This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0658
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/658 of 21 April 2021 concerning the authorisation of essential oil from Origanum vulgare L. subsp. hirtum (Link) letsw. Var. Vulkan (DOS 00001) as a feed additive for all animal species (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/658 tal-21 ta’ April 2021 dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali mill-Origanum vulgare L subsp. hirtum (Link) letsw. Var. Vulkan (DOS 00001) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/658 tal-21 ta’ April 2021 dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali mill-Origanum vulgare L subsp. hirtum (Link) letsw. Var. Vulkan (DOS 00001) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/2659
ĠU L 137, 22.4.2021, p. 16–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/658
tal-21 ta’ April 2021
dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali mill-Origanum vulgare L subsp. hirtum (Link) letsw. Var. Vulkan (DOS 00001) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali mill-Origanum vulgare L subsp. hirtum (Link) letsw. Var. Vulkan (DOS 00001) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. |
(3) |
L-applikant talab biex l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi sensorji”. Ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“L-Awtorità”), fl-opinjonijiet tagħha tad-29 ta’ Novembru 2017 (2) u tal-4 ta’ Lulju 2019 (3), ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, iż-żejt essenzjali mill-Origanum vulgare L subsp. hirtum (Link) letsw. Var. Vulkan (DOS 00001) ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-konsumatur jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa kkunsidrat bħala irritant potenzjali għall-ġilda u għall-għajnejn u sensitizzatur potenzjali respiratorju u tal-ġilda f’individwi suxxettibbli. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex ikunu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
L-Artikolu 5(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula li l-addittivi ma jistgħux jiġu ppreżentati b’mod li jista’ jfixkel lill-utent. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-preżentazzjoni tal-effetti tal-addittiv filwaqt li jitqiesu l-kategorija u l-grupp li għalihom ġie awtorizzat. L-addittiv ikkonċernat fih xi komponenti bħall-karvakrol u t-timol li għalihom intwerew effetti żootekniċi f’ċerti addittivi diġà awtorizzati. Sabiex jiġi evitat li jinqabeż il-livell ta’ użu propost ta’ 150 mg/kg ta’ għalf komplet u li jkollu effett li għalih dan l-addittiv mhuwiex awtorizzat, jeħtieġ li jiġi stabbilit kontenut massimu bħala kundizzjoni ta’ użu tal-addittiv fl-ikel. |
(6) |
Il-valutazzjoni ta’ dik is-sustanza turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu taż-żejt essenzjali mill-Origanum vulgare L subsp. hirtum (Link) letsw. Var. Vulkan (DOS 00001) jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti tat-togħma”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2017;15(12):5095.
(3) EFSA Journal 2019;17(7):5794.
ANNESS
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Komposti tat-togħma |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2b317eo |
— |
Żejt essenzjali mill-Origanum vulgare L, subsp. hirtum, (Link) letsw. Var. Vulkan (DOS 00001) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali mill-Origanum vulgare L subsp. hirtum (Link) letsw. Var. Vulkan (DOS 00001). Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (1)
Nru tas-CoE:317 Numru CAS: 336185-21-8 FEMA: 2660 Metodu tal-analiżi (2) Għall-identifikazzjoni tal-kostitwenti ewlenin u għall-kwantifikazzjoni tal-markatur fitokimiku (karvakrol) fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni taż-żejt essenzjali Oregano f’taħlitiet lesti minn qabel:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
150 |
|
It-12 ta’ Mejju 2031 |
(1) Natural sources of flavourings - Ir-Rapport Nru 2 (2007).
(2) Id-dettalji dwar il-metodi ta’ analiżi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports