EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022H0108R(01)

Rettifika tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/108 tal-25 ta’ Jannar 2022 li temenda r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1632 fir-rigward ta’ approċċ ikkoordinat biex jiġi ffaċilitat il-moviment sikur fiż-żona Schengen matul il-pandemija tal-COVID-19 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 18 tas-27 ta’ Jannar 2022)

ĠU L 29, 10.2.2022, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2022/108/corrigendum/2022-02-10/oj

10.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/44


Rettifika tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/108 tal-25 ta’ Jannar 2022 li temenda r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1632 fir-rigward ta’ approċċ ikkoordinat biex jiġi ffaċilitat il-moviment sikur fiż-żona Schengen matul il-pandemija tal-COVID-19

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 18 tas-27 ta’ Jannar 2022 )

(1)

Fil-paġni 124 u 125, il-premessi (6) u (7),

minflok:

“(6)

Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi fl-evoluzzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 mill-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475, il-Kunsill, abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, issostitwixxa dik ir-Rakkomandazzjoni bir-Rakkomandazzjoni (UE) 2022/108.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li l-kriterji, il-limiti u l-qafas komuni ta’ miżuri applikati mill-Istati Membri biex jiffaċilitaw l-ivvjaġġar sikur fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni matul il-pandemija tal-COVID-19 jibqgħu aġġornati u allinjati kompletament mal-approċċ komuni maħsub biex jiffaċilita l-libertà tal-moviment kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni (UE) 2022/108, ir-referenza fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1632 għar-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 jenħtieġ li tiġi sostitwita b’referenza għar-Rakkomandazzjoni (UE) 2022/108.”,

aqra:

“(6)

Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi fl-evoluzzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 mill-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475, il-Kunsill, abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, issostitwixxa dik ir-Rakkomandazzjoni bir-Rakkomandazzjoni (UE) 2022/107.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li l-kriterji, il-limiti u l-qafas komuni ta’ miżuri applikati mill-Istati Membri biex jiffaċilitaw l-ivvjaġġar sikur fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni matul il-pandemija tal-COVID-19 jibqgħu aġġornati u allinjati kompletament mal-approċċ komuni maħsub biex jiffaċilita l-libertà tal-moviment kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni (UE) 2022/107, ir-referenza fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1632 għar-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 jenħtieġ li tiġi sostitwita b’referenza għar-Rakkomandazzjoni (UE) 2022/107.”;

(2)

Fil-paġna 126,

minflok:

“Fir-Rakkomandazzjoni unika, ‘Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475’ hija sostitwita b’‘Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2022/108’.”

aqra:

“Fir-Rakkomandazzjoni unika, ‘Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475’ hija sostitwita b’‘Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2022/107’.”.


Top