EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0960

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/960 tal-20 ta’ Ġunju 2022 li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Ċeka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1502 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri minimi għal-livelli ta’ assigurazzjoni għall-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/3363

ĠU L 165, 21.6.2022, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/960/oj

21.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/40


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/960

tal-20 ta’ Ġunju 2022

li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Ċeka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1502 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri minimi għal-livelli ta’ assigurazzjoni għall-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni tal-lingwa Ċeka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1502 (2) fiha żball fl-Anness, it-Taqsima 2.1.2 (L-għoti ta’ prova tal-identità u l-verifika (persuna fiżika)), ir-ringiela li tikkonċerna l-livell ta’ Assigurazzjoni “Għoli”, il-kolonna “Elementi meħtieġa”, il-punt 1(c) fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-livell ta’ assigurazzjoni meħtieġ.

(2)

L-verżjoni tal-lingwa Ċeka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1502 għalhekk jenħtieġ li tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1502 tat-8 ta’ Settembru 2015 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri minimi għal-livelli ta’ assigurazzjoni għall-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (ĠU L 235, 9.9.2015, p. 7).


Top