EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0758
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/758 of 7 May 2021 on the status of certain products as feed additives within the scope of Regulation (EC) No 1831/2003 of the European Parliament and of the Council and on the withdrawal from the market of certain feed additives (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/758 tas-7 ta’ Mejju 2021 dwar l-istatus ta’ ċerti prodotti bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dwar l-irtirar mis-suq ta’ ċerti addittivi tal-għalf (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/758 tas-7 ta’ Mejju 2021 dwar l-istatus ta’ ċerti prodotti bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dwar l-irtirar mis-suq ta’ ċerti addittivi tal-għalf (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/3152
ĠU L 162, 10.5.2021, p. 5–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
10.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/758
tas-7 ta’ Mejju 2021
dwar l-istatus ta’ ċerti prodotti bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dwar l-irtirar mis-suq ta’ ċerti addittivi tal-għalf
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2(3) u 10(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u jipprevedi r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. B’mod partikolari, l-Artikolu 10(2), flimkien mal-Artikolu 10(7) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi proċeduri speċifiċi għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2) u d-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE (3). |
(2) |
L-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jimponi obbligu fuq il-Kummissjoni biex tadotta Regolament li jirtira mis-suq addittivi tal-għalf li għalihom ma tkun ġiet ipprovduta l-ebda notifika msemmija fl-Artikolu 10(1)(a) ta’ dak ir-Regolament f’perjodu ta’ żmien speċifikat. L-istess obbligu japplika għall-addittivi tal-għalf li għalihom ma tkun tressqet l-ebda applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10(2) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qabel l-iskadenza prevista f’dawk id-dispożizzjonijiet, jew li għalihom tkun tressqet applikazzjoni li wara ġiet irtirata. |
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn l-addittivi tal-għalf jiġu rtirati mis-suq. Peress li l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jagħmilx distinzjoni bejn l-awtorizzazzjonijiet maħruġa b’limitu ta’ żmien u l-awtorizzazzjonijiet mingħajr limitu ta’ żmien, għal raġunijiet ta’ ċarezza, jixraq li jiġi previst l-irtirar mis-suq tal-addittivi tal-għalf li l-perjodi ta’ awtorizzazzjoni limitati tagħhom skont id-Direttiva 70/524/KEE jkunu diġà skadew. |
(4) |
Fil-każ ta’ addittivi tal-għalf li għalihom tressqu biss applikazzjonijiet għal ċerti speċijiet ta’ annimali jew kategoriji ta’ annimali, jew ikunu ġew irtirati biss l-applikazzjonijiet għal ċerti speċijiet ta’ annimali jew kategoriji ta’ annimali, jenħtieġ li l-irtirar mis-suq jkun jikkonċerna biss l-ispeċijiet ta’ annimali u l-kategoriji ta’ annimali li għalihom ma tkun tressqet l-ebda applikazzjoni jew li għalihom l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata. |
(5) |
Bħala konsegwenza tal-irtirar mis-suq tal-addittivi tal-għalf, jixraq li jitħassru d-dispożizzjonijiet li jawtorizzawhom, fejn dawn id-dispożizzjonijiet jkunu għadhom fis-seħħ. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2005 (4) jiġi emendat skont dan. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 880/2004 (5) jitħassar, peress li ż-żewġ entrati fl-Anness tiegħu jridu jitħassru bħala riżultat tal-irtirar mis-suq tal-beta-karoten biex jintuża għall-kanarini kif previst fl-Anness I, Kapitolu I.A., parti 2, u bħala riżultat tal-awtorizzazzjoni tal-kantaksantin biex jintuża għall-għasafar ornamentali fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1486 (6). Barra minn hekk, bħala konsegwenza kemm tal-awtorizzazzjoni tal-kantaksantin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1486 kif ukoll tal-irtirar mis-suq ta’ dak l-addittiv għal speċijiet u użi mhux awtorizzati permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1145 (7), huwa xieraq li jitħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 775/2008 (8) li stabbilixxa limiti massimi ta’ residwi għall-canthaxanthin. |
(6) |
