni demarkati u fuq il-pjanti ospitanti barra minn dawk iż-żoni, sabiex tiġi identifikata minn kmieni l-preżenza potenzjali tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) u jiġi evitat it-tixrid tagħha fil-bqija tat-territorju tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu stħarriġiet annwali bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju tal-introduzzjoni tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield). |
(8) |
Fid-dawl tal-evidenza mill-Italja u d-distribuzzjoni wiesgħa tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) fil-pajjiżi terzi li jipproduċu r-ross, jeħtieġ jiġi vverifikat li ċerti kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati f’dawk il-pajjiżi terzi, fir-rigward tal-pjanti bl-għeruq għat-tħawwil tal-Oryza sativa L., qabel ma jiġu introdotti fl-Unjoni. B’mod partikolari, jenħtieġ li dawk il-kundizzjonijiet jikkonċernaw il-ħelsien tas-sit jew tal-post tal-produzzjoni mill-pest, l-ispezzjonijiet uffiċjali li għandhom jitwettqu u d-dikjarazzjonijiet meħtieġa fuq iċ-ċertifikat fitosanitarju. Dawn il-kundizzjonijiet huma meħtieġa biex jiġi żgurat il-ħelsien ta’ dawk il-pjanti mill-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield). |
(9) |
Barra minn hekk, huwa meħtieġ li mal-wasla, il-pjanti bl-għeruq għat-tħawwil tal-Oryza sativa L. jiġu spezzjonati viżwalment u, meta juru sintomi tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield), jiġu kkampjunati u ttestjati għall-preżenza ta’ dak il-pest, sabiex tiġi identifikata l-preżenza possibbli tiegħu jew jiġi żgurat in-nuqqas tiegħu. |
(10) |
Jenħtieġ li jiġu previsti wkoll miżuri għall-moviment fl-Unjoni tal-pjanti bl-għeruq tal-Oryza sativa L. li joriġinaw fl-Unjoni. Biex jiġi żgurat il-livell xieraq ta’ protezzjoni fitosanitarja, jenħtieġ li l-moviment ta’ dawk il-pjanti u l-ħamrija miż-żoni demarkati għall-bqija tat-territorju tal-Unjoni jiġi pprojbit. |
(11) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għal tul ta’ żmien adegwat biex ikun jista’ jsir ir-rieżami tiegħu u r-rieżami tal-preżenza u t-tixrid tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield). |
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni tad-dħul, il-moviment u t-tixrid, il-multiplikazzjoni u r-rilaxx tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) fl-Unjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“il-pest speċifikat” tfisser il-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield); |
(2) |
“pjanti speċifikati” tfisser il-pjanti għat-tħawwil, minbarra ż-żrieragħ, bl-għeruq tal-Oryza sativa L., li tkabbru fil-ħamrija; |
(3) |
“pjanti ospitanti” tfisser il-pjanti għat-tħawwil bl-għeruq tal-ġeneri u l-ispeċijiet elenkati fl-Anness I, li tkabbru fil-ħamrija; |
(4) |
“pjanti ospitanti spontanji” tfisser il-pjanti ospitanti li jitfaċċaw fil-postijiet tal-produzzjoni mingħajr ma jkunu tħawlu; |
(5) |
“żrieragħ speċifikati” tfisser iż-żrieragħ tal-Oryza sativa L.; |
(6) |
“oġġetti speċifikati” tfisser il-makkinarju, l-għodod, il-vetturi, u t-tagħmir personali, li jkunu ntużaw għal attivitajiet marbuta mat-tħawwil, it-trattament, jew il-ħsad tal-pjanti ospitanti; |
(7) |
“żona demarkata” tfisser iż-żona li tikkonsisti minn żona infestata u minn żona ta’ lqugħ li tiġi stabbilita meta jinstab il-pest speċifikat; |
(8) |
“żona infestata” tfisser iż-żona li fiha l-għalqa jew l-għelieqi tal-Oryza sativa jkun fihom:
|
(9) |
“żona ta’ lqugħ” tfisser żona b’wisa’ ta’ mill-inqas 100 m, madwar iż-żona infestata; |
(10) |
“metodu tal-kultivazzjoni bil-pjanti nasba” tfisser il-metodu li bih ċerti pjanti speċifikati jitħawlu temporanjament f’għalqa infestata, sabiex jinqabad il-pest speċifikat, u mbagħad jitneħħew u jinqerdu, għall-fini li pjanti speċifikati oħra fl-istess għalqa jiġu protetti minn dak il-pest. |
Artikolu 3
Projbizzjoni tal-introduzzjoni u tal-moviment fl-Unjoni
Il-pest speċifikat ma għandux jiġi introdott, jiġi mċaqlaq, jinżamm, jiġi mmultiplikat jew jiġi rilaxxat fit-territorju tal-Unjoni.
