Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0116

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/116 tal-1 ta’ Frar 2021 dwar l-istabbiliment tal-Proġett Komuni Wieħed li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru previst fir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2014 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2021/448

    ĠU L 36, 2.2.2021, p. 10–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/02/2021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/116/oj

    2.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 36/10


    IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/116

    tal-1 ta’ Frar 2021

    dwar l-istabbiliment tal-Proġett Komuni Wieħed li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru previst fir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2014

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Ajru Uniku Ewropew (“SES”) għandu l-għan li jimmodernizza l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru Ewropew (“ATM”) billi jtejjeb is-sikurezza u l-effiċjenza tiegħu. L-SES jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Il-proġett ta’ Riċerka u Żvilupp dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (“SESAR”) jikkostitwixxi l-pilastru teknoloġiku tas-SES.

    (2)

    Il-modernizzazzjoni jenħtieġ li tkun orjentata biex tinkiseb il-viżjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM ta’ Ajru Diġitali Ewropew.

    (3)

    Il-modernizzazzjoni effettiva tal-ATM teħtieġ l-implimentazzjoni f’waqtha tal-funzjonalitajiet innovattivi tal-ATM. Dawk il-funzjonalitajiet jenħtieġ li jkunu bbażati fuq teknoloġiji li jżidu l-livelli ta’ awtomazzjoni, il-kondiviżjoni tad-data b’sigurtà ċibernetika, u l-konnettività fl-ATM. Dawk it-teknoloġiji jenħtieġ ukoll li jżidu l-livelli ta’ virtwalizzazzjoni tal-infrastruttura Ewropea tal-ATM u l-forniment tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru fit-tipi kollha ta’ spazju tal-ajru.

    (4)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 (2) jistabbilixxi qafas għall-mobilizzazzjoni tas-SESAR li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kontenut tal-proġetti komuni, għall-istabbiliment, l-adozzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tagħhom.

    (5)

    Il-proġetti komuni jenħtieġ li jinkludu biss funzjonalitajiet tal-ATM li huma lesti għall-implimentazzjoni, li jeħtieġu implimentazzjoni sinkronizzata u li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-ilħuq tal-miri ta’ prestazzjoni mal-Unjoni kollha.

    (6)

    Il-proġetti komuni jiġu implimentati permezz ta’ proġetti kkoordinati mill-maniġer tal-mobilizzazzjoni skont il-programm tal-mobilizzazzjoni.

    (7)

    Il-Proġett Pilota Komuni stabbilit mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2014 (3) kien inizjattiva pilota għall-implimentazzjoni tal-funzjonalitajiet tal-ATM abbażi tas-soluzzjonijiet tas-SESAR b’mod ikkoordinat u sinkronizzat u serva bħala prova għall-mekkaniżmi ta’ governanza u ta’ inċentiv tal-qafas ta’ mobilizzazzjoni tas-SESAR stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 409/2013.

    (8)

    Rieżami mwettaq skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 716/2014 ikkonkluda li l-Proġett Pilota Komuni kiseb bidliet operattivi pożittivi fl-ATM Ewropew. Madankollu, il-livell varjabbli ta’ maturità għall-implimentazzjoni tal-funzjonalitajiet tal-ATM u l-impatt tagħhom fuq is-sinkronizzazzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom naqqsu l-effettività tal-Proġett Pilota Komuni.

    (9)

    Ir-riżultati tar-rieżami jappoġġaw l-għeluq tal-fażi pilota ta’ proġetti komuni u l-evoluzzjoni tal-Proġett Pilota Komuni fi proġett komuni aktar iffukat u matur. Ir-rieżami kkonferma li l-funzjonalitajiet kollha li ġew ittrasferiti mill-Proġett Pilota Komuni għall-Proġett Komuni Wieħed kisbu t-tħejjija teknika meħtieġa għall-implimentazzjoni.

    (10)

    Il-proġetti komuni għandhom l-għan li jimplimentaw funzjonalitajiet interoperabbli tal-ATM b’mod sinkronizzat. L-implimentazzjoni sinkronizzata ta’ proġetti komuni hija strumentali biex jinkisbu benefiċċji ta’ prestazzjoni f’waqthom min-network kollu, jiġifieri minn diversi partijiet interessati minn bosta Stati Membri li jissinkronizzaw u jikkoordinaw l-investimenti, il-pjanijiet ta’ ħidma, l-akkwisti u l-attivitajiet ta’ taħriġ.

    (11)

    Il-kontenut tal-Proġett Komuni Wieħed jenħtieġ li jqis il-kontribuzzjonijiet miġbura mill-maniġer tal-mobilizzazzjoni, mill-Impriża Konġunta SESAR, mill-partijiet interessati tal-ATM u mill-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji.

    (12)

    Il-Proġett Komuni Wieħed jenħtieġ li jkompli jagħti mandat lill-implimentazzjoni tas-sitt funzjonalitajiet tal-ATM tal-Proġett Pilota Komuni iżda b’enfasi aġġornata, abbażi tal-kriterji li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ bidliet operattivi essenzjali fil-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM, il-maturità u l-ħtieġa għal implimentazzjoni sinkronizzata.

    (13)

    Is-sottofunzjonalitajiet li għandhom jiġu inklużi fl-att preżenti jenħtieġ li jkunu limitati għal dawk li jistgħu jiġu implimentati sal-31 ta’ Diċembru 2027.

    (14)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 716/2014 ġie inkorporat fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (4) kif ukoll fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (5), bl-effett li jinkludi lill-ajruporti ta’ Oslo, ta’ Gardermoen, ta’ Zürich Kloten u ta’ Ġinevra fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu safejn huma kkonċernati l-funzjonalitajiet tal-ATM 1, 2, 4 u 5. Sabiex jinkisbu l-benefiċċji sħaħ tan-network, ikun mixtieq li dawk l-ajruporti jimplimentaw il-Proġett Komuni Wieħed bl-istess mod, fil-kuntest tal-ftehimiet rilevanti.

    (15)

    Il-ġestjoni estiża tal-wasla u l-integrazzjoni tal-maniġer tal-wasla u tal-maniġer tat-tluq f’żoni ta’ mmanuvrar f’terminals ta’ densità għolja huma mistennija li jtejbu l-preċiżjoni tat-trajettorja tal-avviċinament u jiffaċilitaw is-sekwenzar tat-traffiku tal-ajru fi stadju aktar bikri. L-implimentazzjoni tan-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni tas-sottofunzjonalità tal-ATM (PBN) hija regolata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1048 (6) u għaldaqstant ma għandhiex tibqa’ tiġi koperta mill-proġett komuni.

    (16)

    L-integrazzjoni u t-throughput tal-ajruport jenħtieġ li jiffaċilitaw il-forniment ta’ servizzi ta’ kontroll tal-avviċinament u tal-ajrudrom billi jtejbu s-sikurezza u t-throughput tar-runway, itejbu l-integrazzjoni u s-sikurezza tat-taxiing u jnaqqsu s-sitwazzjonijiet perikolużi fuq ir-runway.

    (17)

    L-operazzjoni kkombinata tal-ġestjoni flessibbli tal-ispazju tal-ajru u tal-ispazju tal-ajru b’rotot liberi hija mistennija li tippermetti lill-utenti tal-ispazju tal-ajru li jtiru kemm jista’ jkun qrib it-trajettorja ppreferuta tagħhom mingħajr ma jkunu ristretti bi strutturi fissi tal-ispazju tal-ajru jew networks ta’ rotot fissi. L-implimentazzjoni tal-ġestjoni flessibbli tal-ispazju tal-ajru skont dan ir-regolament jenħtieġ li sseħħ flimkien mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 dwar l-Użu Flessibbli tal-Ispazju tal-Ajru (7).

    (18)

    Il-ġestjoni kollaborattiva tan-network jenħtieġ li ttejjeb il-prestazzjoni tan-network Ewropew tal-ATM, b’mod partikolari billi żżid il-kapaċità tal-ispazju tal-ajru u l-effiċjenza tat-titjiriet permezz tal-iskambju, il-modifika u l-ġestjoni tal-informazzjoni dwar it-trajettorja.

    (19)

    Il-ġestjoni tal-informazzjoni mas-sistema kollha jenħtieġ li tippermetti l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-evoluzzjoni ta’ servizzi għall-iskambju tal-informazzjoni permezz ta’ standards, infrastruttura u governanza li jippermettu l-ġestjoni tal-informazzjoni u l-iskambju tagħha bejn il-partijiet interessati operattivi permezz ta’ servizzi interoperabbli.

    (20)

    Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar it-trajettorja inizjali hija mistennija tippermetti d-downlink tal-inġenji tal-ajru tal-informazzjoni dwar it-trajettorja, id-distribuzzjoni tagħha fuq l-art u l-użu mtejjeb tagħha mis-sistemi tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru tal-art (“ATC”) u mis-Sistemi tal-Maniġer tan-Network b’inqas interventi tattiċi u b’sitwazzjoni mtejba ta’ koordinament.

    (21)

    Ir-rieżami pilota tal-Proġett Pilota Komuni enfasizza l-ħtieġa li jittejbu jew li jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 409/2013, sabiex tiżdied l-effettività tal-proġetti komuni u sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tagħhom.

    (22)

    Xi funzjonalitajiet jew sottofunzjonalitajiet tal-ATM li huma komponenti essenzjali għal proġett komuni jistgħu ma jkunux lesti għall-implimentazzjoni fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-proġetti komuni u jinżamm il-momentum biex jiġu ffinalizzati l-proċessi ta’ industrijalizzazzjoni, dawk il-funzjonalitajiet jenħtieġ li jiġu inklużi fil-proġett komuni bid-dati fil-mira għall-industrijalizzazzjoni u għall-implimentazzjoni. Jekk il-proċessi tal-industrijalizzazzjoni ma jiġux iffinalizzati b’suċċess sad-data fil-mira għall-industrijalizzazzjoni, dawk il-funzjonalitajiet jenħtieġ li jiġu rtirati mill-proġett komuni u jiġu kkunsidrati għal proġetti futuri.

    (23)

    Il-kontenut tal-proġetti komuni huwa żviluppat bil-kontribut tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, tal-operaturi tal-ajruporti, tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u tal-industrija tal-manifattura li jipparteċipaw fl-Impriża Konġunta SESAR, fil-maniġer tal-mobilizzazzjoni u fil-gruppi ta’ konsultazzjoni rispettivi tagħhom. Dawk il-mekkaniżmi konsultattivi u l-konsultazzjoni pubblika mwettqa mill-Kummissjoni jipprovdu assigurazzjoni xierqa tal-approvazzjoni tal-proġetti komuni min-naħa tal-partijiet interessati. Għalhekk, ma għadux meħtieġ li jiġi stabbilit grupp addizzjonali ta’ rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru.

    (24)

    Il-proġetti komuni jirrappreżentaw investimenti obbligatorji mill-partijiet interessati kollha tal-ATM. Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u l-Maniġer tan-Network huma soġġetti għall-iskema ta’ prestazzjoni mal-Unjoni kollha skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 (8) li għandu l-għan li jilħaq il-miri ta’ prestazzjoni mal-Unjoni kollha. Dawk l-investimenti jenħtieġ li jiġu inklużi fil-pjanijiet ta’ prestazzjoni tal-Istati Membri u fil-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Network.

    (25)

    Fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19 li għaddejja bħalissa, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkompli ssegwi l-iżviluppi tat-traffiku tal-ajru u li tissorvelja l-implimentazzjoni tar-regolament bil-għan li tieħu azzjoni kif xieraq.

    (26)

    Għal raġunijiet ta’ ċarezza u biex jiġi indikat l-għeluq tal-fażi pilota tal-ewwel proġett komuni, huwa xieraq li jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 716/2014.

    (27)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-istabbiliment tal-Proġett Komuni Wieħed

    Il-Proġett Komuni Wieħed (“CP1”) huwa stabbilit biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (“ATM”).

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 409/2013.

    Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

    (1)

    “ajruport — teħid kollaborattiv ta’ deċiżjonijiet” jew “A-CDM” tfisser proċess li bih jittieħdu deċiżjonijiet relatati mal-ġestjoni tal-fluss u tal-kapaċità tat-traffiku tal-ajru (“ATFCM”) fl-ajruporti abbażi tal-interazzjoni bejn il-partijiet interessati operattivi u atturi oħrajn involuti fl-ATFCM u li għandu l-għan li jnaqqas id-dewmien, li jtejjeb il-prevedibbiltà tal-avvenimenti, li jottimizza l-użu tar-riżorsi u li jnaqqas l-impatti ambjentali.

    (2)

    “pjan tal-operazzjonijiet tal-ajruport” jew “AOP” tfisser pjan kontinwu uniku, komuni u maqbul b’mod kollaborattiv disponibbli għall-partijiet interessati operattivi rilevanti kollha li jipprovdi għarfien komuni tas-sitwazzjoni jaslu għal proċessi ottimizzati;

    (3)

    “pjan operattiv tan-network” jew “NOP” tfisser pjan, inkluż l-għodod ta’ appoġġ tiegħu, żviluppat mill-Maniġer tan-Network f’koordinazzjoni mal-partijiet interessati operattivi sabiex jorganizza l-attivitajiet operattivi tiegħu fuq medda qasira u medja ta’ żmien skont il-prinċipji ta’ gwida tal-pjan strateġiku tan-network u li jinkludi, għall-parti tal-pjan tal-operat tan-network Ewropew tar-rotot tan-network li tkun speċifika għad-disinn, il-pjan ta’ titjib tan-network tar-rotot Ewropej;

    (4)

    “it-tħaddim tal-funzjonalità tal-ATM” tfisser it-tqegħid fis-servizz tal-funzjonalità tal-ATM inkwistjoni li tintuża bis-sħiħ fl-operazzjonijiet ta’ kuljum;

    (5)

    L-“AF 1” jew “il-ġestjoni estiża tal-wasla u l-ġestjoni integrata tal-wasla (“AMAN”)/ġestjoni tat-tluq (“DMAN”) fiż-żoni ta’ mmanuvrar tat-terminals ta’ densità għolja” tfisser funzjonalità tal-ATM li ttejjeb il-preċiżjoni tat-trajettorja tal-avviċinament u tiffaċilita s-sekwenzar tat-traffiku tal-ajru fi stadju aktar bikri u l-aħjar użu tar-runways; bl-integrazzjoni tas-sekwenzi tal-AMAN u tad-DMAN, billi jintużaw soluzzjonijiet speċifiċi tal-ATM.;

    (6)

    L-“AF 2” jew “l-integrazzjoni u t-throughput tal-ajruport” tfisser funzjonalità tal-ATM li tiffaċilita l-forniment ta’ servizzi ta’ kontroll tal-avviċinament u tal-ajrudrom billi ttejjeb is-sikurezza u t-throughput tar-runway, ittejjeb l-integrazzjoni u s-sikurezza tat-taxi u tnaqqas is-sitwazzjonijiet perikolużi fuq ir-runway;

    (7)

    L-“AF 3” jew “il-ġestjoni flessibbli tal-ispazju tal-ajru u spazju tal-ajru b’rotot liberi” tfisser funzjonalità tal-ATM li tgħaqqad l-operazzjoni tal-ġestjoni flessibbli tal-ispazju tal-ajru u r-rotot liberi u tippermetti lill-utenti tal-ispazju tal-ajru li jtiru kemm jista’ jkun qrib it-trajettorja ppreferuta tagħhom mingħajr ma jkunu ristretti minn strutturi fissi tal-ispazju tal-ajru jew networks tar-rotta fissi. Din tippermetti li l-operazzjonijiet li jeħtieġu s-segregazzjoni jsiru b’mod sikur u flessibbli u b’impatt minimu fuq l-utenti l-oħrajn tal-ispazju tal-ajru;

    (8)

    L-“AF 4” jew “il-ġestjoni kollaborattiva tan-network” tfisser funzjonalità tal-ATM li ttejjeb il-prestazzjoni tan-network Ewropew tal-ATM, b’mod partikolari l-kapaċità u l-effiċjenza tat-titjira, permezz ta’ skambju, modifika u ġestjoni tal-informazzjoni dwar it-trajettorja. L-AF4 tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ network kollaborattiv għall-ippjanar u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet, li jippermetti l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet li jiffukaw fuq it-titjira u l-fluss;

    (9)

    L-“AF 5” jew “il-ġestjoni tal-informazzjoni mifruxa mas-sistema kollha (SWIM)” tfisser funzjonalità tal-ATM li tikkonsisti minn standards u minn infrastruttura li jippermettu l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-evoluzzjoni tas-servizzi għall-iskambju tal-informazzjoni bejn il-partijiet interessati operattivi permezz ta’ servizzi interoperabbli li huma mibnija fuq standards ta’ SWIM u li huma pprovduti permezz ta’ protokoll tal-Internet;

    (10)

    L-“AF 6” jew “il-qsim ta’ informazzjoni dwar it-trajettorja inizjali” jew “l-i4D” tfisser funzjonalità tal-ATM li ttejjeb l-użu tal-ħinijiet fil-mira u l-informazzjoni tat-trajettorja, inkluż fejn disponibbli l-użu tad-data 4D tat-trajettorja abbord mis-sistema tal-ATC fuq l-art u s-sistemi tal-Maniġer tan-Network, u dan jimplika inqas interventi tattiċi u sitwazzjoni ta’ koordinament imtejba.

