This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D0570
Council Implementing Decision (EU) 2022/570 of 4 April 2022 on the launch of automated data exchange with regard to dactyloscopic data in Italy
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/570 tal-4 ta’ April 2022 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fl-Italja
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/570 tal-4 ta’ April 2022 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fl-Italja
ST/14837/2021/INIT
ĠU L 109, 8.4.2022, p. 60–61
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/60 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/570
tal-4 ta’ April 2022
dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fl-Italja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, il-forniment ta’ data personali previst taħt dik id-Deċiżjoni ma jistax isir sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stipulati fil-Kapitolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali tat-territorji tal-Istati Membri involuti f’tali forniment. |
(2) |
L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (3) jipprevedi li l-verifika li l-kondizzjoni msemmija fil-premessa 1 tkun ġiet issodisfata fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta’ data f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandha ssir abbażi ta’ rapport ta’ evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju, żjara ta’ evalwazzjoni u prova pilota. |
(3) |
F’konformità mal-Kapitolu 4, punt 1.1, tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta’ data u għandu jitwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta’ data. |
(4) |
L-Italja lestiet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju ta’ data dattiloskopika. |
(5) |
L-Italja wettqet b’suċċess prova pilota mal-Ġermanja u l-Awstrija. |
(6) |
Saret żjara ta’ evalwazzjoni fl-Italja u t-tim ta’ evalwazzjoni Ġermaniż u Awstrijakk ħejja rapport dwar iż-żjara ta’ evalwazzjoni li ntbagħat lill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill. |
(7) |
Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni ġenerali, li jiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta’ evalwazzjoni u tal-prova pilota fir-rigward tal-iskambju ta’ data dattiloskopika. |
(8) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill, wara li ħa nota tal-qbil tal-Istati Membri kollha marbutin bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ikkonkluda li l-Italja implimentat għalkollox id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stipulati fil-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. |
(9) |
Għalhekk, għall-finijiet ta’ tiftix awtomatizzat ta’ data dattiloskopika, jenħtieġ li l-Italja tkun intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. |
(10) |
L-Artikolu 33 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI jagħti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kunsill bil-ħsieb tal-adozzjoni tal-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni, b’mod partikolari fir-rigward tar-riċezzjoni u l-forniment ta’ data personali previsti taħt dik id-Deċiżjoni. |
(11) |
Peress li l-kondizzjonijiet biex jingħata bidu għall-eżerċizzju ta’ tali setgħat ta’ implimentazzjoni ġew issodisfati u l-proċedura f’dan ir-rigward ġiet segwita, jenħtieġ li tiġi adottata Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni dwar it-tnedija fl-Italja tal-iskambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika sabiex dak l-Istat Membru jkun jista’ jirċievi u jforni data personali skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. |
(12) |
Id-Danimarka u l-Irlanda huma marbutin bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tat-tiftix awtomatizzat ta’ data dattiloskopika, l-Italja hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI mid-9 ta’ April 2022.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika skont it-Trattati.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta’ April 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
R. BACHELOT-NARQUIN
(2) Opinjoni tal-24 ta’ Marzu 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).