Artikolu 4
Stabbiliment ta’ żoni demarkati
1. Fejn il-preżenza tal-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni tiġi kkonfermata, kull Stat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi minnufih żona demarkata.
2. Jekk il-preżenza tal-pest speċifikat tiġi kkonfermata fiż-żona ta’ lqugħ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrieżamina minnufih u jimmodifika kif xieraq id-delimitazzjoni taż-żona infestata u taż-żona ta’ lqugħ.
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-għadd u l-postijiet taż-żoni demarkati stabbiliti għall-pest speċifikat skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/2031.
4. Meta, abbażi tal-istħarriġiet imsemmija fl-Artikolu 8, il-pest speċifikat ma jiġix identifikat f’żona demarkata għal perjodu ta’ tliet snin konsekuttivi, dik iż-żona demarkata tista’ titneħħa. F’każijiet bħal dawn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li ż-żona demarkata tkun tneħħiet skont l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2016/2031.
Artikolu 5
Miżuri ta’ eradikazzjoni
L-Istat Membru kkonċernat għandu japplika l-miżuri kollha li ġejjin fiż-żona/i demarkata/i għall-fini tal-eradikazzjoni tal-pest speċifikat:
(1) |
il-pjanti speċifikati fiż-żona infestata għandhom jitneħħew u jinqerdu fl-għelieqi ftit qabel il-ħsad. Il-pjanti speċifikati għandhom jinqerdu, in situ jew f’xi post fil-qrib iddeżinjat għal dan il-għan fiż-żona infestata, b’mod li jiżgura li l-pest speċifikat ma jinxteridx; |
(2) |
iż-żrieragħ speċifikati ma għandhomx jinżergħu u l-pjanti ospitanti ma għandhomx jitħawlu fiż-żona infestata; |
(3) |
il-pjanti ospitanti spontanji għandhom jiġu eliminati regolarment; |
(4) |
l-għelieqi fiż-żona infestata għandhom jiġu mgħarrqa kontinwament għal aktar minn 18-il xahar. Jekk l-għargħar kontinwu ma jkunx possibbli, għandu jiġi applikat il-metodu tal-kultivazzjoni bil-pjanti nasba, jew metodi oħra li jipprevjenu lill-pest milli jikkonkludi ċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu; |
(5) |
il-pjanti speċifikati li jintużaw għall-metodu tal-kultivazzjoni bil-pjanti nasba għandhom jinqerdu fi żmien ħames ġimgħat wara t-tħawwil; |
(6) |
l-oġġetti speċifikati li jkunu ntużaw f’żona infestata għandhom jitnaddfu mill-ħamrija u mill-fdalijiet tal-pjanti qabel ma jiġu mċaqilqa lejn l-għelieqi tal-madwar. Waqt it-tindif, għandu jiġi evitat it-tixrid tar-residwi barra mill-għalqa infestata. |
Artikolu 6
Miżuri ta’ trażżin
1. Fiż-żoni demarkati elenkati fl-Anness II, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri kollha li ġejjin bil-għan li trażżan il-pest speċifikat f’dawk iż-żoni u tipprevjeni t-tixrid tiegħu barra minn dawk iż-żoni:
(a) |
iż-żrieragħ speċifikati jistgħu jinżergħu u l-pjanti speċifikati jistgħu jitħawlu biss jekk tkun twettqet waħda mill-miżuri fitosanitarji li ġejjin:
|
(b) |
il-pjanti ospitanti spontanji għandhom jiġu eliminati regolarment; |
(c) |
l-oġġetti speċifikati li ntużaw fl-għalqa infestata għandhom jitnaddfu mill-ħamrija u mill-fdalijiet tal-pjanti qabel ma jiġu mċaqilqa lejn l-għelieqi tal-madwar. Waqt it-tindif, għandu jiġi evitat it-tixrid tar-residwi barra mill-għalqa infestata. |
2. Jekk ir-riżultati tal-istħarriġ juru li l-preżenza tal-pest speċifikat żdiedet, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri msemmija fl-Artikolu 5 fiż-żoni demarkati rispettivi.