    Artikolu 3

    Il-funzjonalitajiet tal-ATM u l-mobilizzazzjoni tagħhom

    1.   Is-CP1 għandu jinkludi l-funzjonalitajiet tal-ATM li ġejjin:

    (a)

    il-ġestjoni estiża tal-wasla u l-AMAN/DMAN integrata fiż-żoni ta’ mmanuvrar tat-terminal b’densità għolja;

    (b)

    l-integrazzjoni u t-throughput tal-ajruport;

    (c)

    il-ġestjoni flessibbli tal-ispazju tal-ajru u spazju tal-ajru b’rotot liberi;

    (d)

    il-ġestjoni kollaborattiva tan-network;

    (e)

    il-ġestjoni tal-informazzjoni madwar is-sistema kollha;

    (f)

    il-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar it-trajettorja inizjali.

    2.   Il-partijiet interessati operattivi identifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jimplimentaw il-funzjonalitajiet tal-ATM imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jimplimentaw il-proċeduri operattivi assoċjati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament. Il-partijiet interessati operattivi militari għandhom jużaw dawk il-funzjonalitajiet tal-ATM biss sal-punt meħtieġ biex jikkonformaw mar-raba’ u mal-ħames sottoparagrafi tal-punt 3.2 tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (9)

    Artikolu 4

    Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 409/2013 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punti (1), (2) u (3) huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “(1)

    “Impriża Konġunta SESAR” tfisser il-korp stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 (*1), jew is-suċċessur tiegħu, inkarigat bil-kompitu tal-ġestjoni u l-koordinazzjoni tal-fażi tal-iżvilupp tal-proġett SESAR;

    (2)

    “skema ta’ imposti” tfisser l-iskema stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 (*2);

    (3)

    “funzjonalità tal-ATM” tfisser grupp ta’ funzjonijiet jew servizzi operattivi interoperabbli tal-ATM relatati mal-ġestjoni tat-trajettorja, tal-ispazju tal-ajru u tas-superfiċe jew mal-kondiviżjoni tal-informazzjoni fl-ambjenti operazzjonali tul ir-rotta, tat-terminal, tal-ajruport jew tan-network;

    (*1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1)."

    (*2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-ajru uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1).”;"

    (b)

    jiddaħħlu l-punti (3 a) u (3b) li ġejjin:

    “(3a)

    “sottofunzjonalità tal-ATM” tfisser parti integrali minn funzjonalità tal-ATM li tikkonsisti f’funzjoni jew f’servizz operattivi, li tikkontribwixxi għall-ambitu ġenerali tal-funzjonalità;

    (3b)

    “soluzzjoni SESAR” tfisser il-produzzjoni tal-fażi tal-iżvilupp SESAR, li tintroduċi teknoloġiji standardizzati u interoperabbli ġodda jew imtejba u proċeduri operattivi armonizzati li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM;”;

    (c)

    jiddaħħal il-punt (4a) li ġej:

    “(4a)

    “implimentazzjoni sinkronizzata” tfisser implimentazzjoni tal-funzjonalitajiet tal-ATM b’mod sinkronizzat fuq żona ġeografika definita, li tinkludi mill-inqas żewġ Stati Membri fl-EATMN, jew bejn il-partijiet interessati operattivi tal-ajru u dawk fuq l-art, abbażi ta’ ppjanar komuni li jinkludi dati fil-mira għall-implimentazzjoni u l-miżuri tranżitorji rilevanti għall-mobilizzazzjoni progressiva u li jinvolvi diversi partijiet interessati operattivi;”;

    (d)

    il-punt 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(6)

    “implimentazzjoni” tfisser, b’referenza għall-funzjonalitajiet tal-ATM, l-akkwist, l-installazzjoni, l-ittestjar, it-taħriġ u t-tħaddim tat-tagħmir u s-sistemi, inklużi l-proċeduri operazzjonali assoċjati, imwettqa mill-partijiet interessati operattivi;”;

    (e)

    jiddaħħlu l-punti (6a) u (6b) li ġejjin:

    “(6a)

    “data fil-mira għall-implimentazzjoni” tfisser data sa meta l-implimentazzjoni tal-funzjonalità jew tas-sottofunzjonalità tal-ATM għandha titlesta;

    (6b)

    “data fil-mira għall-industrijalizzazzjoni” tfisser data sa meta l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-funzjonalità jew is-sottofunzjonalità tal-ATM biex tkun tista’ tiġi implimentata;”;

    (f)

    il-punti (8), (9) u (10) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

    “(8)

    “skema ta’ prestazzjoni” tfisser skema stabbilita mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317;

    (9)

    “miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni Ewropea kollha” tfisser il-miri msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317;

    (10)

    “partijiet interessati operattivi” tfisser il-Maniġer tan-Network u ċ-ċivil u l-militar: l-utenti tal-ispazju tal-ajru, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, l-operaturi tal-ajruporti;”;

    (g)

    jiżdied il-punt (11) li ġej:

    “(11)

    ‘proġett SESAR’ tfisser ċiklu ta’ innovazzjoni li jipprovdi lill-Unjoni b’sistema ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru bi prestazzjoni għolja, standardizzata u interoperabbli, li tinkludi l-fażijiet ta’ definizzjoni, żvilupp u mobilizzazzjoni tas-SESAR.”;

    (2)

    L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 4

    Għan u kontenut

    1.   Il-proġetti komuni għandhom jidentifikaw il-funzjonalitajiet tal-ATM u s-sottofunzjonalitajiet tagħhom. Dawk il-funzjonalitajiet u s-sottofunzjonalitajiet għandhom ikunu bbażati fuq soluzzjonijiet tas-SESAR li jindirizzaw il-bidliet operattivi essenzjali definiti fil-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM, għandhom ikunu lesti għall-implimentazzjoni u għandhom jeħtieġu implimentazzjoni sinkronizzata.

    It-tħejjija għall-implimentazzjoni għandha tiġi vvalutata, fost affarijiet oħra, abbażi tar-riżultati tal-validazzjoni mwettqa matul il-fażi tal-iżvilupp, l-istatus tal-industrijalizzazzjoni u valutazzjoni tal-interoperabbiltà, kif ukoll fir-rigward tal-Pjan Globali tan-Navigazzjoni bl-Ajru tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”) u tal-materjal rilevanti tal-ICAO.

    2.   Il-proġetti komuni għandhom jistabbilixxu għal kull funzjonalità u sottofunzjonalità tal-ATM il-karatteristiċi li ġejjin:

    (a)

    il-bidliet operattivi essenzjali li jikkontribwixxu għalihom;

    (b)

    il-kamp ta’ applikazzjoni operattiv u tekniku;

    (c)

    l-ambitu ġeografiku;

    (d)

    il-partijiet interessati tal-operazzjoni li huma meħtieġa jimplimentawhom;

    (e)

    ir-rekwiżiti tas-sinkronizzazzjoni;

    (f)

    id-dati fil-mira għall-implimentazzjoni;

    (g)

    l-interdipendenzi ma’ funzjonalitajiet jew ma’ sottofunzjonalitajiet oħra.

    3.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-proġetti komuni jistgħu jinkludu wkoll funzjonalitajiet jew sottofunzjonalitajiet tal-ATM li mhumiex lesti għall-implimentazzjoni iżda li jikkostitwixxu komponent essenzjali tal-proġett komuni kkonċernat u sakemm l-industrijalizzazzjoni tagħhom titqies bħala finalizzata fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tal-proġett komuni kkonċernat. Għal dak il-għan, data fil-mira għall-industrijalizzazzjoni għal dawk il-funzjonalitajiet jew sottofunzjonalitajiet tal-ATM għandha wkoll tiġi definita fil-proġett komuni.

    4.   Fl-iskadenza tad-data fil-mira għall-industrijalizzazzjoni, il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, għandha tivverifika li l-funzjonalitajiet jew is-sottofunzjonalitajiet tal-ATM imsemmija fil-paragrafu 3 ġew standardizzati u li huma lesti għall-implimentazzjoni. Meta jinstab li ma jkunux lesti għall-implimentazzjoni, dawn għandhom jiġu rtirati mir-regolament tal-proġett komuni.

    5.   Il-maniġer tal-mobilizzazzjoni, l-Impriża Konġunta SESAR, l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, l-Eurocae u l-industrija tal-manifattura rilevanti għandhom jikkooperaw taħt il-koordinazzjoni tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea biex jiżguraw li d-data fil-mira għall-industrijalizzazzjoni tintlaħaq.

    6.   Il-proġetti komuni għandhom ukoll:

    (a)

    ikunu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni Ewropea kollha u jikkontribwixxu għalihom;

    (b)

    juru l-interess ekonomiku pożittiv għall-EATMN, ibbażat fuq analiżi tal-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji, u jidentifika kwalunkwe impatt negattiv potenzjali lokali jew reġjonali għal kwalunkwe kategorija speċifika ta’ partijiet interessati operattivi;

    (c)

    iqisu l-elementi tal-mobilizzazzjoni rilevanti speċifikati fil-Pjan Strateġiku għan-Network u fil-Pjan Operattiv tan-Network tal-Maniġer tan-Network;

    (d)

    juru prestazzjoni ambjentali aħjar.”;

    (3)

    L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.

    Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Maniġer tan-Network, mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, mill-Korp tar-Rieżami tal-Prestazzjoni fir-rwoli u l-kompetenzi rispettivi tagħhom, u mill-impriża Konġunta SESAR, mill-Eurocontrol, mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, mill-Eurocae u mill-maniġer tal-mobilizzazzjoni. Dawk il-korpi għandhom jinvolvu lill-partijiet interessati operattivi u lill-industrija tal-manifattura.”;

    (b)

    jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

    “2a.

    L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, fuq talba tal-Kummissjoni, għandha tipprovdi opinjoni dwar it-tħejjija teknika għall-mobilizzazzjoni tal-funzjonalitajiet tal-ATM, u tas-sottofunzjonalitajiet tagħhom, proposti għal proġett komuni.”;

    (c)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3.

    Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati skont l-Artikoli 6 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 inkluż permezz tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, fil-kompetenza tagħha biex tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-fehmiet militari, u lill-grupp konsultattiv ta’ esperti dwar id-dimensjoni soċjali tal-ajru uniku Ewropew dwar il-proposti tagħha għal proġetti komuni.

    Il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-proposti għal proġetti komuni jiġu approvati mill-utenti tal-ispazju tal-ajru u mill-partijiet interessati operattivi fuq l-art li huma meħtieġa jimplimentaw proġett komuni speċifiku.”;

    (d)

    il-paragrafu 4 jitħassar;

    (e)

    jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:

    “7.

    L-Istati Membri u l-Maniġer tan-Network għandhom jinkludu l-investimenti relatati mal-implimentazzjoni ta’ proġetti komuni fil-pjanijiet ta’ prestazzjoni u fil-pjan ta’ prestazzjoni tan-Network.”;

    (4)

    L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 2, il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(g)

    jistabbilixxi koordinazzjoni mal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea u mal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-industrijalizzazzjoni u tiġi promossa l-interoperabbiltà tal-funzjonalitajiet u s-sottofunzjonalitajiet tal-ATM;”;

    (b)

    Il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, biex tiżgura li r-rekwiżiti u l-istandards tas-sikurezza, tal-interoperabbiltà u dawk ambjentali tal-proġetti komuni jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3) u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, u mal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 6 tiegħu;

    (*3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).”;"

    (ii)

    il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(e)

    l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni u l-Eurocae, biex jiffaċilitaw u jimmonitorjaw il-proċessi tal-istandardizzazzjoni industrijali u l-użu tal-istandards li jirriżultaw.”;

    (5)

    L-Artikolu 9(2) huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (j) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(j)

    l-iżgurar ta’ koordinazzjoni xierqa mal-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali;”;

    (b)

    jiżdied il-punt (k) li ġej:

    “(k)

    l-iżgurar ta’ koordinazzjoni xierqa mal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea.”;

    (6)

    L-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 11

    Għan u kontenut

    1.   Il-programm tal-mobilizzazzjoni għandu jipprovdi pjan ta’ ħidma komprensiv u strutturat tal-attivitajiet kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji, proċeduri u l-aħjar prattiki meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ proġetti komuni. Il-programm tal-mobilizzazzjoni għandu jispeċifika l-abilitaturi teknoloġiċi għall-implimentazzjoni tal-proġetti komuni.

    2.   Il-programm tal-mobilizzazzjoni għandu jiddefinixxi kif l-implimentazzjoni tal-proġetti komuni għandha tkun sinkronizzata fi ħdan l-EATMN, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti u l-limitazzjonijiet operattivi lokali.

    3.   Il-programm tal-mobilizzazzjoni għandu jikkostitwixxi r-referenzi għall-partijiet interessati operattivi kollha meħtieġa biex jimplimentaw proġetti komuni u għal-livelli ta’ ġestjoni u ta’ implimentazzjoni. Il-partijiet interessati operattivi għandhom jipprovdu lill-maniġer tal-mobilizzazzjoni bl-informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni tal-programm tal-mobilizzazzjoni. Il-programm tal-mobilizzazzjoni għandu jkun parti mill-ftehim qafas ta’ sħubija u, bħala tali, il-benefiċjarji kollha għandhom jimpenjaw ruħhom li jimplimentawh.”.

