This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1451
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/1451 of 3 September 2021 concerning the non-approval of dimethyl sulphide as a basic substance in accordance with Regulation (EC) No 1107/2009 of the European Parliament and of the Council concerning the placing of plant protection products on the market (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1451 tat-3 ta’ Settembru 2021 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sulfid tad-dimetil bħala sustanza bażika f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1451 tat-3 ta’ Settembru 2021 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sulfid tad-dimetil bħala sustanza bażika f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/6480
ĠU L 313, 6.9.2021, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/28 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1451
tat-3 ta’ Settembru 2021
li jikkonċerna n-nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sulfid tad-dimetil bħala sustanza bażika f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) flimkien mal-Artikolu 23(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mingħand il-kumpanija Probodelt S. L. għall-approvazzjoni tas-sulfid tad-dimetil biex jintuża bħala sustanza bażika mhux letali li tiġbed il-ħanfusa tat-tartuf (Leiodes cinnamomeus). Waslu applikazzjonijiet riveduti wkoll fl-24 ta’ Lulju 2019 u fil-25 ta’ Novembru 2019 li magħhom intbagħtet l-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(2) |
Kien hemm disponibbli wkoll żewġ evalwazzjonijiet rilevanti li twettqu f’konformità ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, waħda minnhom kienet saret mill-Bord tal-EFSA dwar l-addittivi u l-prodotti jew is-sustanzi li jintużaw fl-għalf tal-annimali, l-EFSA FEEDAP Panel (2), u l-oħra mill-Bord tal-EFSA dwar il-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel, l-enżimi, l-aromatizzanti u l-aġenti tal-ipproċessar, l-EFSA CEF Panel (3). Ir-riżultati ta’ dawn l-evalwazzjonijiet tqiesu mill-EFSA u mill-Kummissjoni wkoll. |
(3) |
Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) għall-għajnuna xjentifika. L-Awtorità bagħtet rapport tekniku dwar is-sulfid tad-dimetil lill-Kummissjoni fis-17 ta’ Lulju 2020 (4). L-Awtorità kkonkludiet li l-informazzjoni dwar is-sulfid tad-dimetil disponibbli ma tqisitx sew mill-applikant. L-informazzjoni ppubblikata li teżisti tindika li s-sulfid tad-dimetil huwa irritant tal-ġilda, tal-għajnejn u tas-sistema respiratorja, kif ukoll sensitizzatur tal-ġilda. L-Awtorità ddikjarat li fis-sit web tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (l-ECHA) jinsabu ppubblikati d-dettalji dwar it-tossiċità akuta, l-irritazzjoni, is-sensitizzazzjoni tal-ġilda u l-inalazzjoni għal ħin qasir, u li dawn kien imisshom iddaħħlu fl-applikazzjoni biex tingħata stampa sħiħa tas-sustanza bażika. Fis-sit web tal-ECHA tinsab pubblikament ukoll id-data tossikoloġika dwar żewġ metaboliti tas-sulfid tad-dimetil, iżda dawn ma ġewx integrati kif imiss fid-dossier. |
(4) |
L-Awtorità osservat ukoll li ma ngħatatx ġustifikazzjoni xjentifika għan-nuqqas ta’ informazzjoni dwar it-tħassib dwar it-tossiċità kronika u l-karċinoġeniċità, meta wieħed iqis il-profil ġenerali tat-tossiċità tas-sustanza. |
(5) |
Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li minkejja li mhuwiex mistenni jkun hemm wisq residwi fuq l-għelejjel minħabba l-mod li tiġi applikata s-sustanza (prodott miżmum f’kompartiment li jinħareġ bħala doża ta’ fwar), kien imissha ngħatat aktar data li turi li ma hemmx tħassib li l-konsumaturi jieħdu l-prodott permezz tal-ikel. |
(6) |
Fil-25 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta’ rieżami u abbozz ta’ Regolament lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
(7) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-rapport tekniku tal-Awtorità u dwar l-abbozz tar-rapport ta’ rieżami tal-Kummissjoni. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa. |
(8) |
Iżda minkejja l-argumenti li ressaq l-applikant, ma jistax jiġi eliminat it-tħassib dwar din is-sustanza. |
(9) |
B’riżultat ta’ dan, ma ġiex stabbilit li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għaldaqstant jixraq li s-sulfid tad-dimetil ma jiġix approvat bħala sustanza bażika. |
(10) |
Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tas-sulfid tad-dimetil bħala sustanza bażika f’konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza sulfid tad-dimetil mhijiex approvata bħala sustanza bażika.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) EFSA FEEDAP Panel (EFSA Panel on Additives and Products or Substances used in Animal Feed), 2013. Scientific Opinion on the safety and efficacy of aliphatic and aromatic mono- and di-thiols and mono-, di-, tri-, and polysulphides with or without additional oxygenated functional groups (chemical group 20) when used as flavourings for all animal species. EFSA Journal 2013;11(5):3208, 34 pp. doi:10.2903/j.efsa.2013.3208.
(3) EFSA CEF Panel (EFSA Panel on Food Contact Materials, Enzymes, Flavourings and Processing Aids), 2013. Scientific Opinion on Flavouring Group Evaluation 74, Revision 4 (FGE.74Rev4): Consideration of aliphatic sulphides and thiols evaluated by JECFA (53rd and 61st meeting) structurally related to aliphatic and alicyclic mono-, di-, tri- and polysulphides with or without additional oxygenated functional groups from chemical group 20 evaluated by EFSA in FGE.08Rev5. EFSA Journal 2018;16(3):5167, 58 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2018.5167
(4) EFSA (Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2020. Technical report on the outcome of the consultation with Member States and EFSA on the basic substance application for approval of dimethyl sulfide to be used in plant protection as a non-lethal food attractant for truffle beetle. Pubblikazzjoni ġustifikattiva tal-EFSA 2020:EN-1911. 54 pp. doi:10.2903/sp.efsa.2020.EN-1911.