Fir-rigward tal-addittivi tal-għalf li l-awtorizzazzjoni tagħhom ma skadietx sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati, li matulu l-ħażniet eżistenti tal-addittivi kkonċernati, it-taħlitiet lesti minn qabel, il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li ġew prodotti b’dawk l-addittivi jkunu jistgħu jintużaw kollha, filwaqt li titqies il-ħajja ta’ ċertu għalf fuq l-ixkaffa li fih l-addittivi inkwistjoni. |
(7) |
L-irtirar mis-suq tal-prodotti elenkati fl-Anness I ma jżommhomx milli jiġu awtorizzati jew soġġetti għall-miżura li tikkonċerna l-istatus tagħhom f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(8) |
Għal diversi sustanzi, mikroorganiżmi jew preparazzjonijiet (imsejħa “prodotti”), hemm inċertezza dwar jekk dawn humiex addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Din l-inċertezza tista’ tirriżulta mill-inklużjoni ta’ ċerti prodotti kemm fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kif ukoll fil-Katalgu tal-materjali tal-għalf stabbilit f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). L-inċertezza tista’ tirriżulta minn diversi dubji jew mistoqsijiet espressi mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli għall-kontrolli uffiċjali jew mill-operaturi ekonomiċi li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari l-linji gwida stabbiliti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/25/UE (10). |
(9) |
Din l-inċertezza dwar l-istatus ta’ ċerti prodotti fir-rigward tal-addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tista’ tipperikola l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-għalf fl-Unjoni, peress li d-distinzjoni bejn l-addittivi tal-għalf u prodotti oħra tal-għalf għandhom implikazzjonijiet għall-kundizzjonijiet tat-tqegħid tagħhom fis-suq, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli rilevanti. |
(10) |
Sabiex titnaqqas l-inċertezza rigward l-istatus ta’ ċerti prodotti bħala addittivi tal-għalf, huwa xieraq li jiġu adottati miżuri rilevanti skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, li jiċċaraw dak l-istatus. Dawn il-miżuri jġibu konsistenza fit-trattament tal-prodotti kkonċernati u jiffaċilitaw il-ħidma tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli għall-kontrolli uffiċjali, filwaqt li jgħinu lill-operaturi ekonomiċi interessati sabiex jaġixxu f’qafas li jipprevedi livell xieraq ta’ ċertezza tad-dritt. |
(11) |
Biex jiġi ddeterminat jekk il-prodotti humiex addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huwa xieraq li ssir referenza għal-linji gwida stabbiliti bir-Rakkomandazzjoni 2011/25/UE, għad-distinzjoni bejn l-addittivi tal-għalf, il-materjali tal-għalf u prodotti oħra. B’mod partikolari, dawk il-linji gwida jipprevedu diversi kriterji li għandhom jiġu kkunsidrati fl-istess waqt f’evalwazzjoni każ b’każ sabiex jinħoloq profil ta’ kull prodott speċifiku, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi kollha tiegħu. Il-kriterji utli għad-differenzjazzjoni bejn l-addittivi tal-għalf u l-materjali tal-għalf jinkludu l-metodu tal-produzzjoni u tal-ipproċessar, id-definizzjoni kimika u l-livell ta’ standardizzazzjoni jew purifikazzjoni, il-kundizzjonijiet ta’ sikurezza u tal-modalità tal-użu, il-funzjonalità tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, għall-finijiet ta’ konsistenza, prodotti bi proprjetajiet simili jenħtieġ li jiġu klassifikati b’analoġija. |
(12) |
Il-prodotti taċ-ċitrati tas-sodju, iċ-ċitrati tal-potassju, is-sorbitol, il-mannitol u l-idrossidu tal-kalċju huma inklużi fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qabel l-iskadenza preskritta minn dik id-dispożizzjoni. Dawn ġew inklużi wkoll fil-Katalgu tal-materjali tal-għalf permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 575/2011 (11). Madankollu, l-eżami mill-ġdid tal-profil ta’ dawk il-prodotti fir-rigward tal-kriterji proposti fir-Rakkomandazzjoni 2011/25/UE wassal għall-konklużjoni li jenħtieġ li dawn jiġu kkunsidrati bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. B’mod partikolari, huma ddefiniti bil-funzjonijiet speċifiċi tagħhom imsemmija fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf u l-istatus tagħhom bħala addittivi tal-għalf jippermetti li jkun hemm aktar lok għall-ġestjoni effettiva tagħhom f’termini ta’ sikurezza u ta’ modalità tal-użu. Barra minn hekk, titqies il-klassifikazzjoni tagħhom bħala addittivi għall-użu fl-ikel. |
(13) |