    Artikolu 5

    Tħassir

    Ir-Regolament (UE) Nru 716/2014 jitħassar.

    Artikolu 6

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-1 ta’ Frar 2021.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta’ proġetti komuni, it-twaqqif ta’ governanza u l-identifikazzjoni ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ĠU L 123, 4.5.2013, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-istabbiliment tal-Proġett Pilota Komuni li jsostni l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 19).

    (4)  Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3).

    (5)  Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 73).

    (6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1048 tat-18 ta’ Lulju 2018 li jistipula rekwiżiti dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi dwar navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (ĠU L 189, 26.7.2018, p. 3).

    (7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru (ĠU L 342, 24.12.2005, p. 20).

    (8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-ajru uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1).

    (9)  Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).


    ANNESS

    1.   AF 1: Il-ġestjoni estiża tal-wasla u l-ġestjoni integrata tal-wasla/tat-tluq fiż-żoni ta’ mmanuvrar tat-terminals ta’ densità għolja

    1.1.   Kamp ta’ applikazzjoni operattiv u tekniku

    1.1.1.   Is-sottofunzjonalità tal-ATM dwar il-ġestjoni tal-wasla estiża għall-ispazju tal-ajru tul ir-rotta

    Ġenerali

    Il-ġestjoni tal-wasla (AMAN) estiża għall-ispazju tal-ajru tul ir-rotta (“AMAN estiża”) tikkontribwixxi għall-bidla operattiva essenzjali (EOC) tal-“Prestazzjoni tal-ajruport u tat-TMA”. Dan jestendi l-orizzont tal-AMAN għal minimu ta’ 180 mil nawtiku mill-ajruport tal-wasla. Is-sekwenzar/il-kejl tat-traffiku jrid isir tul ir-rotta qabel il-parti ta’ fuq tal-inżul sabiex titjieb il-prevedibbiltà u biex jiġi ffaċilitat il-fluss tat-traffiku.

    Rekwiżiti tas-sistema

    (a)

    Is-sistemi estiżi tal-AMAN iridu jipprovdu informazzjoni dwar il-ħin tas-sekwenza tal-wasla u avviżi assoċjati f’sistemi tal-ATC tul ir-rotta għal minimu ta’ 180 mil nawtiku mill-ajruport tal-wasla kif ukoll f’sistemi tal-ATC tal-ajruporti affettwati mill-orizzont estiż tal-AMAN, sakemm ma tkunx rakkomandata distanza iqsar fil-programm tal-mobilizzazzjoni.

    (b)

    It-teknoloġija eżistenti tal-iskambju tad-data tista’ tintuża diment li jkun hemm SWIM disponibbli.

    1.1.2.   Is-sottofunzjonalità tal-ATM dwar l-integrazzjoni tal-AMAN/DMAN

    Ġenerali

    L-integrazzjoni tal-AMAN/DMAN tikkontribwixxi għall-EOC tal-“Prestazzjoni tal-ajruport u tat-TMA”. Il-ġestjoni tat-tluq (DMAN) tikkalkula s-sekwenza ottima ta’ qabel it-tluq abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-ajruport, mil-linja tal-ajru u mill-ATC. B’mod simili, l-AMAN tikkalkula l-flussi ottimali tal-wasliet lejn l-ajruport. L-integrazzjoni tas-sekwenza tar-runway, b’rispett għal-limitazzjonijiet tal-AMAN u tad-DMAN, tippermetti l-aħjar użu tar-runways. Meta integrazzjoni bħal din tinterferixxi mar-rekwiżit ta’ 180 mil nawtiku għall-AMAN estiża, is-sistema tiġi rfinata biex tippermetti l-akbar orizzont possibbli.

    Rekwiżiti tas-sistema

    (a)

    L-amalgamazzjoni tal-flussi tat-tluq u tal-wasla titwettaq bl-integrazzjoni tal-funzjonijiet eżistenti tal-AMAN u tad-DMAN fejn ir-runways huma operati b’modalità mħallta;

    (b)

    Is-sistemi tal-AMAN u tad-DMAN iridu jkunu jistgħu jikkondividu d-data li għandha tiġi inkluża fl-algoritmi tal-ippjanar tagħhom billi jikkalkulaw il-flussi tal-wasla u tat-tluq.

    1.2.   Il-Kamp ta’ Applikazzjoni Ġeografiku

    1.2.1.   L-ajruporti meħtieġa biex joperaw il-ġestjoni tal-wasla estiża għall-ispazju tal-ajru tul ir-rotta

    L-ajruporti li ġejjin huma meħtieġa li joperaw l-AMAN:

    (a)

    Adolfo Suarez Madrid-Barajas;

    (b)

    Amsterdam Schiphol;

    (c)

    Barcelona El Prat;

    (d)

    L-ajruport Brandenburg ta’ Berlin;

    (e)

    L-ajruport Nazzjonali ta’ Brussell;

    (f)

    Copenhagen Kastrup;

    (g)

    Dublin;

    (h)

    L-ajruport Internazzjonali ta’ Düsseldorf;

    (i)

    L-ajruport Internazzjonali ta’ Frankfurt;

    (j)

    Milan-Malpensa;

    (k)

    Munich Franz Josef Strauss;

    (l)

    Nice Cote d’Azur;

    (m)

    Palma de Mallorca Son Sant Joan;

    (n)

    Pariġi-CDG;

    (o)

    Pariġi-Orly;

    (p)

    Ruma-Fiumicino;

    (q)

    Stokkolma-Arlanda;

    (r)

    Vjenna Schwechat;

    L-AMAN trid tiġi implimentata fis-setturi assoċjati tul ir-rotta.

    1.2.2.   L-ajruporti meħtieġa joperaw l-integrazzjoni tal-AMAN/DMAN

    L-integrazzjoni tal-AMAN/DMAN tapplika għall-ajruporti li għandhom runway waħda jew runways dipendenti, li jistgħu joperaw b’modalità mħallta jew għandhom runway tat-tluq marbuta b’dipendenza ma’ runway tal-wasla. L-integrazzjoni tal-AMAN/DMAN trid tiġi operata fl-ajruporti li ġejjin kif ukoll fis-setturi assoċjati ta’ avviċinament u tul ir-rotta:

    (a)

    L-ajruport Brandenburg ta’ Berlin;

    (b)

    L-ajruport Internazzjonali ta’ Düsseldorf;

    (c)

    Milan-Malpensa;

    (d)

    Nice Côte d’Azur;

    (e)

    Pariġi-CDG.

    1.3.   Il-partijiet interessati meħtieġa biex jimplimentaw il-funzjonalità u d-dati fil-mira għall-implimentazzjoni

    (a)

    Il-fornituri tal-ATS u l-Maniġer tan-Network iridu jiżguraw li l-unitajiet tal-ATS li jipprovdu servizzi tal-ATC fl-ispazju tal-ajru tat-terminal tal-ajruporti msemmija fil-punt 1.2 u s-setturi assoċjati tul ir-rotta joperaw l-AMAN estiża sad-data fil-mira għall-implimentazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2024.

    (b)

    Il-fornituri tal-ATS iridu jiżguraw li l-unitajiet tal-ATS li jipprovdu servizzi tal-ATC fl-ispazju tal-ajru tat-terminal tal-ajruporti msemmija fil-punt 1.2 u s-setturi assoċjati tal-avviċinament joperaw l-AMAN/DMAN integrati sad-data fil-mira għall-implimentazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2027.

    (c)

    Is-servizzi tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (“ATC”) fiż-żoni ta’ kontroll tat-terminal (“TMA”) li jimplimentaw operazzjonijiet estiżi tal-AMAN iridu jikkordinaw mal-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (“ATS) responsabbli għal setturi kontigwi tul ir-rotta kif ukoll mal-unitajiet tal-ATS responsabbli għat-traffiku ’il ġewwa li joriġinaw minn ajruporti koperti mill-orizzont estiż tal-AMAN.

    1.4.   Il-ħtieġa għas-sinkronizzazzjoni

    L-ajruporti elenkati fil-punt 1.2 jikkostitwixxu massa kritika ta’ partijiet interessati operattivi għall-kisba tat-titjib fil-prestazzjoni tan-network mistennija mill-AMAN estiża u l-integrazzjoni tal-funzjonalitajiet tal-AMAN/DMAN. Dawk il-benefiċċji jimmaterjalizzaw aktar malajr jekk dawk l-ajruporti u l-partijiet interessati operattivi l-oħrajn kollha involuti jkunu jistgħu joperaw dik il-funzjonalità simultanjament. Dan jeħtieġ is-sinkronizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ AMAN estiża u tal-integrazzjoni tal-AMAN/DMAN, inkluż l-investimenti relatati, skont skeda ta’ żmien miftiehma li trid tiġi definita fil-programm tal-mobilizzazzjoni sabiex jiġu evitati lakuni fl-implimentazzjoni fl-ambitu ġeografiku. Is-sinkronizzazzjoni hija meħtieġa wkoll biex jiġi żgurat li l-partijiet interessati kollha kkonċernati jkollhom l-infrastruttura meħtieġa biex jiskambjaw l-informazzjoni dwar it-trajettorja (profil i4D) u biex tiġi żgurata konformità mal-limiti fil-punti tal-metraġġ.

    1.5.   It-titjib ambjentali mistenni

    Din il-funzjonalità hija ffukata fuq il-ġestjoni u t-tnaqqis tad-dewmien f’altitudnijiet aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil fil-fażi tul ir-rotta tat-titjira u fuq l-assorbiment tad-dewmien fuq l-art fl-ajruporti milquta.

    L-AMAN estiża tippermetti l-aħjar trajettorji tat-titjira u profili vertikali li jtejbu l-ħtiġijiet tal-livell tal-ispinta. Dan jirriżulta f’operazzjonijiet b’inqas storbju u li jiġi evitat it-tlugħ gradwali fuq żoni popolati qrib il-mitjar. Il-funzjonalità AF1 tipprovdi wkoll l-opportunità għall-ħolqien ta’ trajettorji tat-titjiriet fuq żoni sensittivi għal inqas storbju, li jippermettu profili ottimi ta’ reżistenza tal-arja bi storbju ajrudinamiku mnaqqas.

    L-implimentazzjoni sħiħa tal-AF1 se ttejjeb l-istrateġiji tal-immaniġjar tad-dewmien u tal-assorbiment u se tnaqqas l-istennija ta’ livell baxx fit-TMA, u b’hekk tnaqqas l-emissjonijiet tal-istorbju u ttejjeb il-kwalità tal-arja fl-ajruporti u madwarhom.

    L-integrazzjoni tal-wasliet u tat-tluq fuq runways b’modalità mħallta u l-mitigazzjoni tal-iżbilanċi tad-domanda u tal-kapaċità jintlaħqu bil-ħolqien ta’ distakki xierqa fit-tluq fis-sekwenza tal-wasla. L-ajruporti jirċievu l-benefiċċji ta’ allokazzjoni mtejba tal-istands u ta’ mmaniġjar aħjar tal-passiġġieri kif ukoll ta’ ġestjoni aħjar tal-flotta tal-art (il-vetturi) u b’hekk jiffrankaw il-fjuwil u jnaqqsu l-istorbju (il-flotta tal-art) fil-mitjar u madwaru, inaqqsu s-CO2 u sustanzi niġġieża oħrajn fil-forma ta’ partikoli sospiżi. Il-linji tal-ajru jiggwadanjaw direttament mit-tnaqqis fl-ispiża operattiva billi jiffrankaw il-fjuwil u jiffrankaw iktar CO2 huma u jassorbu d-dewmien fl-istand jew iktar kmieni meta jassorbu d-dewmien f’altitudnijiet ogħla u iktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil matul il-wasliet.

    1.6.   Interdipendenzi ma’ funzjonalitajiet oħrajn tal-ATM

    L-AF1 għandha interdipendenzi ma’:

    strixxi elettroniċi tat-titjir (“EFS”) u DMAN stabbiliti fl-AF2;

    il-ġestjoni kollaborattiva tan-network biex jiġu kkoordinati l-ħinijiet fil-mira rikonċiljati għal titjib fis-sekwenzar tal-ATFCM u tal-wasla, stabbiliti fl-AF 4;

    Is-servizzi tal-SWIM stabbiliti fl-AF5, fejn SWIM hi disponibbli.

    2.   AF 2: L-integrazzjoni u t-throughput tal-ajruport

    L-AF 2 tikkontribwixxi għall-EOC tal-“prestazzjoni tal-ajruport u tat-TMA”. L-għan ewlieni tal-AF2 huwa li jiġu limitati r-restrizzjonijiet imposti fuq it-traffiku tal-ajru fl-ajruporti mingħajr ma jiġu pperikolati t-tkabbir tat-traffiku, is-sikurezza jew l-ambjent. L-AF2 tiffoka fuq l-ottimizzazzjoni tal-użu tal-infrastruttura tal-ajruporti sabiex jiġi żgurat throughput tat-traffiku tal-ajru sikur u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. Tiffoka wkoll fuq l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ data operattivi aġġornati mal-partijiet interessati kollha involuti fit-turnaround tat-traffiku tal-ajru.

    2.1.   Kamp ta’ applikazzjoni operattiv u tekniku

    2.1.1.   Is-sottofunzjonalità tal-ATM fuq il-Ġestjoni tat-Tluq Sinkronizzata b’sekwenzar ta’ Qabel it-tluq

    Ġenerali

    Il-Ġestjoni tat-tluq (“DMAN“) sinkronizzata mas-sekwenzar ta’ qabel it-tluq hija mezz biex jittejbu l-flussi tat-tluq f’ajruport wieħed jew aktar billi jiġi kkalkulat il-ħin fil-mira tat-take-off (“TTOT” - Target Take Off Time) u l-ħin fil-mira tal-approvazzjoni għall-bidu tat-titjira (“TSAT” - Target Start Approval Time) għal kull titjira, filwaqt li jitqiesu diversi restrizzjonijiet u preferenzi.

    Id-DMAN tikkonsisti fil-kejl tal-fluss tat-tluq lejn runway permezz tal-ġestjoni tal-ħinijiet off-block (permezz tal-ħinijiet ta’ bidu) li jqisu l-kapaċità tar-runway disponibbli.

    Id-DMAN sinkronizzata mas-sekwenzar ta’ qabel it-tluq tnaqqas il-ħinijiet tat-taxiing, iżżid l-aderenza mas-slot tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (“Slot tal-ATFM”) u l-prevedibbiltà tal-ħinijiet tat-tluq. Id-DMAN għandha l-għan li timmassimizza l-fluss tat-traffiku fuq ir-runway billi tistabbilixxi sekwenza b’separazzjonijiet ottimizzati.

    Il-partijiet interessati operattivi li jaħdmu skont il-prinċipji tat-teħid kollaborattiv ta’ deċiżjonijiet tal-ajruporti (“A-CDM”) iridu jistabbilixxu flimkien is-sekwenzi ta’ qabel it-tluq, filwaqt li jqisu l-prinċipji miftiehma li għandhom jiġu applikati għal raġunijiet speċifiċi, bħall-ħin ta’ żamma tar-runway, l-aderenza tas-slots, ir-rotot tat-tluq, il-preferenzi tal-utenti tal-ispazju tal-ajru, il-curfew ta’ billejl, l-evakwazzjoni tal-istand/gate għall-inġenji tal-ajru li jaslu, il-kundizzjonijiet tat-temp avversi inklużi t-tneħħija tas-silġ, il-kapaċità attwali tat-taxi/tar-runway u l-limitazzjonijiet attwali.