Artikolu 7
Sensibilizzazzjoni
Fir-rigward taż-żona/i demarkata/i li għaliha/hom ġew applikati l-miżuri ta’ eradikazzjoni u ta’ trażżin imsemmija fl-Artikoli 5 u 6, l-Istat Membru kkonċernat għandu jqajjem sensibilizzazzjoni pubblika dwar it-theddida tal-pest speċifikat u l-miżuri adottati għall-prevenzjoni tat-tixrid ulterjuri tiegħu barra miż-żoni demarkati. Dan għandu jiżgura li l-pubbliku ġenerali u l-operaturi rilevanti jkunu konxji mid-delimitazzjoni taż-żona/i demarkata/i, miż-żona infettata u miż-żona ta’ lqugħ.
Artikolu 8
Stħarriġiet dwar il-pest speċifikat fit-territorju tal-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġiet uffiċjali annwali għall-preżenza tal-pest speċifikat fuq il-pjanti ospitanti fit-territorju tagħhom, u f’dawn l-istħarriġiet, il-pjanti speċifikati għandhom jingħataw prijorità. Dawk l-istħarriġiet għandhom ikunu bbażati fuq ir-riskju.
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, ir-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa barra miż-żoni demarkati abbażi tal-mudelli msemmija fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 (6).
2. Fiż-żoni demarkati, l-Istat Membru kkonċernat għandu jimmonitorja l-iżvilupp tal-preżenza tal-pest speċifikat. L-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, ir-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness III.
3. Dawk l-istħarriġiet għandhom jikkonsistu f’eżaminazzjonijiet viżwali tal-pjanti ospitanti, il-kampjunar tal-pjanti ospitanti sintomatiċi u, fejn xieraq, tal-pjanti ospitanti asintomatiċi fil-prossimità tal-pjanti ospitanti sintomatiċi, u tal-ħamrija. Is-sistema tal-għeruq tal-pjanti kkampjunati għandha tiġi ċċekkjata għall-preżenza ta’ galli tal-pest speċifikat.
4. Il-kampjuni tal-ħamrija għandhom jittieħdu minn maġenb il-pjanti ospitanti sintomatiċi. Għandu jittieħed kampjun tal-ħamrija f’fond ta’ 20-25 cm. Fl-għelieqi taħt sorveljanza, il-kampjuni tal-ħamrija għandhom jittieħdu permezz ta’ grilja rettangolari li tkopri l-għalqa kollha fejn id-distanza tal-kampjunar ma għandhiex tkun itwal minn 20 m u usa’ minn 5 m. Id-daqs tal-kampjun għandu jkun ta’ 500 ml għal superfiċe totali ta’ 1 ha.
Artikolu 9
Moviment tal-pjanti speċifikati, tal-ħamrija, taż-żrieragħ speċifikati, u tal-oġġetti speċifikati
1. Il-moviment tal-pjanti speċifikati barra miż-żoni demarkati għandu jkun ipprojbit.
2. Il-moviment fi ħdan jew barra miż-żoni demarkati tal-ħamrija fejn ikunu tkabbru pjanti speċifikati fit-tliet snin preċedenti għandu jkun ipprojbit.
3. Il-moviment taż-żrieragħ speċifikati fi ħdan jew barra miż-żoni demarkati għandu jkun permess biss jekk iż-żrieragħ ikunu ħielsa mill-ħamrija jew mill-fdalijiet tal-pjanti.
4. Il-moviment tal-oġġetti speċifikati barra miż-żoni demarkati għandu jkun permess biss jekk jitnaddfu u jinstabu ħielsa mill-ħamrija.