Minħabba l-istatus tal-addittivi tal-għalf tal-prodotti taċ-ċitrati tas-sodju, iċ-ċitrati tal-potassju, is-sorbitol, il-mannitol u l-idrossidu tal-kalċju, jeħtieġ li dawn jiġu rtirati mis-suq kif previst bl-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Madankollu, jenħtieġ li jitħalla perjodu tranżizzjonali itwal għall-irtirar mis-suq ta’ dawk l-addittivi u tal-għalf li jkun fihom dawn l-addittivi, sabiex titqies l-inċertezza tad-dritt dwar il-klassifikazzjoni tagħhom, li jippermetti lill-partijiet interessati jressqu applikazzjoni ġdida għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk l-addittivi tal-għalf skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(14) |
Il-biċċa l-kbira tal-prodotti elenkati fl-Anness II huma inklużi fil-Katalgu tal-materjali tal-għalf stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 (12). Madankollu, huma kollha, barra minn hekk, jew elenkati fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf jew ġew irtirati mis-suq bħala addittivi skont l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Sabiex tiġi provduta ċ-ċertezza tad-dritt dwar l-istatus ta’ dawk il-prodotti, il-profili rispettivi tagħhom ġew eżaminati fid-dawl tal-kriterji proposti fir-Rakkomandazzjoni 2011/25/UE, li wassal għall-konklużjoni li jenħtieġ li dawn ma jibqgħux jiġu kkunsidrati bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(15) |
Fir-rigward tat-tikkettar tal-prodotti elenkati fl-Anness II li għadhom permessi fis-suq bħala addittivi tal-għalf, u t-tikkettar tat-taħlitiet lesti minn qabel, ta’ materjali tal-għalf u ta’ għalf kompost li fihom dawk il-prodotti, jenħtieġ li jiġi previst perjodu tranżizzjonali biex l-operaturi ta’ negozju tal-għalf ikunu jistgħu jadattaw. Barra minn hekk, jenħtieġ li dawk il-prodotti jitħassru mir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf. |
(16) |
Il-prodotti ksilitol, lattat tal-ammonju u l-aċetat tal-ammonju huma inklużi fil-Katalgu tal-materjali tal-għalf stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 68/2013. Madankollu, ġew espressi xi dubji, b’mod partikolari mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli għall-kontrolli uffiċjali dwar l-istatus legali tagħhom, li wassal għal eżami tal-profili rispettivi tagħhom abbażi tal-kriterji proposti fir-Rakkomandazzjoni 2011/25/UE. Abbażi ta’ dak l-eżami, ġie konkluż li jenħtieġ li dawk il-prodotti jkunu kkunsidrati bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. B’mod partikolari, il-karatteristiċi tal-ksilitol huma simili ħafna għal dawk tal-mannitol u s-sorbitol, li huma kkunsidrati bħala addittivi tal-għalf, u l-klassifikazzjoni tal-ksilitol bħala addittiv tal-għalf, b’analoġija ġġib konsistenza fit-trattament ta’ dawk il-prodotti simili. Barra minn hekk, titqies il-klassifikazzjoni tal-ksilitol bħala addittiv għall-użu fl-ikel. Fir-rigward tal-lattat tal-ammonju u l-aċetat tal-ammonju, dawn huma sustanzi ddefiniti sew kimikament li huma ppurifikati u li jeżerċitaw funzjoni speċifika ddefinita fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u l-istatus tagħhom tal-addittivi tal-għalf jippermetti ambitu mtejjeb għall-ġestjoni effettiva tagħhom f’termini ta’ sikurezza u ta’ modalità tal-użu. Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni tal-lattat tal-ammonju u tal-aċetat tal-ammonju bħala addittivi tal-għalf iġġib konsistenza ma’ prodotti simili oħra meqjusa bħala addittivi tal-għalf, bħall-propjonat tal-ammonju u formjat tal-ammonju. |
(17) |
Bħala riżultat tal-klassifikazzjoni tal-ksilitol, tal-lattat tal-ammonju, tal-aċetat tal-ammonju bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huwa xieraq li jiġi previst perjodu tranżizzjonali li jippermetti lill-partijiet interessati jadattaw għall-istatus il-ġdid ta’ dawk il-prodotti, inkluż is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, u l-ipproċessar ulterjuri tagħhom, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(18) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Irtirar mis-suq
L-addittivi tal-għalf speċifikati fl-Anness I għandhom jiġu rtirati mis-suq fir-rigward tal-ispeċijiet jew il-kategoriji ta’ annimali kif speċifikat f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali biex l-addittivi tal-għalf jiġu rtirati mis-suq
1. Il-ħażniet eżistenti tal-addittivi tal-għalf imsemmija f’Kapitoli I.A u I.C tal-Anness I jistgħu jkompli jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-30 ta’ Mejju 2022.