    Rekwiżiti tas-sistema

    (a)

    Id-DMAN u s-sistemi li jappoġġaw l-A-CDM iridu jkunu integrati u jappoġġaw l-ottimizzazzjoni tas-sekwenzar ta’ qabel it-tluq bl-informazzjoni/data xierqa għall-utenti tal-ispazju tal-ajru (“TOBT” - Target Off Block Time) u l-partijiet interessati tal-ajruporti kkonċernati (it-trażmizzjonijiet tad-data kuntestwali).

    (b)

    Is-sistemi tad-DMAN iridu jelaboraw u jikkalkulaw sekwenzar kollaborattiv u jridu jipprovdu kemm it-TSAT kif ukoll it-TTOT. It-TSAT u t-TTOT iridu jqisu l-ħinijiet varjabbli tat-taxiing u jridu jiġu aġġornati skont it-tluq attwali tal-inġenju tal-ajru.

    (c)

    Is-sistemi tad-DMAN iridu jipprovdu lill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru bil-lista tat-TSAT u tat-TTOT għall-kejl tal-inġenju tal-ajru.

    (d)

    Għandha tiġi implimentata sistema ta’ input ta’ awtorizzazzjoni elettroniku (“ECI” - Electronic Clearance Input) bħall-EFS, li tippermetti lill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru biex idaħħal l-awtorizzazzjonijiet kollha mogħtija lill-inġenji tal-ajru jew lill-vetturi fis-sistema tal-ATC. Is-sistema jrid ikollha interfaċċji xierqa mal-A-SMGCS u max-xbieki tas-sikurezza tal-ajruport, li jippermettu l-integrazzjoni tal-istruzzjonijiet mogħtija mill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru ma’ data oħra bħall-pjan tat-titjira, is-sorveljanza, ir-rotot, ir-rotot ippubblikati, u l-allokazzjoni u l-proċeduri tal-gate.

    2.1.2.   Is-sottofunzjonalità tal-ATM dwar pjan tal-operazzjonijiet tal-ajruport

    Ġenerali

    Il-pjan tal-operazzjonijiet tal-ajruport (“AOP”) huwa pjan kontinwu li jinteraġixxi mas-servizzi, mas-sistemi u mal-partijiet interessati li jiġbru informazzjoni minn diversi sistemi. L-AOP irid jipprovdi l-informazzjoni kollha li hija rilevanti għan-network lill-pjan operattiv tan-network (“NOP”) f’ħin reali. L-AOP jappoġġa l-operazzjonijiet fiż-żona tal-art u fiż-żona tal-ajru fl-ajruporti b’kamp ta’ applikazzjoni akbar u b’kondiviżjoni akbar tad-data bejn l-ajruport u l-Maniġer tan-Network filwaqt li jibni fuq is-sistemi disponibbli ta’ appoġġ ta’ A-CDM.

    L-AOP irid jappoġġa l-erba’ servizzi operattivi li ġejjin billi jtejjeb l-effiċjenza operattiva ġenerali u jżid ir-reżiljenza tal-ajruport u tan-network għat-tfixkil bħal kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, l-għeluq ta’ runway u twissijiet tas-sigurtà:

    (a)

    imexxi s-servizz tal-prestazzjoni tal-ajruport;

    (b)

    jissorvelja s-servizz tal-prestazzjoni tal-ajruport;

    (c)

    jimmaniġġja s-servizz tal-prestazzjoni tal-ajruport;

    (d)

    iwettaq servizz ta’ analiżi ta’ wara l-operazzjonijiet.

    L-AOP jiġi ppreżentat fil-bidu ta’ kull staġun ta’ koordinazzjoni tas-slots fl-ajruport u jiġi kontinwament aġġornat matul il-fażi ta’ ppjanar fuq perjodu medju ta’ żmien, il-fażi ta’ ppjanar fuq perjodu qasir u l-fażi ta’ eżekuzzjoni. L-AOPs staġjonali jinħażnu biex jintużaw fl-analiżi ta’ wara l-operazzjonijiet.

    L-AOP jikkonsisti fl-AOP inizjali (l-iAOP) u fl-AOP estiż:

    (a)

    l-iAOP jinkludi l-elementi bażiċi għall-iskambju tal-elementi tad-data mal-NOP u jwitti t-triq għall-AOP estiż;

    (b)

    l-AOP estiż jinkludi l-għodda ta’ ġestjoni tal-AOP, il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-ajruport, il-valutazzjoni, l-appoġġ tal-ġestjoni u postoperazzjonijiet, skont l-integrazzjoni sħiħa tal-AOP/NOP.

    Rekwiżiti tas-sistema

    Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-iAOP, iridu jitqiesu l-elementi li ġejjin:

    (a)

    A-CDM;

    (b)

    Data tal-MET;

    (c)

    Għodda ta’ ġestjoni tal-AOP li jkun fiha l-pjan kontinwu tal-operazzjonijiet u tal-kapaċitajiet tal-ajruport (fiż-żona tal-ajru) għal perjodu ta’ żmien qasir;

    (d)

    l-AOP irid ikun konness mal-NOP permezz tas-servizz(i) tal-SWIM, meta jkun(u) disponibbli, u jrid jagħmel id-data kollha rilevanti għan-network disponibbli għan-network.

    Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni estiża tal-AOP, iridu jitqiesu l-elementi li ġejjin:

    (a)

    L-għodod ta’ ġestjoni tal-AOP li jinkludu l-pjan kontinwu tal-operazzjonijiet u l-kapaċitajiet tal-ajruport (fiż-żona tal-art u fiż-żona tal-ajru) għal kull perjodu ta’ żmien (minn perjodu medju sa post-ops);

    (b)

    is-sistema ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-ajruporti biex tiġi mmonitorjata l-prestazzjoni fir-rigward tal-għanijiet;

    (c)

    sistema ta’ valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-ajruport u ta’ appoġġ għall-ġestjoni biex tiġi vvalutata s-severità tad-devjazzjonijiet mill-pjan individwat mill-monitoraġġ tas-servizz tal-prestazzjoni tal-ajruport u l-impatt tagħhom fuq il-proċessi tal-ajruport u fuq il-prestazzjoni tal-ajruport;

    (d)

    għodda ta’ analiżi ta’ wara l-operazzjonijiet fl-ajruporti biex jiġu żviluppati rapporti ta’ analiżi post-ops standard u ad-hoc.

    2.1.3.   Is-sottofunzjonalità tal-ATM fuq xbieki tas-sikurezza tal-ajruporti

    Ġenerali

    Ix-xbieki tas-sikurezza tal-ajruporti jikkonsistu minn:

    is-servizz ta’ appoġġ għas-sikurezza fl-ajruport, li jikkontribwixxi għall-operazzjonijiet fiż-żona tal-ajru bħala titjib tas-sikurezza li jippermetti lill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru jipprevjenu perikli u inċidenti li jirriżultaw mill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru, mill-ekwipaġġ tat-titjira jew minn żbalji jew devjazzjonijiet operattivi tas-sewwieq ta’ vettura. Dan is-servizz jiddependi fuq li s-servizz ta’ sorveljanza jkun qed jaħdem;

    l-individwazzjoni u t-twissija fil-każ ta’ awtorizzazzjonijiet kunfliġġenti tal-ATC lill-inġenji tal-ajru u ta’ devjazzjoni tal-vetturi u tal-inġenji tal-ajru mill-istruzzjonijiet, mill-proċeduri jew mir-rotta tagħhom li jistgħu potenzjalment ipoġġu l-vetturi u l-inġenji tal-ajru f’riskju ta’ kolliżjoni.

    L-ambitu ta’ din is-sottofunzjonalità jinkludi ż-żona tal-moviment tas-superfiċe tar-runway u tal-mitjar.

    L-għodod ta’ appoġġ tal-ATC fl-ajrudrom huma parti vitali mix-xbieki ta’ sikurezza tal-ajruport u jridu jipprovdu l-individwazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet kunfliġġenti tal-ATC (“CATC”), il-monitoraġġ tal-konformità tat-twissijiet lill-kontrolluri (“CMAC”) u l-monitoraġġ tar-runway u t-twissija tal-kunflitti (“RMCA”). Dawk it-tliet funzjonijiet jitwettqu mis-sistema tal-ATC abbażi tal-għarfien tad-data, inkluż l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-inġenji tal-ajru u lill-vetturi mill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru, ir-runway assenjata u l-punt ta’ żamma. Il-kontrollur tat-traffiku tal-ajru jdaħħal awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-inġenji tal-ajru jew lill-vetturi fis-sistema tal-ATC bl-użu ta’ sistema diġitali, bħall-EFS jew is-sistemi bla strixxi. Il-lista ta’ awtorizzazzjonijiet li għandhom jiddaħħlu fis-sistema tal-ATC trid tiġi deskritta fil-programm tal-mobilizzazzjoni.

    Ix-xbieki tas-sikurezza tal-ajruport iridu javżaw lill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru meta l-inġenji tal-ajru u l-vetturi jiddevjaw mill-istruzzjonijiet, mil-proċeduri jew mir-rotta tal-ATC. L-istruzzjonijiet għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru jridu jiġu integrati mar-regoli u mal-proċeduri ppubblikati, u data oħra disponibbli bħall-pjan tat-titjira, is-sorveljanza u r-rotta. L-integrazzjoni ta’ dik id-data tippermetti lis-sistema timmonitorja l-informazzjoni u twissi lill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru kull meta jinstabu xi inkonsistenzi.

    Kwalunkwe limitazzjoni lokali għall-introduzzjoni tas-servizz ta’ appoġġ tas-sikurezza fl-ajruporti trid tiġi indikata fil-programm tal-mobilizzazzjoni. Il-funzjoni tal-RMCA taġixxi bħala għodda ta’ twissija għal żmien qasir, filwaqt li s-CATC u s-CMAC jaġixxu bħala għodod ta’ tbassir li għandhom l-għan li jipprevjenu sitwazzjonijiet fejn tista’ tiġi attivata twissija tal-RMCA.

    Rekwiżiti tas-sistema

    (a)

    Ix-xbieki tas-sikurezza tal-ajruport iridu jintegraw data tas-sorveljanza mis-sistema avvanzata ta’ gwida u kontroll tal-moviment tas-superfiċe (‘A-SMGCS’ - Advanced Surface Movement Guidance & Control System) u awtorizzazzjonijiet tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru relatati maż-żona ta’ kontroll. Il-monitoraġġ tal-konformità fl-ajruport irid jintegra d-data ta’ sorveljanza tal-A-SMGCS u meta jkunu disponibbli r-rotot tal-moviment tas-superfiċe u l-awtorizzazzjonijiet ta’ rotot tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru.

    (b)

    L-A-SMGCS trid tinkludi funzjoni li tiġġenera u tittrażmetti t-twissijiet xierqa. Dawn it-twissijiet huma maħsuba biex jissupplimentaw, mhux biex jissostitwixxu, l-RMCA eżistenti.

    (c)

    Il-pożizzjonijiet ta’ ħidma rilevanti kollha jridu jospitaw twissijiet u allerti b’interfaċċa bniedem-magna xierqa inkluż appoġġ għall-kanċellazzjoni ta’ twissija.

    (d)

    Il-mezzi ta’ input ta’ awtorizzazzjoni elettroniku (“ECI”) bħal strixxi elettroniċi tat-titjir (EFS), iżda mhux ta’ dak it-tip biss, għandhom jintegraw l-istruzzjonijiet mogħtija mill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru ma’ data oħra bħall-pjan tat-titjira, is-sorveljanza, ir-rotta meta tkun disponibbli, ir-regoli u l-proċeduri ppubblikati.

    2.2.   Il-Kamp ta’ Applikazzjoni Ġeografiku

    2.2.1.   L-ajruporti meħtieġa biex joperaw il-ġestjoni tat-tluq sinkronizzata bis-sekwenzar ta’ qabel it-tluq u x-xbieki ta’ sikurezza fl-ajruport

    Il-ġestjoni tat-tluq sinkronizzata bis-sekwenzar ta’ qabel it-tluq u x-xbieki tas-sikurezza tal-ajruport trid titħaddem fl-ajruporti li ġejjin:

    (a)

    Adolfo Suárez Madrid-Barajas;

    (b)

    Amsterdam Schiphol;

    (c)

    Barcelona El Prat;

    (d)

    L-ajruport Brandenburg ta’ Berlin;

    (e)

    L-ajruport Nazzjonali ta’ Brussell;

    (f)

    Copenhagen Kastrup;

    (g)

    Dublin;

    (h)

    L-ajruport Internazzjonali ta’ Düsseldorf;

    (i)

    L-ajruport Internazzjonali ta’ Frankfurt;

    (j)

    Milan-Malpensa;

    (k)

    Munich Franz Josef Strauss;

    (l)

    Nice Cote d’Azur;

    (m)

    Palma de Mallorca Son Sant Joan;

    (n)

    Pariġi-CDG;

    (o)

    Pariġi-Orly;

    (p)

    Ruma-Fiumicino;

    (q)

    Stokkolma-Arlanda;

    (r)

    Vienna Schwechat.

    2.2.2.   2.2.2 Ajruporti li jridu joperaw l-iAOP::

    (a)

    Adolfo-Suarez Madrid-Barajas;

    (b)

    Amsterdam Schiphol;

    (c)

    Barcelona El Prat;

    (d)

    L-ajruport Brandenburg ta’ Berlin;

    (e)

    L-ajruport Nazzjonali ta’ Brussell;

    (f)

    Copenhagen Kastrup;

    (g)

    Dublin;

    (h)

    L-ajruport Internazzjonali ta’ Düsseldorf;

    (i)

    L-ajruport Internazzjonali ta’ Frankfurt;

    (j)

    Milan-Malpensa;

    (k)

    Munich Franz Josef Strauss;

    (l)

    Nice Cote d’Azur;

    (m)

    Palma de Mallorca Son Sant Joan;

    (n)

    Pariġi-CDG;

    (o)

    Pariġi-Orly;

    (p)

    Ruma-Fiumicino;

    (q)

    Stokkolma-Arlanda;

    (r)

    Vjenna Schwechat;

    2.2.3.   Ajruporti li jridu joperaw l-AOP

    L-ajruporti li ġejjin huma meħtieġa li joperaw l-AOP:

    (a)

    Adolfo-Suarez Madrid-Barajas;

    (b)

    Amsterdam Schiphol;

    (c)

    Ateni Eleftherios Venizelos;

    (d)

    Barcelona El Prat;

    (e)

    L-ajruport Brandenburg ta’ Berlin;

    (f)

    L-ajruport Nazzjonali ta’ Brussell;

    (g)

    Copenhagen Kastrup;

    (h)

    L-ajruport ta’ Dublin;

    (i)

    L-ajruport Internazzjonali ta’ Düsseldorf;

    (j)

    L-ajruport Internazzjonali ta’ Frankfurt;

    (k)

    Hamburg;

    (l)

    Helsinki Vantaa;

    (m)

    Humberto Delgado – l-Ajruport ta’ Lisbona;

    (n)

    Lyon Saint-Exupéry;

    (o)

    Malaga Costa Del Sol;

    (p)

    Milan-Linate;

    (q)

    Milan-Malpensa;

    (r)

    Munich Franz Josef Strauss;

    (s)

    Nice Cote d’Azur;

    (t)

    Palma de Mallorca Son Sant Joan;

    (u)

    Pariġi-CDG;

    (v)

    Pariġi-Orly;

    (w)

    Praga;

    (x)

    Ruma-Fiumicino;

    (y)

    Stokkolma-Arlanda;

    (z)

    Stuttgart;

    (aa)

    Vjenna Schwechat;

    (bb)

    Varsavja Chopin.