Artikolu 10
Introduzzjoni ta’ pjanti speċifikati u żrieragħ speċifikati fl-Unjoni
Il-pjanti speċifikati u ż-żrieragħ speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni biss jekk l-awtoritajiet kompetenti jew l-operaturi professjonisti taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(1) |
il-pjanti speċifikati li jkunu ġew prodotti f’post ħieles mill-pesti jew f’sit tal-produzzjoni ħielsa mill-pesti jiġu spezzjonati uffiċjalment f’dak il-post jew is-sit tal-produzzjoni, fl-aktar żmien xieraq għall-identifikazzjoni tas-sintomi ta’ infezzjoni matul l-aħħar ċiklu komplut ta’ veġetazzjoni qabel l-esportazzjoni, u jinstabu ħielsa mill-pest speċifikat; |
(2) |
l-ispezzjonijiet uffiċjali jkunu twettqu fl-aktar żmien xieraq għall-identifikazzjoni tas-sintomi ta’ infezzjoni matul l-aħħar ċiklu komplut ta’ veġetazzjoni qabel l-esportazzjoni f’żona b’wisa’ ta’ mill-inqas 100 m u li tinsab madwar il-post jew is-sit tal-produzzjoni msemmi fil-punt (1); |
(3) |
kwalunkwe pjanta speċifikata fiż-żona madwar il-post tal-produzzjoni ħieles mill-pesti jew is-sit tal-produzzjoni ħieles mill-pesti li turi sintomi ta’ infezzjoni matul dawk l-ispezzjonijiet inqerdet minnufih; |
(4) |
il-pjanti speċifikati jkunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jinkludi, f’konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni addizzjonali”, waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:
(*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1372 tal-5 ta’ Awwissu 2022 fir-rigward ta’ miżuri temporanji għall-prevenzjoni tad-dħul, il-moviment u t-tixrid, il-multiplikazzjoni u r-rilaxx fl-Unjoni tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) (ĠU L 206, 8.8.2022, p. 16).”;" |
(5) |
iċ-ċertifikat fitosanitarju li jakkumpanja ż-żrieragħ speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi jinkludi, taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni addizzjonali”, l-informazzjoni li ż-żrieragħ huma ħielsa mill-ħamrija u mill-fdalijiet. |
Artikolu 11
Kampjunar u ttestjar tal-pjanti speċifikati li juru sintomi tal-pest speċifikat
Il-pjanti speċifikati introdotti fl-Unjoni minn pajjiż terz u li juru sintomi tal-pest speċifikat, waqt spezzjoni viżwali, għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati biex tiġi identifikata l-preżenza ta’ dak il-pest.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika sat-30 ta’ Ġunju 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).
(4) Misure d’emergenza per impedire la diffusione di Meloidogyne graminicola Golden & Birchfield nel territorio della Repubblica italiana. Decreto 6 luglio 2017, Gazzetta ufficiale della Repubblica Italiana. Serie generale n. 202, 30.8.2017.
(5) Analiżi tar-riskju tal-pesti dwar il-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) imwettqa mill-Consiglio per la ricerca in agricoltura e l’analisi dell’economia agraria (CREA).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 tas-27 ta’ Awwissu 2020 dwar il-format u l-istruzzjonijiet għar-rapporti annwali rigward ir-riżultati tal-istħarriġ u dwar il-format tal-programmi ta’ stħarriġ pluriennali u l-arranġamenti prattiċi, previsti rispettivament fl-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 280, 28.8.2020, p. 1).
ANNESS I
Lista ta’ pjanti ospitanti msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (3)
Ġeneru jew speċi
Ageratum conyzoides L.
Alisma plantago L.
Allium cepa L.
Alopecurus L.
Amaranthus spinosus L.
Amaranthus viridis L.
Avena sativa L.
Beta vulgaris L.
Brassica L.
Capsicum annuum L.
Centella asiatica (L.) Urb.
Colocasia esculenta (L.) Schott
Coriandrum sativum L.
Cucumis sativus L.
Cymbopogon citratus (DC.) Stapf
Cynodon dactylon (L.) Pers.
Cyperus compressus L.
Cyperus difformis L.
Cyperus iria L.
Cyperus rotundus L.
Dactyloctenium aegyptium (L.) Willd.
Digitaria filiformis (L.) Köler
Digitaria sanguinalis (L.) Scop.
Echinochloa colona (L.) Link
Echinochloa crus-galli (L.) P. Beauv.
Eclipta prostrata (L.) L.
Eleusine coracana (L.) Gaertn.
Eleusine indica (L.) Gaertn.
Fimbristylis dichotoma var. pluristriata (C.B.Clarke) Napper
Gamochaeta coarctata (L.) Cabrera
Glycine max (L.) Merr.
Heteranthera reniformis Ruiz & Pav.
Hordeum vulgare L.
Hydrilla Rich.
Impatiens balsamina L.
Imperata cylindrica (L.) Raeusch.
Kyllinga brevifolia Rottb.
Lactuca sativa L.
Ludwigia L.
Melilotus albus Medik.
Murdannia keisak (Hassk.) Hand.-Mazz.