2. It-taħlitiet lesti minn qabel prodotti bl-addittivi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-30 ta’ Awwissu 2022.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf prodotti bl-addittivi msemmija fil-paragrafu 1 jew bit-taħlitiet minn qabel imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-30 ta’ Mejju 2023.
4. B’deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, l-addittivi tal-għalf taċ-ċitrati tas-sodju, iċ-ċitrati tal-potassju, is-sorbitol, il-mannitol u l-idrossidu tal-kalċju elenkati fil-Kapitolu I.A tal-Anness I, u l-għalf prodott b’dawk l-addittivi, jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-30 ta’ Mejju 2028.
Artikolu 3
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 358/2005
Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 358/2005, titħassar l-entrata E 141 “Chlorophyll copper complex”.
Artikolu 4
Tħassir
Ir-Regolamenti (KE) Nru 880/2004 u (KE) Nru 775/2008 huma mħassra.
Artikolu 5
Prodotti li mhumiex ikkunsidrati bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003
1. Is-sustanzi, il-mikroorganiżmi jew il-preparazzjonijiet (imsejħa “prodotti”), stipulati fl-Anness II, mhumiex addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
2. Il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 li huma legalment fis-suq u li huma ttikkettati bħala addittivi tal-għalf u bħala taħlitiet lesti minn qabel it-30 ta’ Mejju 2024 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet. L-istess japplika għal prodotti tal-għalf jew għalf kompost li jirreferi għal dawk il-prodotti fit-tikketti tiegħu bħala addittivi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 767/2009.
Artikolu 6
Prodotti mhux ikkunsidrati bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003
1. Is-sustanzi, il-mikroorganiżmi jew il-preparazzjonijiet (imsejħa “prodotti”), stipulati fl-Anness III, huma addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
2. Il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-30 ta’ Mejju 2028.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali (ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2005 tat-2 ta’ Marzu 2005 dwar l-awtorizzazzjonijiet mingħajr limitu ta’ żmien ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni ta’ użi ġodda għal addittivi li diġà huma awtorizzati fl-għalf (ĠU L 57, 3.3.2005, p. 3).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 880/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jawtorizza mingħajr limitu ta’ żmien l-użu ta’ beta-karoten u kantaksantin bħala addittivi f’materjali ta’ għalf li jappartjenu lill-grupp ta’ materji li jagħtu kulur inklużi pigmenti (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 68).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1486 tat-2 ta’ Settembru 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kantaksantin bħala addittiv tal-għalf għal ċerti kategoriji ta’ tjur, ħut ornamentali u għasafar ornamentali (ĠU L 229, 3.9.2015, p. 5).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1145 tat-8 ta’ Ġunju 2017 dwar l-irtirar mis-suq ta’ ċerti addittivi tal-għalf awtorizzati skont id-Direttivi tal-Kunsill 70/524/KEE u 82/471/KEE u t-tħassir ta’ dispożizzjonijiet skaduti li jawtorizzaw dawk l-addittivi tal-għalf (ĠU L 166, 29.6.2017, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 775/2008 tal-4 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi limiti massimi ta’ residwi għall-addittiv canthaxanthin b’żieda mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2003/7/KE (ĠU L 207, 5.8.2008, p. 5).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1).
(10) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/25/UE tal-14 ta’ Jannar 2011 li tistabbilixxi linji gwida għad-distinzjoni bejn il-materjali tal-għalf, l-addittivi tal-għalf, il-prodotti bijoċidali u l-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 11, 15.1.2011, p. 75).
(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 575/2011 tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 159, 17.6.2011, p. 25).