    2.3.   Il-partijiet interessati meħtieġa biex jimplimentaw il-funzjonalità u d-dati fil-mira għall-implimentazzjoni

    Il-fornituri tal-ATS u l-operaturi tal-ajruporti li jipprovdu servizzi fl-ajruporti msemmija fil-punt 2.2 iridu joperaw:

    il-ġestjoni tat-tluq sinkronizzata mas-sekwenzar ta’ qabel it-tluq sad-data fil-mira għall-implimentazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2022;

    l-iAOP sad-data fil-mira għall-implimentazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2023;

    l-AOP (inizjali u estiż) sad-data fil-mira għall-implimentazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2027;

    ix-xbieki tas-sikurezza tal-ajruporti sad-data fil-mira għall-implimentazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2025.

    Il-partijiet interessati li huma operaturi tal-ajruport fiż-żona tal-art u fiż-żona tal-ajru elenkati hawn taħt iridu jagħmlu bidliet fl-isfera tal-operat tagħhom u jridu jużaw u jikkondividu l-AOP bħala s-sors ewlieni ta’ informazzjoni għall-operazzjonijiet tal-ajruport:

    (a)

    l-operaturi tal-ajruporti;

    (b)

    l-operaturi tal-inġenji tal-ajru;

    (c)

    il-ground handlers;

    (d)

    il-kumpaniji li jneħħu s-silġ;

    (e)

    il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (“ANSP”);

    (f)

    operazzjonijiet tan-network;

    (g)

    fornituri ta’ servizz tal-MET;

    (h)

    servizzi ta’ appoġġ (il-pulizija, id-dwana u l-immigrazzjoni, eċċ.).

    2.4.   Il-ħtieġa għas-sinkronizzazzjoni

    L-ajruporti u l-partijiet interessati fil-mira msemmija fil-punt 2.3 iridu jissinkronizzaw l-implimentazzjoni tas-sottofunzjonalitajiet rilevanti tal-AF2 skont il-programm tal-mobilizzazzjoni sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni f’waqtha tal-proċeduri operattivi marbuta mal-AMAN/DMAN u x-xbieki ta’ sikurezza tal-ajruport sabiex il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru jużaw l-istess avviċinament fl-ajruporti kkonċernati kollha u għalhekk l-ekwipaġġi jsegwu l-istess struzzjonijiet.

    2.5.   It-titjib ambjentali mistenni

    L-AF2 se tikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità tal-arja, billi tottimizza x-xejriet tat-traffiku tal-ajru fuq l-art u fl-ajru, iżżid il-prevedibbiltà, tnaqqas il-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tal-istorbju relatati mat-trajettorji tat-titjiriet, għall-popolazzjonijiet u l-komunitajiet ġirien tal-ajruporti elenkati fil-punt 2.2.

    2.6.   Interdipendenzi ma’ funzjonalitajiet oħrajn tal-ATM

    L-AF2 għandha interdipendenzi ma’:

    (a)

    l-AMAN estiża u l-integrazzjoni tal-AMAN/DMAN stabbiliti fl-AF1;

    (b)

    l-integrazzjoni tal-AOP/NOP stabbilita fl-AF4;

    (c)

    SWIM stabbilita fl-AF5.

    3.   AF 3: Il-ġestjoni flessibbli tal-ispazju tal-ajru u tal-ispazju tal-ajru b’rotot liberi

    3.1.   Kamp ta’ Applikazzjoni Operattiv u Tekniku

    3.1.1.   Is-sottofunzjonalità tal-ATM: Il-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru u l-użu flessibbli avvanzat tal-ispazju tal-ajru

    Ġenerali

    Il-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru u l-użu flessibbli avvanzat tal-ispazju tal-ajru jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-EOC tal-“ispazju tal-ajru kompletament dinamiku u ottimizzat”. Iż-żieda fil-prestazzjoni tal-ATM teħtieġ li l-bidliet fl-istatus tal-ispazju tal-ajru jiġu kondiviżi b’mod kostanti mal-atturi kollha tal-ATM ikkonċernati, b’mod partikolari mal-Maniġer tan-Network, mal-ANSPs u mal-utenti tal-ispazju tal-ajru (iċ-ċentru tal-operazzjonijiet tat-titjiriet/iċ-ċentru tal-operazzjonijiet tal-ġwienaħ (“FOC/WOC”)). Il-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru (“ASM”) u l-użu flessibbli avvanzat tal-ispazju tal-ajru (“A-FUA”) għandhom l-għan li jipprovdu l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru l-aktar effiċjenti b’rispons għall-ħtiġijiet tal-utent tal-ispazju tal-ajru. L-ASM bil-A-FUA tipprovdi soluzzjoni għall-ġestjoni dinamika tad-domandi tal-utenti tal-ispazju tal-ajru f’diversi ambjenti operazzjonali.

    Il-proċeduri u l-proċessi tal-ASM jiffaċilitaw operazzjonijiet ta’ spazju tal-ajru b’rotot liberi mingħajr referenza għal network b’rotot fissi fejn l-ispazju tal-ajru jkun ġestit b’mod dinamiku, permezz ta’ żona ta’ profil varjabbli (“FSV”), ta’ żona ristretta temporanja (“TRA”) jew ta’ żona segregata temporanja (“TSA”). L-ASM ibbażata fuq konfigurazzjonijiet predefiniti tal-ispazju tal-ajru tissodisfa l-aspettattivi tal-prestazzjoni tan-network tal-ATM filwaqt li tibbilanċja d-domanda tal-partijiet interessati operattivi mal-kapaċità disponibbli.

    Il-kondiviżjoni tad-data trid tittejjeb permezz tad-disponibbiltà ta’ strutturi tal-ispazju tal-ajru ddefiniti minn qabel b’appoġġ għall-implimentazzjoni aktar dinamika tal-ASM u tal-ispazju tal-ajru b’rotot liberi (“FRA”). L-ASM bil-ġestjoni tal-fluss u tal-kapaċità tat-traffiku tal-ajru (“ATFCM”) tappoġġa konfigurazzjonijiet u xenarji predefiniti tal-ispazju tal-ajru, li jipprovdu organizzazzjoni dinamika effiċjenti tal-ispazju tal-ajru, inkluż konfigurazzjonijiet tas-settur, biex ilaħħqu kemm mat-talbiet tal-utenti tal-ispazju tal-ajru ċivili kif ukoll ma’ dawk militari.

    Is-soluzzjonijiet tal-ASM iridu jappoġġaw lill-utenti kollha tal-ispazju tal-ajru u jkunu bbażati fuq id-domanda mbassra li tasal mill-funzjoni tal-ġestjoni tal-fluss u tal-kapaċità tat-traffiku tal-ajru lokali (ATFCM) fir-rigward taċ-Ċelloli tal-Ġestjoni tal-Ispazju tal-Ajru (AMCs - Airspace Management Cells) u tal-Maniġer tan-Network. Is-sistema trid tappoġġa l-attivitajiet transfruntiera li jirriżultaw f’użu kondiviż tal-volum tal-ispazju tal-ajru irrispettivament mill-fruntieri nazzjonali.

    It-titjib fl-NOP irid jinkiseb permezz ta’ proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv bejn il-partijiet interessati operattivi kollha involuti.

    Rekwiżiti tas-sistema

    (a)

    Is-sistemi ta’ appoġġ għall-ASM iridu jappoġġaw in-networks tar-rotot fissi u kundizzjonali, l-FRA u l-konfigurazzjonijiet flessibbli tas-settur u jridu jkunu kapaċi jirrispondu għad-domandi li qed jinbidlu għall-ispazju tal-ajru.

    (b)

    Is-sistema tal-ASM trid tappoġġa l-attivitajiet transfruntiera li jirriżultaw f’użu kondiviż ta’ volum ta’ spazju tal-ajru irrispettivament mill-konfini nazzjonali.

    (c)

    L-informazzjoni dwar l-istatus tal-ispazju tal-ajru, inkluż ir-riżervazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru, trid tkun aċċessibbli permezz tas-sistemi tal-Maniġer tan-Network - bl-użu tas-servizzi tal-SWIM disponibbli kif stabbilit fil-punt 5.1.3 - li jrid ikun fihom konfigurazzjonijiet aġġornati u proġettati tal-ispazju tal-ajru biex jippermettu lill-utenti tal-ispazju tal-ajru jirreġistraw u jimmodifikaw il-pjanijiet tat-titjiriet tagħhom abbażi ta’ informazzjoni f’waqtha u preċiża.

    (d)

    Is-sistemi tal-ATC iridu jappoġġaw konfigurazzjoni flessibbli tas-setturi sabiex jottimizzaw id-dimensjonijiet u s-sigħat operazzjonali tagħhom skont id-domandi tal-NOP.

    (e)

    Is-sistemi tal-Maniġer tan-Network iridu:

    jippermettu valutazzjoni kontinwa tal-impatt li l-konfigurazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru li jinbidlu jkollhom fuq in-network;

    jiġu modifikati biex jirriflettu l-bidliet fid-definizzjoni tal-ispazju tal-ajru u tar-rotot sabiex ir-rotot, il-progress tat-titjira u l-informazzjoni assoċjata jkunu disponibbli għas-sistemi tal-ATC.

    (f)

    Is-sistemi tal-ATC iridu juru b’mod korrett l-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni tar-riżervazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru konfigurabbli.

    (g)

    Is-sistemi tal-ASM, tal-ATFCM u tal-ATC iridu jkunu interoperabbli u jippermettu l-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru abbażi ta’ fehim komuni tal-ispazju tal-ajru u tal-ambjent tat-traffiku.

    (h)

    Is-sistemi tal-ATC iridu jiġu mmodifikati sabiex jippermettu lill-AF3 safejn ikun meħtieġ biex ikun hemm konformità mar-raba’ u mal-ħames paragrafu tal-punt 3.2 tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2018/1139.

    (i)

    Is-sistemi ċentralizzati ta’ servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika (“AIS”), bħall-bażi tad-data AIS Ewropea (“EAD”), iridu jipprovdu data ambjentali għall-FRA Ewropea u għall-istrutturi flessibbli tal-ispazju tal-ajru lill-partijiet interessati operattivi kollha involuti b’mod f’waqtu – bl-eċċezzjoni ta’ strutturi ad hoc minħabba talbiet/riżervazzjonijiet għal żmien qasir – li jippermettu ppjanar ibbażat fuq informazzjoni preċiża rilevanti għaż-żmien tal-operazzjonijiet ippjanati. L-informazzjoni trid tkun disponibbli bl-użu tas-servizzi disponibbli tal-SWIM stabbiliti fil-punt 5.1.3.

    (j)

    Is-sistemi tal-AIS iridu jkunu jistgħu jużaw id-data pprovduta mill-EAD u jtellgħu data lokali li tinbidel.

    (k)

    Il-partijiet interessati operattivi jridu jkunu jistgħu jinterfaċċaw mas-sistemi tal-Maniġer tan-Network skont l-AF4. Iridu jiġu stabbiliti interfaċċji li jippermettu li d-data tal-ispazju tal-ajru aġġornata f’ħin reali tintbagħat lis-sistemi tal-partijiet interessati operattivi u jippermettu lil dawk il-partijiet interessati jikkomunikaw l-informazzjoni b’mod preċiż u f’waqtu. Dawn is-sistemi jridu jiġu modifikati biex jippermettu tali interfaċċji jużaw is-servizzi disponibbli tal-SWIM stabbiliti fil-punt 5.1.3.

    (l)

    L-ASM u l-FUA jridu jkunu appoġġati mill-Maniġer tan-Network kif stabbilit fl-AF4 u, fejn disponibbli, bl-użu tal-SWIM kif stabbilit fl-AF5.

    (m)

    L-iskambju tad-data bejn il-partijiet interessati awtorizzati biex jużaw il-ġestjoni flessibbli tal-ispazju tal-ajru u l-FRA stabbilit fl-AF3 irid jiġi implimentat bl-użu tas-servizzi tal-SWIM kif stabbilit fl-AF5, fejn SWIM hija disponibbli. Is-sistemi kkonċernati jridu jkunu kapaċi jipprovdu jew jużaw is-servizzi tal-SWIM. It-teknoloġija eżistenti tal-iskambju tad-data tista’ tintuża diment li jkun hemm SWIM disponibbli.

    (n)

    Is-sistemi tal-ATC iridu jirċievu u jipproċessaw id-data tat-titjira aġġornata li ġejja mill-profil awtomatiku proġettat estiż tal-kuntratt ta’ sorveljanza dipendenti ta’ inġenju tal-ajru (“ADS-C PPE”) bil-funzjonalità tal-kollegament tad-data kif stabbilit fl-AF6, fejn disponibbli.

    3.1.2.   Is-sottofunzjonalità tal-ATM fuq l-ispazju tal-ajru b’rotot liberi

    Ġenerali

    L-ispazju tal-ajru b’rotot liberi (“FRA”) jikkontribwixxi għall-EOC ta’ “Spazju tal-ajru kompletament dinamiku u ottimizzat”. Huwa spazju tal-ajru speċifikat li fih l-utenti tal-ispazju tal-ajru jistgħu jippjanaw liberament rotta bejn punti ta’ dħul u ta’ ħruġ definiti. Soġġett għad-disponibbiltà tal-ispazju tal-ajru, l-utenti tal-ispazju tal-ajru jrid ikollhom il-possibbiltà li jagħżlu rotta permezz ta’ waypoints intermedji, ippubblikati jew mhux ippubblikati, mingħajr referenza għan-network tar-rotot tal-ATS. F’dak l-ispazju tal-ajru, it-titjiriet jibqgħu soġġetti għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru.

    Il-konnettività tal-FRA mat-TMAs trid tiġi żgurata permezz ta’ waħda mill-opzjonijiet li ġejjin:

    it-tnaqqis tal-limitu vertikali tal-FRA għal-limiti massimi vertikali tat-TMAs;

    il-kollegament tal-punti xierqa tal-wasla/tluq;

    id-definizzjoni tar-rotot li jikkollegaw l-FRA;

    l-estensjoni tar-rotot standard eżistenti tal-wasla u tat-tluq;

    il-konnessjoni mar-rotot fissi sottostanti tal-ATS permezz ta’ sett ta’ waypoints li jirriflettu l-profili tipiċi għat-tlugħ/għall-inżul.

    L-implimentazzjoni tal-FRA titwettaq f’żewġ fażijiet kif ġej:

    FRA inizjali: b’limitazzjonijiet ta’ ħin u struttura;

    FRA finali: l-implimentazzjoni kostanti tar-rotot liberi b’dimensjoni transfruntiera u konnettività mat-TMAs.

    Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni qabel id-data fil-mira tagħha msemmija fil-punt 3.3, l-FRA inizjali jista’ jiġi implimentat b’mod limitat matul perjodi definiti jew fuq bażi strutturalment limitata. L-implimentazzjoni inizjali tal-FRA f’porzjonijiet ta’ spazju tal-ajru mnaqqas vertikalment jew lateralment, jew it-tnejn, hija kkunsidrata biss bħala pass intermedju biex tinkiseb l-implimentazzjoni sħiħa u konsistenti tal-FRA. L-objettiv finali huwa l-mobilizzazzjoni tal-FRA finali fl-ispazju tal-ajru kollu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri involuti mill-inqas ’il fuq mil-livell tat-titjira 305, mingħajr limitu ta’ żmien u l-ebda tnaqqis fil-kapaċità u fl-FRA transfruntiera bejn l-istati ġirien, irrispettivament mill-konfini nazzjonali/tar-Reġjun tal-Informazzjoni dwar it-Titjira (“FIR”).

    Rekwiżiti tas-sistema

    (a)

    Is-sistemi tal-Maniġer tan-Network iridu jappoġġaw l-FRA, l-ASM u l-A-FUA b’funzjonijiet xierqa bħal dawn li ġejjin:

    l-ipproċessar tal-pjan tat-titjira;

    proposti dwar rotot tal-IFPS;

    bdil dinamiku tar-rotta;

    l-ippjanar u l-eżekuzzjoni tal-ATFCM;

    il-kalkolu u l-immaniġġjar tat-tagħbijiet tat-traffiku;

    il-ġestjoni tal-volumi tal-ispazju tal-ajru tal-ASM.

    (b)

    is-sistemi tal-ATC iridu jappoġġaw l-implimentazzjonijiet tal-FRA, tal-ASM u tal-A-FUA. Il-partijiet interessati operattivi kkonċernati jridu jagħżlu l-għodda/funzjoni xierqa biex jiksbu dan l-għan abbażi tal-ambjent operattiv tagħhom.

    (c)

    Il-funzjonijiet/għodod ta’ appoġġ jistgħu jinkludu kwalunkwe minn dan li ġej:

    l-appoġġ għall-ambjenti operazzjonali għall-ġestjoni u l-wiri tat-trajettorji fl-ambjent tal-FRA fuq il-pożizzjoni tax-xogħol tal-kontrollur u l-interfaċċja bniedem-magna (“HMI”);

    is-sistema tal-ipproċessar tad-data tat-titjira (FDPS) li tappoġġa l-operazzjonijiet nazzjonali, transfruntiera tal-FRA u l-konnettività tal-FRA mat-TMAs;

    l-interoperabbiltà tal-ATC/ASM/ATFCM;

    il-bidla dinamika ta’ volum ta’ spazju tal-ajru minn network ta’ rotot fissi għal FRA;

    l-għodod ta’ twissija, individwazzjoni u riżoluzzjoni ta’ kunflitt, bħalma huma l-għodod għall-individwazzjoni ta’ kunflitt (“CDT”) li jinkludu għodda għall-individwazzjoni ta’ kunflitt fuq terminu medju (“MTCD”) u/jew għodda ta’ kontrollur tattiku (“TCT”), monitoraġġ ta’ konformità (“MONA”), u twissija dwar prossimità taż-żona (“APW”) għall-volumi/setturi tal-ispazju tal-ajru dinamiku;

    il-previżjoni tat-trajettorja appoġġata minn għodda awtomatizzata għall-individwazzjoni tal-kunflitti adattata biex topera fl-FRA;

    għal FRA transfruntier, is-sistemi tal-ATC li jappoġġaw l-iskambju tad-data tal-intenzjoni tat-titjira, bħal permezz tal-messaġġ OLDI.

    (d)

    Is-sistemi tal-utenti tal-ispazju tal-ajru jridu jappoġġaw l-ippjanar tat-titjira sabiex jiżguraw l-użu sikur u effiċjenti tal-ASM, tal-AFUA u tal-FRA inkluż l-implimentazzjoni parzjali u l-passi intermedji użati qabel id-data fil-mira.

    (e)

    Il-miżuri speċifiċi li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni finali tal-FRA, bħal fil-każ ta’ oqsma kumplessi ħafna, iridu jiġu speċifikati fil-programm tal-mobilizzazzjoni.

    (f)

    L-iskambju tad-data bejn il-partijiet interessati awtorizzati biex jużaw il-ġestjoni flessibbli tal-ispazju tal-ajru u l-FRA stabbilit fl-AF3 irid jiġi implimentat bl-użu tas-servizzi tal-SWIM disponibbli kif stabbilit fl-AF5. Is-sistemi kkonċernati jridu jkunu kapaċi jipprovdu jew jużaw is-servizzi tal-SWIM. It-teknoloġija eżistenti tal-iskambju tad-data tista’ tintuża diment li jkun hemm SWIM disponibbli.

    (g)

    L-FRA irid ikun appoġġat mill-Maniġer tan-Network kif stabbilit fl-AF4 u, fejn disponibbli, bl-użu ta’ SWIM kif stabbilit fl-AF5.

    3.2.   Il-Kamp ta’ Applikazzjoni Ġeografiku

    L-ASM u l-A-FUA jridu jiġu pprovduti u operati fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew kif definit fl-Artikolu 3(33) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

    L-FRA irid jiġi pprovdut u operat fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew kollu tal-inqas ’il fuq mil-livell tat-titjira 305.

    3.3.   Il-partijiet interessati meħtieġa biex jimplimentaw il-funzjonalità u d-dati fil-mira għall-implimentazzjoni

    Il-Maniġer tan-Network u l-partijiet interessati operattivi jridu joperaw:

    ASM u A-FUA sad-data fil-mira għall-implimentazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2022;

    l-FRA inizjali sad-data fil-mira għall-implimentazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2022;

    l-FRA finali, inkluż l-FRA transfruntier b’mill-inqas stat ġar wieħed u l-konnettività tal-FRA mat-TMAs, sad-data fil-mira għall-implimentazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2025.

    3.4.   Il-ħtieġa għas-sinkronizzazzjoni

    L-ANSPs ċivili u militari, l-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-Maniġer tan-Network iridu jissinkronizzaw l-implimentazzjoni tas-sistema u l-bidliet proċedurali meħtieġa għall-ASM u l-FRA skont il-programm tal-mobilizzazzjoni. Dawn is-sottofunzjonalitajiet jistgħu jkunu effettivi biss jekk jiġu attivati fl-istess ħin, u jeħtieġu li s-sistemi tal-ajru u tal-art ikunu mgħammra f’qafas ta’ żmien komuni. Mingħajr sinkronizzazzjoni, in-network jista’ jippreżenta lakuni li jipprevjenu lill-utenti tal-ispazju tal-ajru milli jtiru mingħajr xkiel f’rotot ippreferuti u aktar effiċjenti. Kwalunkwe limitazzjoni lokali għall-implimentazzjoni ta’ A FUA taħt FL 305 trid tiġi indikata fil-programm tal-mobilizzazzjoni.

    3.5.   It-titjib ambjentali mistenni

    L-FRA jippermetti lill-utenti tal-ispazju tal-ajru li jtiru kemm jista’ jkun qrib it-trajettorja ppreferuta tagħhom mingħajr ma jkunu ristretti minn strutturi fissi tal-ispazju tal-ajru jew networks ta’ rotot fissi. Dan jirriżulta wkoll f’inqas konsum ta’ fjuwil u f’inqas emissjonijiet tas-CO2. Id-dispożizzjonijiet tal-Proġett Komuni Wieħed biex il-FRA jiġi estiż lil hinn mill-fruntieri nazzjonali bl-elementi transfruntiera u biex tiġi żgurata l-konnettività mat-TMA se jippermettu rotot tat-titjiriet aktar effiċjenti meta jitqiesu l-elementi transfruntiera u jiġu żgurati aktar effiċjenza fir-rotot u jiġi massimizzat l-iffrankar tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2. L-FRA transfruntier itejjeb il-benefiċċji ambjentali permezz ta’ rotot saħansitra iqsar u jipprovdi aktar opzjonijiet ta’ spazju tal-ajru meta tkun qed tiġi ddeterminata t-trajettorja ppreferuta mill-utent. Il-konnettività tal-FRA mat-TMA hija maħsuba biex tiżgura l-aqwa passaġġ tat-titjira gate-to-gate bi tnaqqis ulterjuri tal-emissjonijiet tas-CO2. Dan it-titjib fl-FRA se jippermetti lil-linji tal-ajru jieħdu vantaġġ aħjar mill-kundizzjonijiet meteoroloġiċi jew li jadattaw għat-tfixkil tan-network.

    3.6.   Interdipendenzi ma’ funzjonalitajiet oħrajn tal-ATM

    L-ASM, l-A-FUA u l-FRA għandhom interdipendenzi mal-AF4, l-AF5 u l-AF6.

    4.   AF 4: Il-ġestjoni kollaborattiva tan-network

    L-AF4 tikkontribwixxi għall-EOC tan-“Network interkonness mal-ATM”. Din tiffoka fuq l-iskambju ta’ informazzjoni aġġornata dwar it-titjira u l-fluss u l-ottimizzazzjoni tal-użu ta’ din l-informazzjoni. Dan l-iskambju jitwettaq fl-EATMN. L-għan huwa li tiġi ottimizzata l-applikazzjoni tal-miżuri tal-fluss u tal-indikaturi tal-kumplessità u li titnaqqas kemm jista’ jkun ir-restrizzjoni fuq it-trajettorji 4D tat-titjiriet.

    4.1.   Kamp ta’ Applikazzjoni Operattiv u Tekniku

    4.1.1.   Is-sottofunzjonalità tal-ATM fuq miżuri msaħħa tal-ATFCM għal terminu qasir

    Ġenerali

    L-ATFCM huwa kkoordinat fil-livell tan-network mill-Maniġer tan-Network u fil-livell lokali mill-pożizzjoni ta’ ġestjoni tal-fluss biex jappoġġa l-individwazzjoni ta’ hot-spot, l-eżekuzzjoni ta’ miżuri tal-ATFCM għal perjodu qasir (STAM), il-valutazzjoni tan-network u l-monitoraġġ kontinwu tal-attività tan-network. L-STAM jiġu stabbiliti u jeħtieġu koordinazzjoni bejn il-kontroll tat-traffiku tal-ajru, l-ajruport, l-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-Maniġer tan-Network.

    Il-ġestjoni tattika tal-kapaċità trid timplimenta l-STAM bl-użu tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv sabiex jiġi ġestit il-fluss qabel ma t-titjiriet jidħlu f’settur u trid tiżgura koordinazzjoni mill-qrib u effiċjenti bejn l-ATC u l-funzjoni tal-ġestjoni tan-network.

    Rekwiżiti tas-sistema

    (a)

    Is-sistemi tal-Maniġer tan-Network iridu jimplimentaw il-funzjonalitajiet tal-STAM u iridu jappoġġaw il-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tal-miżuri tal-STAM, inkluż il-kapaċitajiet tal-valutazzjoni tal-impatt tan-network.

    (b)

    L-ANSPs u l-utenti tal-ispazju tal-ajru jridu jużaw l-applikazzjoni tal-STAM ipprovduta mill-Maniġer tan-Network jew jużaw għodod lokali li jridu jinteraġixxu mal-funzjonalitajiet tal-STAM tal-Maniġer tan-Network billi jużaw is-servizzi tal-SWIM disponibbli kif stabbilit fl-AF5.

    4.1.2.   Is-sottofunzjonalità tal-ATM: NOP kollaborattiv

    Ġenerali

    L-NOP kollaborattiv huwa l-iskambji kontinwi tad-data bejn il-Maniġer tan-Network u s-sistemi tal-partijiet interessati operattivi biex ikopru ċ-ċiklu tal-ħajja kollha tat-trajettorja u biex jirriflettu l-prijoritajiet kif meħtieġ mill-Maniġer tan-Network sabiex tiġi żgurata l-ottimizzazzjoni tal-funzjonament tan-network. L-implimentazzjoni ta’ NOP kollaborattiv tiffoka fuq id-disponibbiltà ta’ ppjanar operattiv kondiviż u data f’ħin reali.

    B’mod partikolari, il-ġestjoni tal-ħinijiet fil-mira (“TT”-Target Times) se tkun parti minn NOP kollaborattiv u it-TT jiġu applikati għal titjiriet magħżula għall-finijiet tal-ATFCM biex jiġu ġestiti l-ATFCM anki fil-punt ta’ konġestjoni minflok fit-tluq biss. Matul il-fażi tal-ippjanar tat-titjira, il-Maniġer tan-Network irid jikkalkula t-TT għal titjira li tidħol f’post fejn jiġu applikati miżuri tal-ATFCM ibbażati fuq il-ħin.

    Il-limitazzjonijiet disponibbli tal-konfigurazzjoni tal-ajruport u l-informazzjoni dwar it-temp/l-ispazju tal-ajru jridu jiġu integrati fl-NOP.

    Il-Maniġer tan-Network irid jipprovdi t-TT liċ-ċentri tal-operazzjonijiet tat-titjiriet tal-utenti tal-ispazju tal-ajru flimkien mal-islots korrispondenti tat-tluq. L-utenti tal-ispazju tal-ajru jridu jinfurmaw lill-ekwipaġġi tagħhom dwar kwalunkwe slot ikkalkulat u t-TT korrispondenti.

    Rekwiżiti tas-sistema

    (a)

    Sabiex jiġu aġġornati l-NOP u sabiex tinkiseb informazzjoni ġdida mill-NOP, is-sistemi awtomatizzati rilevanti tal-art tal-partijiet interessati operattivi jridu jiġu adattati biex jinterfaċċaw mas-sistemi ta’ ġestjoni tan-network.

    (b)

    L-utenti tal-ispazju tal-ajru jridu jinfurmaw lill-ekwipaġġi tagħhom dwar kwalunkwe slot ikkalkulat u t-TT korrispondenti.

    (c)

    Fl-ajruporti, is-sistemi tal-iAOP iridu jinterfaċċaw direttament mas-sistemi tal-Maniġer tan-Network relatati mas-sistemi tal-NOP sabiex jiġi implimentat NOP kollaborattiv.

    (d)

    Il-Maniġer tan-Network irid jagħti lill-partijiet interessati operattivi aċċess għad-data tan-NOP li jeħtieġu permezz tal-applikazzjonijiet ipprovduti mill-Maniġer tan-Network bl-użu ta’ HMI definit minn qabel.

    (e)

    Is-sistemi tal-Maniġer tan-Network iridu:

    jappoġġaw il-kondiviżjoni tal-ħin fil-mira mal-partijiet interessati operattivi;

    ikunu jistgħu jaġġustaw il-ħinijiet tat-tlugħ ikkalkulati (“CTOT”) abbażi ta’ TTs irfinati u miftehma;

    jiġġestixxu l-informazzjoni dwar l-ippjanar tal-wasla u l-informazzjoni dwar l-ippjanar tat-tluq mill-iAOP.

    (f)

    Fl-ajruport tad-destinazzjoni, fejn il-konġestjoni tal-wasla hija indirizzata mit-TTs, il-ħinijiet fil-mira mal-wasla (“TTA” - Target Time on Arrival) iridu jiġu ġġenerati mill-iAOP għall-irfinar sussegwenti fil-kuntest ta’ NOP kollaborattiv.