Musa L.
Oryza sativa L.
Oxalis corniculata L.
Panicum L.
Pennisetum glaucum (L.) R. Br.
Pisum sativum L.
Poa annua L.
Portulaca oleracea L.
Ranunculus L.
Saccharum officinarum L.
Schoenoplectus articulatus (L.) Palla
Schoenoplectiella articulata (L.) Lye
Setaria italica (L.) P. Beauv.
Solanum lycopersicum L.
Solanum melongena L.
Solanum nigrum L.
Solanum sisymbriifolium Lam.
Solanum tuberosum L.
Sorghum bicolor (L.) Moench
Spergula arvensis L.
Spinacia oleracea L.
Stellaria media (L.) Vill.
Trifolium repens L.
Triticum aestivum L.
Urena lobata L.
Vicia faba L.
Zea mays L.
ANNESS II
Żoni demarkati msemmija fl-Artikolu 6
L-Italja
Lista ta’ muniċipalitajiet f’żoni demarkati fl-Italja
Reġjun |
Provinċja |
Muniċipalitajiet |
Il-Lombardija |
Pavia |
Alagna, Carbonara al Ticino, Cilavegna, Dorno, Gambolò, Garlasco, Gropello Cairoli, Linarolo, Parona, Pieve Albignola, Sannazzaro de’ Burgondi, Scaldasole, Sommo, Tromello, Trovo, Vigevano, Villanova d’Ardenghi, Zerbolò, Zinasco |
Piedmont |
Biella |
Castelletto Cervo, Gifflenga, Mottalciata |
Piedmont |
Vercelli |
Buronzo |
ANNESS III
Mudell għar-rappurtar tar-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa skont l-Artikolu 8(2) f’żoni demarkati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Isem |
Data tal-istabbiliment |
Deskrizzjoni |
Numru |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
i |
ii |
iii |
iv |
i |
ii |
iii |
iv |
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Struzzjonijiet dwar kif tirrapporta
Fil-kolonna 1: Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni taż-żona demarkata (ŻD) ikkonċernata u d-data meta ġiet stabbilita.
Fil-kolonna 2: Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ.
Fil-kolonna 3: Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ.
Fil-kolonna 4: Indika l-approċċ: Eradikazzjoni (E)/Trażżin (C). Jekk jogħġbok inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom.
Fil-kolonna 5: Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn: Żona infestata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL) billi tuża ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona taż-ŻI fejn sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km ħdejn iż-ŻI, madwar l-imxietel, eċċ.) f’ringieli differenti.
Fil-kolonna 6: Indika n-numru u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:
1. |
Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni): 1.1 għalqa (ikkultivata, bur); 1.2. ġnien bis-siġar tal-frott/vinja; 1.3. mixtla; 1.4. foresta; |
2. |
Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġnien privat; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ, eċċ.); |
3. |
Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2. sit privat, għajr serra; 3.3. sit pubbliku, għajr serra; 3.4. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam). |
Fil-kolonna 7: Indika liema huma ż-żoni ta’ riskju identifikat abbażi tal-bijoloġija tal-pest(i), il-preżenza tal-pjanti ospitanti, il-kondizzjonijiet ekoklimatiċi u l-postijiet ta’ riskju.
Fil-kolonna 8: Indika ż-żoni ta’ riskju inklużi fl-istħarriġ, minn dawk identifikati fil-kolonna 7.
Fil-kolonna 9: Indika l-pjanti, il-frott, iż-żrieragħ, il-ħamrija, il-materjal tal-ippakkjar, l-injam, il-makkinarju, il-vetturi, l-ilma, oħrajn, filwaqt li tispeċifika l-każ speċifiku.
Fil-kolonna 10: Indika l-lista tal-ispeċijiet/ġeneri tal-pjanti mistħarrġa. Uża ringiela waħda għal kull speċi/ġeneru tal-pjanti meta jkun meħtieġ mir-rekwiżit speċifiku ta’ stħarriġ legali dwar il-pesti.
Fil-kolonna 11: Indika x-xhur tas-sena meta twettaq l-istħarriġ.
Fil-kolonna 12: Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’N/A meta l-informazzjoni ta’ ċerta kolonna ma tkunx applikabbli.
Fil-kolonni 13 u 14: Indika r-riżultati, jekk applikabbli, billi tipprovdi l-informazzjoni disponibbli fil-kolonni korrispondenti. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ individwazzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik, eċċ.)