(12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 tas-16 ta’ Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1).
ANNESS I
L-addittivi tal-għalf li jridu jiġu rtirati mis-suq, kif imsemmi fl-Artikolu 1
KAPITOLU I.A.
L-addittivi tal-għalf li kienu awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien
Parti 1
L-addittivi tal-għalf li jridu jiġu rtirati mis-suq għall-ispeċijiet u l-kategoriji kollha ta’ annimali
Numru ta’ Identifikazzjoni |
Addittiv |
Speċijiet jew kategorija ta’ annimali |
||||||||
Preżervattivi |
||||||||||
E 331 |
Ċitrati tas-sodju |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
E 332 |
Ċitrati tal-potassju |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
E 325 |
Lattat tas-sodju |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
E 326 |
Lattat tal-potassju |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
Aġenti emulsjonanti u stabbilizzanti, aġenti tat-tħaxxin u ġelifikanti |
||||||||||
E 420 |
Sorbitol |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
E 421 |
Mannitol |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
Leganti, antiagglomeranti u koagulanti |
||||||||||
E 558 |
Bentonit-montmorillonit |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
Vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili |
||||||||||
|
Riboflavina jew Vitamina B2. Il-forom kollha minbarra:
|
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
E 160 a |
Betakaroten. Il-forom kollha minbarra l-betakaroten awtorizzat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ta’ Kummissjoni (UE) 2015/1103 (3) [3a160(a)] |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
Addittivi tas-silaġġ |
||||||||||
Mikroorganiżmi |
||||||||||
|
Enterococcus faecium CNCM I-3236/ATCC 19434 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Bacillus subtilis MBS-BS-01 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Lactobacillus plantarum DSM 11520 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
Sustanzi kuluranti, inklużi l-pigmenti |
||||||||||
Sustanzi kuluranti oħra |
||||||||||
E 153 |
Iswed tal-karbonju bħala sustanza kuluranti awtorizzat bir-regoli tal-Komunità biex jagħti kulur lill-oġġetti tal-ikel |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
Sustanzi aromatizzanti u palatabbli |
||||||||||
Prodotti naturali - ddefiniti b’mod botaniku |
||||||||||
|
Allium cepa L.: Basal tal-ikel CoE 24 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Allium sativum L.: Estratt tat-tewm (b’bażi ta’ ilma) |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Amyris balsamifera L.: Żejt tal-Amyris CoE 33 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Anacardium occidentale L.: Żejt tal-anakardju CoE 34 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Anethum graveolens L.: Estratt miż-żerriegħa tax-xibt CAS 8006-75-5 CoE 42 EINECS 289-790-8 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Apium graveolens L.: Estratt miż-żerriegħa tal-karfus CAS 89997-35-3 FEMA 2270 CoE 52 EINECS 289-668-4 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Artemisia absinthium L.: Żejt tal-assenzju/erbajanka CAS 8008-93-3 FEMA 3116 CoE 61 EINECS 284-503-2 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Artemisia annua L.: Estratt tal-mugwort annwali (b’bażi ta’ ilma)/Żejt tal-mugwort annwali |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Artemisia pallens Wall.: Żejt tad-davana CAS 8016-03-3 FEMA 2359 CoE 69 EINECS 295-155-6 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Bacopa monnieri (L.) Pennell: Tintura tal-gratiola bil-weraq tas-sagħtar |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Carum carvi L. = Apium carvi L.: Estratt taż-żerriegħa tal-karwija/oleoreżina tal-Karwija CAS 8000-42-8 CoE 112 EINECS 288-921-6 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Cimicifuga simplex (Wormsk. ex DC.) Ledeb. = C. racemosa (L.) Nutt.: Estratt tas-sarashina shoma |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Cinnamomum aromaticum Nees, C. cassia Nees ex Blume: Estratt tal-qoxra tas-siġra tal-Cassia CAS 84961-46-6 FEMA 2257 CoE 131 EINECS 284-635-0 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Cinnamomum zeylanicum Bl., C. verum J.S. Presl: Oleoreżina tal-qoxra tas-siġra