    4.1.3.   Is-sottofunzjonalità tal-ATM dwar appoġġ awtomatizzat għall-Valutazzjoni tal-kumplessità tat-traffiku

    Ġenerali

    L-informazzjoni ppjanata dwar it-trajettorja, l-informazzjoni dwar in-network u d-data analitika rreġistrata minn operazzjonijiet tal-imgħoddi jintużaw għat-tbassir tal-kumplessità tat-traffiku u s-sitwazzjonijiet potenzjali ta’ tagħbija eċċessiva, li jippermettu li l-istrateġiji ta’ mitigazzjoni jiġu applikati fil-livelli lokali u tan-network.

    Id-data tal-pjan tat-titjira FF-ICE (1) (FF-ICE Ħarġa 1/Servizzi ta’ applikazzjoni u ta’ prova) trid tintuża biex tittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni ppjanata dwar it-trajettorja, u b’hekk jittejbu l-ippjanar tat-titjira u l-valutazzjonijiet tal-kumplessità.

    L-implimentazzjoni tal-fażi 1 tal-STAM eżistenti tiffaċilita l-integrazzjoni operattiva ta’ dik il-funzjonalità tal-ATM fis-sistemi eżistenti.

    Rekwiżiti tas-sistema

    (a)

    Is-sistemi tal-Maniġer tan-Network iridu:

    jittrattaw strutturi flessibbli tal-ispazju tal-ajru u konfigurazzjoni tar-rotot li jippermettu l-ġestjoni tat-tagħbijiet tat-traffiku u l-kumplessità b’mod kollaborattiv fil-pożizzjoni tal-ġestjoni tal-fluss u fil-livell tan-network;

    ikunu kapaċi jipprovdu servizzi ta’ applikazzjoni tal-FF-ICE Ħarġa 1;

    jappoġġaw il-ġestjoni tax-xenarji għall-attivitajiet ta’ ppjanar tal-ATFCM sabiex tiġi ottimizzata l-kapaċità tan-network.

    (b)

    Is-sistemi tal-ipproċessar tad-data tat-titjira jridu jinterfaċċaw mal-NOP.

    (c)

    L-informazzjoni pprovduta permezz tad-dokument dwar id-disponibbiltà tar-rotot (“RAD”) u r-restrizzjoni tal-irfinar tal-profil (PTR) iridu jiġu armonizzati permezz tal-proċess tat-teħid kollaborattiv ta’ deċiżjonijiet (CDM) tad-disinn tan-network Ewropew tar-rotot u l-funzjonijiet tal-ATFM tal-Maniġer tan-Network sabiex il-fornituri tas-sistema tal-ippjanar tat-titjiriet ikunu jistgħu jiġġeneraw rotta ta’ pjan tat-titjira li tiġi aċċettata bit-trajettorja l-aktar effiċjenti.

    (d)

    Is-sistemi tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u tal-ANSP iridu jappoġġaw l-iskambju tas-servizzi tal-applikazzjoni tal-FF-ICE Ħarġa 1, ladarba jkunu disponibbli kif stabbilit fl-AF 5.1.6.

    (e)

    L-għodod tal-ASM/ATFCM iridu jkunu jistgħu jiġġestixxu xenarji differenti ta’ disponibbiltà tal-ispazju tal-ajru u ta’ kapaċità tas-setturi – inkluż l-A-FUA kif stabbilit fl-AF3, fl-adattament tal-RAD u fl-STAM.

    4.1.4.   Is-sottofunzjonalità tal-ATM: L-integrazzjoni tal-AOP/NOP

    Ġenerali

    Fl-NOP kollaborattiv, l-AOPs għall-ikbar ajruporti biss huma kkonċernati fir-rigward tal-kondiviżjoni limitata tad-data. Sabiex tkompli tittejjeb l-integrazzjoni, l-għadd ta’ ajruporti u l-għadd ta’ elementi tad-data li għandhom jiġu skambjati jridu jiżdiedu.

    Il-Maniġer tan-Network irid jimplimenta integrazzjoni akbar tal-informazzjoni rilevanti tal-NOP u tal-AOP (pereżempju, TTAs) li tirriżulta minn proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv (imsemmi fl-Artikolu 2 (9) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 (2).

    L-AOP irid jipprovdi, f’ħin reali, l-NOP b’data li tkun xierqa u rilevanti sabiex jinforma l-azzjonijiet tal-Maniġer tan-Network sabiex il-kapaċità tiġi aġġustata fin-network fejn meħtieġ. Din id-data trid tiġi aċċettata b’mod reċiproku mill-Maniġer tan-Network u mill-ajruport. Għall-ajruporti b’AOP, il-Maniġer tan-Network irid jikkondividi d-domanda għall-wasla mal-AOP u jrid jistabbilixxi proċess tat-teħid kollaborattiv ta’ deċiżjonijiet fil-livell lokali tal-ATFM sabiex jippermetti emendi lit-TTAs abbażi tal-AOP.

    Rekwiżiti tas-sistema

    (a)

    Is-sistemi tal-AOP iridu jkunu konnessi direttament mas-sistemi tal-NOP.

    (b)

    Is-sistemi tal-Maniġer tan-Network iridu jinterfaċċaw direttament mal-AOPs.

    (c)

    L-informazzjoni dwar it-trajettorja b’konnessjoni dixxendentali stabbilita fl-AF6, fejn disponibbli, trid tiġi pproċessata mis-sistemi tal-Maniġer tan-Network relatati mal-NOP sabiex jiġi appoġġat il-ħin fil-mira tal-passaġġ (“TTO” - Target Time Over) jew it-TTA, jew it-tnejn, sabiex tittejjeb it-trajettorja.

    4.2.   Il-Kamp ta’ Applikazzjoni Ġeografiku

    (a)

    Il-ġestjoni kollaborattiva tan-network trid tiġi implimentata fl-EATMN.

    (b)

    L-NOP kollaborattiv irid jiġi implimentat fl-ajruporti elenkati fil-punt 2.2.2.

    (c)

    L-integrazzjoni tal-NOP/AOP trid tiġi implimentata mill-ajruporti elenkati fil-punt 2.2.3.

    4.3.   Il-partijiet interessati meħtieġa biex jimplimentaw il-funzjonalità u d-dati fil-mira għall-implimentazzjoni

    Il-Maniġer tan-Network:

    (a)

    irid jimplimenta integrazzjoni akbar tal-informazzjoni NOP u iAOP li tirriżulta minn proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv kif definit fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/123.

    (b)

    irid jikkondividi d-domanda għall-wasla mal-iAOP fl-ajruporti fejn din tkun disponibbli u jistabbilixxi proċess tat-teħid kollaborattiv ta’ deċiżjonijiet fil-livell tal-ġestjoni tas-slots tat-traffiku tal-ajru lokali (“ATFM”) sabiex jippermetti emendi għall-ħinijiet fil-mira mal-wasla (“TTA” - Target Time on Arrival) abbażi tal-iAOP.

    (c)

    huwa meħtieġ li jappoġġa lill-partijiet interessati li għandhom il-mandat li jużaw il-ġestjoni kollaborattiva tan-network stabbilita fl-AF4 bl-għażla ta’ aċċess online definit minn qabel, kull fejn possibbli, jew li jgħaqqdu l-applikazzjonijiet tagħhom stess bl-użu ta’ skambju tad-data bejn sistema u sistema.

    Il-partijiet interessati operattivi u l-Maniġer tan-Network iridu joperaw:

    (a)

    miżuri tal-ATFCM imtejba għal terminu qasir u appoġġ awtomatizzat għall-valutazzjoni tal-kumplessità tat-traffiku sad-data fil-mira għall-implimentazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2022.

    (b)

    l-NOP kollaborattiv sad-data fil-mira għall-implimentazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2023.

    (c)

    l-integrazzjoni tal-AOP/NOP sad-data fil-mira għall-implimentazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2027.

    4.4.   Il-ħtieġa għas-sinkronizzazzjoni

    Is-sinkronizzazzjoni tal-implimentazzjoni tal-funzjonalità tal-ġestjoni kollaborattiva tan-network hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat li s-sistemi rilevanti tal-partijiet interessati jkunu jistgħu jiskambjaw id-data tan-NOP b’mod effiċjenti u bla xkiel fin-network kollu sabiex ikollhom l-istess livell ta’ preċiżjoni u jtejbu l-użu tan-network. Il-programm tal-mobilizzazzjoni se jistabbilixxi kif se tiġi implimentata s-sinkronizzazzjoni filwaqt li jiġu evitati nuqqasijiet fl-implimentazzjoni jew dewmien sinifikanti mill-partijiet interessati individwali.

    4.5.   It-titjib ambjentali mistenni

    L-implimentazzjoni sħiħa tal-AF4 se tottimizza l-applikazzjoni tal-miżuri tal-fluss u se tidentifika mod komuni kif jittaffew il-pressjonijiet tan-network li jillimitaw kemm id-dewmien kif ukoll ir-rotot mandatorji tal-fluss, u b’hekk tinżamm l-ottimizzazzjoni sħiħa tal-fjuwil li ssir mill-utenti tal-ispazju tal-ajru.

    4.6.   Interdipendenzi ma’ funzjonalitajiet oħrajn tal-ATM

    L-AF4 għandha interdipendenzi mal-AMAN estiża stabbilita fl-AF1, l-AOP stabbilit fl-AF2, ASM u FRA flessibbli stabbiliti fl-AF3 u SWIM stabbilita f’AF5.

    5.   AF 5: Ġestjoni tal-informazzjoni madwar is-sistema kollha

    Il-ġestjoni tal-informazzjoni mifruxa mas-sistema kollha (“SWIM”) tikkontribwixxi għall-komponent tal-infrastruttura tal-EOC tan-“network interkonness mal-ATM”. L-infrastruttura u s-servizzi tal-SWIM jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni tal-ATM bejn il-partijiet interessati li hija meħtieġa għall-funzjonalitajiet l-oħrajn kollha tal-ATM.

    5.1.   Kamp ta’ applikazzjoni operattiv u tekniku

    5.1.1.   Is-sottofunzjonalità tal-ATM dwar il-Komponenti tal-infrastruttura komuni

    Ġenerali

    Il-komponenti komuni tal-infrastruttura huma:

    ir-reġistru, li jrid jintuża għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-servizzi, inkluż definizzjonijiet ta’ servizzi li jiddeskrivu dawk l-aspetti ta’ servizz li jenħtieġ li jkunu komuni fost l-implimentazzjonijiet kollha, bħall-ispeċifikazzjonijiet standardizzati tas-servizzi u d-deskrizzjonijiet tal-implimentazzjoni għall-fornituri;

    infrastruttura ewlenija pubblika (PKI) komuni, li tintuża fl-iffirmar, fil-ħruġ u fiż-żamma ta’ ċertifikati u listi ta’ revoka użati fil-komunikazzjoni bejn il-partijiet interessati għal skopijiet operattivi.

    5.1.2.   Is-sottofunzjonalità tal-ATM fuq l-infrastruttura teknika u l-ispeċifikazzjonijiet tal-profil isfar ta’ SWIM

    Ġenerali

    L-infrastruttura teknika tal-profil isfar SWIM hija mekkaniżmu ta’ distribuzzjoni fuq l-art, li jiffaċilita l-komunikazzjoni bejn il-partijiet interessati Ewropej tal-ATM f’ambjent distribwit. Is-servizzi tal-informazzjoni jridu jiġu ġestiti b’mod armonizzat u jeħtieġu li l-informazzjoni mogħtija u l-infrastruttura teknika jkunu interoperabbli.

    L-infrastruttura teknika bi profil isfar SWIM tissodisfa l-għan tal-komunikazzjoni u l-interoperabbiltà billi tkun modulari u tipprovdi opzjonijiet differenti ta’ implimentazzjoni bbażati fuq il-bażi ta’ standards tas-servizzi tal-web, inkluż l-impenji għal protokolli ta’ livell aktar baxx, filwaqt li titqies firxa wiesgħa ta’ ħtiġijiet għal skambji ta’ informazzjoni b’mod sikur kif suppost.

    L-infrastruttura teknika tal-profil isfar SWIM tista’ taħdem fuq kwalunkwe network ibbażat fuq l-IP, bħall-Internet pubbliku jew servizzi ġodda tan-network pan-Ewropew (PENS), abbażi tal-ħtiġijiet tal-partijiet interessati.

    L-infrastruttura teknika tal-profil isfar SWIM trid tintuża għall-iskambju tad-data tal-ATM għall-funzjonalitajiet l-oħrajn kollha tal-ATM.

    Rekwiżiti tas-sistema

    Il-partijiet interessati jridu jiżguraw li s-servizzi kollha tal-infrastruttura teknika bi profil isfar SWIM jistgħu jużaw il-PKI komuni meta din issir operattiva sabiex jinkisbu l-għanijiet taċ-ċibersigurtà xierqa għas-servizz jew is-servizzi.

    5.1.3.   Is-sottofunzjonalità tal-ATM dwar l-iskambju ta’ informazzjoni ajrunawtika

    Ġenerali

    Il-partijiet interessati operattivi jridu jimplimentaw is-servizzi li ġejjin li jappoġġaw l-iskambju tal-informazzjoni ajrunawtika bl-użu tal-infrastruttura teknika ta’ profil isfar SWIM kif deskritt fil-programm tal-mobilizzazzjoni:

    (a)

    in-notifika tal-attivazzjoni ta’ riżervazzjoni/restrizzjoni tal-ispazju tal-ajru (“ARES”);

    (b)

    in-notifika tad-diżattivazzjoni ta’ ARES;

    (c)

    il-prenotifika tal-attivazzjoni ta’ ARES;

    (d)

    in-notifika tal-ħruġ ta’ ARES;

    (e)

    il-karatteristika ta’ informazzjoni ajrunawtika meta tintalab; l-iffiltrar possibbli skont it-tip ta’ karatteristika, l-isem u filtru avvanzat b’operaturi spazjali, temporali u loġiċi;

    (f)

    mistoqsijiet dwar informazzjoni ta’ ARES;

    (g)

    ċarts diġitali tal-ajrudrom;

    (h)

    ASM tal-livell 1;

    (i)

    il-pjanijiet tal-użu tal-ispazju tal-ajru (AUP, UUP) — ASM tal-livell 2 u 3;

    (j)

    NOTAM diġitali.

    Rekwiżiti tas-sistema

    (a)

    Is-servizzi kollha elenkati fil-punt 5.1.3 iridu jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli tal-SWIM.

    (b)

    Is-sistemi tal-ATM operati mill-partijiet interessati msemmija fil-punt 5.3 irid ikollhom il-kapaċità li jużaw is-servizzi ta’ skambju ta’ informazzjoni ajrunawtika, inkluż in-NOTAM diġitali.

    (c)

    Is-sistemi tal-AIS operati mill-partijiet interessati msemmija fil-punt 5.3 irid ikollhom il-kapaċità li jipprovdu NOTAM diġitali skont l-ispeċifikazzjoni tal-Eurocontrol għat-titjib tas-servizzi ta’ bulettini ta’ informazzjoni ta’ qabel it-titjira (PIB) għall-ajruporti msemmija fil-punt 5.3.