tal-kannella CAS 84961-46-6 FEMA 2290 CoE 133 EINECS 283-479-0 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Citrus aurantium L.: Żejt tan-neroli bigarade CAS 8016-38-4 FEMA 2771 CoE 136 EINECS 277-143-2/Essenza assoluta tal-petitgrain bigarade CAS 8014-17-3 CoE 136 EINECS 283-881-6 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Citrus reticulata Blanco: Mandolin, terpeni tat-Tanġerina CoE 142 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Citrus x paradisi Macfad.: Żejt tal-grapefruit magħsur CAS 8016-20-4 FEMA 2530 CoE 140 EINECS 289-904-6/Estratt tal-grapefruit CoE 140 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Glycyrrhiza glabra L.: Estratt ta’ għud is-sus (b’bażi ta’ solvent) CAS 97676-23-8 FEMA 2628 CoE 218 EINECS 272-837-1 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Juniperus communis L.: Estratt tal-frotta tal-ġnibru CAS 84603-69-0 CoE 249 EINECS 283-268-3 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Laurus nobilis L.: Estratt tal-weraq tar-randa/oleoreżina tal-weraq tar-randa CAS 84603-73-6 FEMA 2613 CoE 255 EINECS 283-272-5 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Lavandula latifolia Medik.: Żejt tal-lavanda spike CoE 256 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Lepidium meyenii Walp.: Estratt tal-maca |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Leptospermum scoparium J. R. et G. Forst.: Żejt tas-siġra tat-te tal-ġummar |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Macleaya cordata (Willd.) R. Br.: Essenza assoluta tal-peprin tal-Plume/estratt tal-peprin tal-Plume/żejt tal-peprin tal-Plume/tintura tal-peprin tal-Plume |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Mallotus philippinensis (Lam.) Muell. Arg.: Estratt tal-kamala CoE 535 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Malpighia glabra L.: Estratt tal-aċerola |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Malus sylvestris Mill.: Konċentrat tat-tuffieħ CoE 386 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Medicago sativa L.: Tintura tal-alfalfa CoE 274 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Melissa officinalis L.: Żejt tal-melissa CoE 280 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Mentha pulegium L.: Żejt tal-plejju CAS 8013-99-8 FEMA 2839 CoE 283 EINECS 290-061-1 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Myristica fragrans Houtt.: Żejt tal-mace CAS 8007-12-3 FEMA 2653 CoE 296 EINECS 282-013-3/Oleoreżina tan-noċemuskata CAS 8408268-8 CoE 296 EINECS 282-013-3 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Myroxylon balsamum (L.) Harms: Estratt tal-balzmu tat-tolu (b’bażi ta’ solvent) CAS 9000-64-0 FEMA 3069 CoE 297 EINECS 232-550-4 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Myroxylon balsamum (L.) Harms var. Pereirae: Estratt tal-balzmu tal-peru (b’bażi ta’ solvent) CAS 8007-00-9 FEMA 2117, 2116 CoE 298 EINECS 232-352-8 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Ocimum basilicum L.: Żejt tal-ħabaq CAS 801573-4 FEMA 2119 CoE 308 EINECS 283-900-8 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Opopanax chironium (L.) Koch, Commiphora erythrea Engler: Żejt tal-opoponax CAS 8021- 36-1 CoE 313 EINECS 232-558-8 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Passiflora edulis Sims. = P. incarnata L.: Estratt tal-frotta tal-fjura tal-passjoni (b’bażi ta’ ilma) CoE 321 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Pelargonium asperum Her. ex Spreng.: Żejt tal-ġeranju |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Peumus boldus Mol.: Estratt tal-boldu CoE 328/Tintura tal-boldu CoE 328 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Pinus pinaster Soland.: Żejt tal-arżnu |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Pimenta racemosa (Mill.) J.W.Moore: Żejt tar-randa CAS 8006-78-8 CoE 334 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Piper methysticum G. Forst.: Tintura tal-kawa-kawa |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Quillaja saponaria Molina: Estratt tal-Quillaia (b’bażi ta’ solvent) CoE 391/Konċentrat tal-Quillaia |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Ribes nigrum L.: Estratt tar-ribes CoE 399 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Satureja hortensis L.: Żejt tas-savory summer CAS 8016-68-0 FEMA 3013 CoE 425 EINECS 283-922-8 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Sophora japonica L.: Żejt tas-siġra tal-pagoda |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Styrax benzoin Dryand., S. tonkinensis (Pierre) Craib ex Hartwich: Reżinojd tal-benżoin CAS 9000 -05-9 FEMA 2133 CoE 439 EINECS 232-523-7 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Tagetes erecta L., T. glandulifera Schrank., T. minuta L. e.a.: Żejt tat-tagetes CAS 8016- 84-0 FEMA 3040 CoE 443/494 EINECS 294-862-7 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Thea sinensis L. = Camellia thea Link. = Camellia sinensis (L.) O. Kuntze: Tintura tat-te CoE 451 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Uncaria tomentosa L. = Ourouparia guianensis Aubl.: Estratt tad-difer tal-qattus |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Valeriana officinalis L.: Tintura tal-għerq tal-valerjana CoE 473 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Vetiveria zizanoides (L.) Nash.: Żejt tal-vetiver CAS 8016-96-4 CoE 479 EINECS 282-490-8 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Vitis vinifera L.: Żejt tal-cognac aħdar CAS 8016-21-5 FEMA 2331 CoE 485 EINECS 232-403-4/Żejt tal-cognac abjad CAS 801621-5 FEMA 2332 CoE 485 EINECS 232-403-4 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Vitis vinifera L.: Estratt taż-żerriegħa tal-għeneb CoE 485 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Yucca mohavensis Sarg. = Y. schidigera Roezl ex Ortgies: Estratt tal-yucca mojave (b’bażi ta’ solvent) CAS 90147-57-2 FEMA 3121 EINECS 290-449-0/konċentrat tal-Yucca/residwu tal-Yucca |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Zingiber officinale Rosc.: Estratt tal-ġinġer CAS 84696-15-1 FEMA 2521 CoE 489 EINECS 283-634-2 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
Prodotti naturali u prodotti sintetiċi korrispondenti |
||||||||||
|
Nru tal-CAS 1128 -08-1/3-Metil-2-pentilciklopent-2-en-1-one/Nru. tal-Flavis 07.140 |
L-ispeċijiet kollha |
||||||||
|
Nru. tal-CAS 352195-40-5/Disodju Inożina-5-Mono-fosfat (IMP) |
L-ispeċijiet kollha |
Parti 2
L-addittivi tal-għalf li jridu jiġu rtirati mis-suq għal ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali
Numru ta’ Identifikazzjoni |
Addittiv |
Speċijiet u kategorija ta’ annimali |
||||
Mikroelementi |
||||||
E 7 |
Molibdenu — Mo, Molibdat tas-sodju |
L-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali kollha minbarra n-nagħaġ |
||||
Regolaturi tal-aċidità |
||||||
E 503 (i) |
Karbonat tal-ammonju |
Qtates; Klieb |
||||
E 503 (ii) |
Karbonat tal-idroġenu tal-ammonju |
Qtates; Klieb |
||||
E 525 |
Idrossidu tal-potassju |
Qtates; Klieb |
||||
E 526 |
Idrossidu tal-kalċju |
Qtates; Klieb |
||||
Sustanzi kuluranti, inklużi l-pigmenti |
||||||
Karotenojde u ksantofilli |
||||||
E 160 a |
Betakaroten |
Kanarji |
||||
Sustanzi kuluranti oħra |
||||||
E 141 |
Klorofilla tar-ram kumpless bħala sustanza kuluranti awtorizzat bir-regoli tal-Komunità biex jagħti kulur lill-oġġetti tal-ikel |
L-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali kollha minbarra klieb u qtates |
||||
E 141 |
Klorofilla tar-ram kumpless bħala sustanza kuluranti [grupp funzjonali 2 a (iii)] |
Għasafar ornamentali li jieklu l-ħbub; Rodituri żgħar; Ħut ornamentali |
||||
E 153 |
Iswed tal-karbonju bħala sustanza kuluranti [grupp funzjonali 2 a (iii)] |
Ħut ornamentali |
||||
E 172 |
Ossidu tal-ħadid Aħmar, Iswed & Isfar bħala sustanza kuluranti awtorizzat bir-regoli tal-Komunità biex jagħti kulur lill-oġġetti tal-ikel |
Żwiemel |
||||
Sustanzi aromatizzanti u palatabbli |
||||||
Prodotti naturali - ddefiniti b’mod botaniku |
||||||
|
Helianthus annuus L.: Estratt tal-ġirasol |
Qtates; Klieb |
||||
|
Hyssopus officinalis L. = H. decumbens Jord. & Fourr.: Żejt tal-Hyssop CAS 8006-83-5 FEMA 2591 CoE 235 EINECS 283-266-3 |
Qtates; Klieb |
||||
|
Sus scrofa (estratt mill-glandoli pankreatiċi tal-ħnieżer bix-xaħam imneħħi) |
Qtates u klieb u annimali domestiċi karnivori u omnivori oħra bħall-inmsa |
||||
Aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom |
||||||
3.2.7. |
Taħlitiet ta:
protett bil-kopolimeru vinil-piridina/stiren |
Baqar tal-ħalib |
KAPITOLU I.B.
Addittivi tal-għalf li kienu awtorizzati għal perjodu limitat
Numru ta’ Identifikazzjoni |
Addittiv |
Speċijiet jew kategorija ta’ annimali |
Koċċidjostatiċi u sustanzi mediċinali oħra |
||
E 758 |
Kloridrat tar-robenidina 66 g/kg (detentur tal-awtorizzazzjoni Zoetis Belġju SA) |
Dundjani |
E 770 |
Maduramiċina tal-ammonju alfa 1 g/100 g (detentur tal-awtorizzazzjoni Zoetis Belġju SA) |
Dundjani |
KAPITOLU I.C.
Addittivi tal-għalf li għalihom ma ġietx ippreżentata notifika msemmija fl-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003
Numru ta’ Identifikazzjoni |
Addittiv |
Speċijiet jew kategorija ta’ annimali |
Aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom |
||
3.2.6. |
L-liżina fosfat u l-prodotti sekondarji tagħha prodotti b’fermentazzjoni mal-Brevibacterium lactofermentum NRRL B-11470 |
Tjur tat-trobbija; Ħnieżer |
(1) Dawk il-forom tar-riboflavina ġew awtorizzati bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/901 tad-29 ta’ Mejju 2019 dwar l-awtorizzazzjoni tar-riboflavina prodotta mill-Ashbya gossypii (DSM 23096), ir-riboflavina prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) u r-riboflavina-5’-fosfat melħ tas-sodju prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) (sorsi ta’ vitamina B2) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 144, 3.6.2019, p. 41).
(2) Din il-forma ta’ riboflavina kienet soġġetta għaċ-ċaħda ta’ awtorizzazzjoni bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1254 tad-19 ta’ Settembru 2018 dwar iċ-ċaħda ta’ awtorizzazzjoni tar-riboflavina (80 %) prodotta mill-Bacillus subtilis KCCM-10445 bħala addittiv tal-għalf li jappartjeni għall-grupp funzjonali ta’ vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili (ĠU L 237, 20.9.2018, p. 5).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1103 tat-8 ta’ Lulju 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-beta-karotene bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 181, 9.7.2015, p. 57).
ANNESS II
Prodotti li mhumiex addittivi tal-għalf fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)
1.
Dqiq taż-żerriegħa tat-tamarind
2.
Diidroġenuortofosfat tal-potassju
3.
Idroġenuortofosfat dipotassiku
4.
Ortofosfat tripotassiku
5.
Diidroġenuortofosfat tal-ammonju
6.
Idroġenuortofosfat diammoniku
7.
Diidroġenudifosfat disodiku
8.
Difosfat tetrapotassiku
9.
Trifosfat pentapotassiku
10.
Seskwikarbonat tas-sodju
11.
Idroġenukarbonat tal-potassju
12.
Ossidu tal-kalċju
13.
Esteri tas-sukrożju tal-aċidi xaħmin (esteri tas-sukrożju u aċidi xaħmin li jittieklu)
14.
Sukrogliċeridi (taħlita ta’ esteri tas-sukrożju u mono u digliċeridi tal-aċidi xaħmin li jittieklu)
15.
Esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin li jittieklu mhux polimerizzati
16.
Mono-esteri tal-propan-1,2-diol (propilenglikol) u aċidi xaħmin li jittieklu, waħedhom jew f’taħlitiet ma’ diesteri
17.
Merluccius capensis, Galeorhinus australis e.a.,/Qarquċa
ANNESS III
Prodotti li huma addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)
1.
Ksilitol
2.
Lattat tal-ammonju
3.
Aċetat tal-ammonju