    5.1.4.   Is-sottofunzjonalità tal-ATM dwar l-iskambju ta’ informazzjoni meteoroloġika

    Ġenerali

    Il-partijiet interessati operattivi jridu jimplimentaw servizzi li jappoġġaw l-iskambju tal-informazzjoni meteoroloġika li ġejja bl-użu tal-profili sofor SWIM deskritti fil-programm tal-mobilizzazzjoni:

    (a)

    il-konċentrazzjoni tal-irmied volkaniku;

    (b)

    informazzjoni meteoroloġika li tappoġġa l-proċessi jew l-għajnuniet tal-ajrudrom li jinvolvu l-informazzjoni rilevanti dwar it-TES, il-proċessi ta’ traduzzjoni biex jiġu dderivati l-limitazzjonijiet għat-temp u biex tali informazzjoni tiġi konvertita f’impatt fuq l-ATM, fejn il-kapaċità tas-sistema timmira prinċipalment lejn orizzont ta’ “żmien għal deċiżjoni” ta’ bejn 20 minuta u 7 ijiem;

    (c)

    informazzjoni meteoroloġika li tappoġġa l-proċess jew l-għajnuniet tal-ATC tul ir-rotta/waqt l-avviċinament li jinvolvu l-informazzjoni rilevanti tal-MET, il-proċessi ta’ traduzzjoni biex jiġu dderivati l-limitazzjonijiet għat-temp u l-konverżjoni ta’ din l-informazzjoni f’impatt tal-ATM fejn il-kapaċità tas-sistema timmira prinċipalment lejn orizzont ta’ “żmien għal deċiżjoni” ta’ bejn 20 minuta u 7 ijiem;

    (d)

    informazzjoni meteoroloġika li tappoġġa l-proċess jew l-għajnuniet għall-ġestjoni tal-informazzjoni tan-network li jinvolvu l-informazzjoni rilevanti tal-MET, il-proċessi ta’ traduzzjoni biex jiġu dderivati l-limitazzjonijiet għat-temp u l-konverżjoni ta’ din l-informazzjoni f’impatt tal-ATM, fejn il-kapaċità tas-sistema timmira prinċipalment lejn orizzont ta’ “żmien għal deċiżjoni” ta’ bejn 20 minuta u 7 ijiem u tiġi implimentata fil-livell tan-network.

    Rekwiżiti tas-sistema

    (a)

    L-implimentazzjoni tas-servizzi msemmija fil-punt 5.1.4 trid tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli tal-SWIM.

    (b)

    Is-sistemi tal-ATM operati mill-partijiet interessati msemmija fil-punt 5.3 irid ikollhom il-kapaċità li jużaw is-servizzi tal-iskambju tal-informazzjoni tal-MET.

    5.1.5.   Is-sottofunzjonalità tal-ATM fuq l-Iskambju ta’ informazzjoni tan-network kooperattiv

    Ġenerali

    Il-partijiet interessati operattivi jridu jimplimentaw servizzi li jappoġġaw l-iskambju tal-informazzjoni segwenti dwar in-network kooperattiv bl-użu tal-profil isfar SWIM kif speċifikat fil-programm tal-mobilizzazzjoni:

    (a)

    il-kapaċità massima tal-ajruporti bbażata fuq il-kundizzjonijiet tat-temp attwali u fi żmien qrib;

    (b)

    is-sinkronizzazzjoni tal-pjan operattiv tan-network u tal-pjanijiet tal-operat tal-ajruporti kollha;

    (c)

    ir-regolamenti tat-traffiku;

    (d)

    slots;

    (e)

    miżuri tal-ATFCM għal terminu qasir;

    (f)

    il-punti ta’ konġestjoni tal-ATFCM;

    (g)

    restrizzjonijiet;

    (h)

    l-istruttura, id-disponibbiltà u l-użu tal-ispazju tal-ajru;

    (i)

    pjanijiet operazzjonali tan-network u tul ir-rotta/waqt l-avviċinament.

    Rekwiżiti tas-sistema

    (a)

    L-implimentazzjoni tas-servizzi msemmija fil-punt 5.1.5 trid tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli tal-SWIM.

    (b)

    Il-Maniġer tan-Network irid jappoġġa lill-partijiet interessati operattivi kollha fl-iskambju tad-data b’mod elettroniku għall-attivitajiet tal-ġestjoni tan-network kooperattiv.

    5.1.6.   Is-sottofunzjonalità tal-ATM dwar l-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-titjira (Profil isfar)

    Ġenerali

    Il-partijiet interessati operattivi jridu jimplimentaw servizzi li jappoġġaw l-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-titjira bl-użu tal-profil isfar SWIM, kif speċifikat fil-programm tal-mobilizzazzjoni:

    (a)

    relatati mas-Servizzi tal-FF-ICE Ħarġa 1:

    il-ġenerazzjoni u l-validazzjoni tal-pjan tat-titjira u tar-rotot;

    il-pjanijiet tat-titjira, it-trajettorja 4D, id-data tal-prestazzjoni tat-titjira, l-istatus tat-titjira;

    il-listi tat-titjiriet u d-data dettaljata tat-titjira;

    (b)

    relatati mal-informazzjoni aġġornata dwar it-tluq tat-titjira;

    (c)

    messaġġi ta’ aġġornament tat-titjira (“FUM”) (servizz minn Negozju għal Negozju (B2B) tal-Maniġer tan-Network).

    Rekwiżiti tas-sistema

    (a)

    L-implimentazzjoni tas-servizzi msemmija fil-punt 5.1.6 trid tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli tal-SWIM.

    (b)

    Is-sistemi tal-ATM operati mill-partijiet interessati msemmija fil-punt 5.3 iridu jippermettu l-użu tas-servizzi ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar it-titjira.

    5.2.   Il-Kamp ta’ Applikazzjoni Ġeografiku

    Is-servizzi tal-SWIM iridu jiġu użati fl-EATMN.

    5.3.   Il-partijiet interessati meħtieġa biex jimplimentaw il-funzjonalità u d-dati fil-mira għall-implimentazzjoni

    (a)

    L-iskambji kollha ta’ informazzjoni ajrunawtika, ta’ informazzjoni dwar it-titjira u ta’ data ta’ network kooperattiv iridu jiġu implimentati miċ-ċentri Ewropej kollha ta’ kontroll taż-żona, mill-ajruporti msemmija fil-punt 1.2, mill-fornitur tas-servizz ta’ informazzjoni ajrunawtika u mill-Maniġer tan-Network;

    (b)

    L-iskambju ta’ informazzjoni meteoroloġika jrid jiġi implimentat miċ-ċentri Ewropej kollha ta’ kontroll taż-żona, mill-ajruporti msemmija fil-punt 1.2, mill-Maniġer tan-Network u mill-fornituri tal-MET.

    Il-komponenti komuni tal-infrastruttura msemmija fil-punt 5.1.1 iridu jiġu pprovduti u mħaddma mill-partijiet interessati operattivi msemmija hawn fuq sad-data fil-mira għall-implimentazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2024. Dawn iridu jipprovdu u joperaw is-sottofunzjonalitajiet tal-SWIM imsemmija fil-punti 5.1.2 sa 5.1.6 sad-data fil-mira għall-implimentazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2025.

    Fl-użu tal-funzjonalità tal-SWIM, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-kooperazzjoni ċivili jew militari ssir sal-punt meħtieġ mill-punt 3.2 tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2018/1139.

    5.4.   Il-ħtieġa għas-sinkronizzazzjoni

    L-implimentazzjoni f’waqtha tan-network kollu tal-infrastruttura tal-SWIM u l-attivazzjoni tas-servizzi rilevanti huma prerekwiżiti essenzjali għall-biċċa l-kbira tal-funzjonalitajiet tal-proġett komuni wieħed tal-ATM. Id-detenturi rilevanti tal-istrumenti jridu jissinkronizzaw il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni u l-isforzi tagħhom skont il-programm tal-mobilizzazzjoni li jrid jimmira li jikseb l-istess livell ta’ tagħmir u jtejjeb l-użu tan-network.

    5.5.   It-titjib ambjentali mistenni

    SWIM tikkontribwixxi għall-objettivi ambjentali ġenerali tal-AFs l-oħrajn billi tippermetti l-interoperabbiltà u skambju aktar effiċjenti ta’ informazzjoni bejn l-ambjenti operattivi kollha tal-ATM (tul ir-rotta, l-ajruporti, it-TMA, il-Maniġer tan-Network).

    5.6.   Interdipendenzi ma’ funzjonalitajiet oħrajn tal-ATM

    Is-servizzi tal-SWIM jippermettu l-funzjonalitajiet l-oħrajn tal-ATM imsemmija fl-AF1, l-AF2, l-AF3 u l-AF4.

    6.   AF 6: Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar it-trajettorja inizjali

    6.1.   Kamp ta’ Applikazzjoni Operattiv u Tekniku

    6.1.1.   Is-sottofunzjonalità tal-ATM fil-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar it-trajettorja inizjali bejn l-ajru u l-art

    Ġenerali

    Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar it-trajettorja inizjali bejn l-ajru u l-art tikkontribwixxi għall-EOC b’“operazzjonijiet ibbażati fuq it-trajettorja”. L-iskambju tat-trajettorja bejn l-ajru u l-art itejjeb l-informazzjoni tat-trajettorja. Il-passi preliminari għall-mobilizzazzjoni tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar it-trajettorja inizjali jikkonsistu f’konnessjoni dixxendentali tad-data tal-profil projettat estiż (“EPP”) mill-inġenju tal-ajru għas-sistemi tal-ATC u l-ipproċessar ta’ dik id-data minn dawk is-sistemi.

    Rekwiżiti tas-sistema

    (a)

    L-inġenji tal-ajru jridu jkunu mgħammra bil-kapaċità li awtomatikament jipprovdu informazzjoni dwar it-trajettorja b’konnessjoni dixxendentali bl-użu ta’ ADS-C EPP bħala parti mis-servizzi tal-ATS B2. Id-data tat-trajettorja awtomatikament konnessa mas-sistema tal-ajru trid taġġorna s-sistema ATM skont it-termini tal-kuntratt.

    (b)

    Is-sistemi terrestri ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-data jridu jappoġġaw l-ADS-C (konnessjoni dixxendentali tat-trajettorja ta’ inġenju tal-ajru bl-użu ta’ PPE) bħala parti mis-servizzi tal-ATS B2 filwaqt li jżommu kompatibbiltà mas-servizzi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-data pilota (“CPDLC”) kif meħtieġ mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 (3), inkluż il-forniment ta’ servizz għal titjiriet mgħammra biss bil-Linja bażi 1 tat-Telekomunikazzjoni Ajrunawtika (“ATN-B1”).

    (c)

    Il-fornituri tal-ATS kollha msemmija fil-punt 6.3 u s-sistemi tal-ATC relatati jridu jkunu jistgħu jirċievu u jipproċessaw informazzjoni dwar it-trajettorja minn inġenji tal-ajru mgħammra.

    (d)

    Is-sistemi tal-ATC iridu jippermettu lill-kontrolluri juru r-rotta tat-trajettorja b’konnessjoni dixxendentali.

    (e)

    Is-sistemi tal-ATC iridu jipprovdu twissija lill-kontrolluri f’każ ta’ diskrepanza bejn it-trajettorja tal-inġenju tal-ajru b’konnessjoni dixxendentali u t-trajettorja tas-sistema tal-art elaborata bl-użu tar-rotta tal-pjan tat-titjira ddepożitat.

    6.1.2.   Is-sottofunzjonalità tal-ATM fit-tisħiħ tal-informazzjoni dwar it-trajettorja tal-Maniġer tan-Network

    Ġenerali

    It-titjib tal-informazzjoni dwar it-trajettorja tal-maniġer tan-network jikkontribwixxi għall-EOC tal-“operazzjonijiet ibbażati fuq it-trajettorja”. L-informazzjoni dwar it-trajettorja tittejjeb bl-użu tal-iskambju tat-trajettorja bejn l-ajru u l-art. L-ipproċessar ta’ tali informazzjoni mis-sistemi tal-Maniġer tan-Network jikkostitwixxi pass ulterjuri għall-użu tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar it-trajettorja inizjali.

    Rekwiżiti tas-sistema

    Is-sistemi tal-Maniġer tan-Network iridu jużaw elementi tat-trajettorji b’konnessjoni dixxendentali sabiex itejbu l-informazzjoni tagħhom tat-trajettorji li jsiru mill-inġenji tal-ajru.

    6.1.3.   Is-sottofunzjonalità tal-ATM fuq id-distribuzzjoni fuq l-art tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar it-trajettorja inizjali

    Ġenerali

    Id-distribuzzjoni fuq l-art tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar it-trajettorja inizjali tikkontribwixxi għall-EOC tal-“operazzjonijiet ibbażati fuq it-trajettorja”. Id-data ta’ informazzjoni tat-trajettorja li tiġi minn sistemi tal-ajru tiġi trażmessa fuq l-art sabiex jiġu minimizzati t-trażmissjonijiet tad-data tal-ajru u tal-art u sabiex jiġi żgurat li l-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru kollha (“ATSU”) involuti fix-xogħol tal-ġestjoni tat-titjira jaħdmu bl-istess data. Id-data tat-trajettorja trid tiġi pproċessata u murija lill-kontrolluri b’mod armonizzat kif stabbilit fil-punt 6.1.1.

    Rekwiżiti tas-sistema

    (a)

    Is-sistemi tal-art iridu jiżguraw li d-data tat-trajettorja b’konnessjoni dixxendentali mill-inġenju tal-ajru titqassam bejn l-unitajiet tal-ATS u bejn l-unitajiet tal-ATS u s-sistemi tal-Maniġer tan-Network.

    (b)

    Il-kapaċità tal-kollegament tad-data msemmija fir-Regolament (KE) Nru 29/2009 hija prerekwiżit essenzjali għall-AF6.

    (c)

    Infrastruttura tal-komunikazzjoni affidabbli, rapida u effiċjenti bejn l-ajru u l-art trid tappoġġa l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar it-trajettorja inizjali.

    6.2.   Il-Kamp ta’ Applikazzjoni Ġeografiku

    Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar it-trajettorja inizjali trid tiġi użata fl-unitajiet kollha tal-ATS li jipprovdu servizzi tat-traffiku tal-ajru fi ħdan l-ispazju tal-ajru li għalih l-Istati Membri huma responsabbli fir-reġjun EUR tal-ICAO.

    6.3.   Il-partijiet interessati meħtieġa biex jimplimentaw il-funzjonalità u l-industrijalizzazzjoni u d-dati fil-mira għall-implimentazzjoni

    (a)

    Il-fornituri tal-ATS u l-Maniġer tan-Network iridu jiżguraw li jippermettu l-kondiviżjoni inizjali tal-informazzjoni dwar it-trajettorja ’il fuq mil-livell tat-titjira 285 sad-data fil-mira għall-implimentazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2027.

    (b)

    Il-punt 6.1.1 japplika għat-titjiriet kollha li joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti fl-ispazju tal-ajru ’l fuq mil-livell tat-titjira 285 fl-ispazju tal-Ajru Uniku Ewropew kif definit fl-Artikolu 3(33) tar-Regolament (UE) 2018/1139. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru jridu jiżguraw li l-inġenji tal-ajru li joperaw titjiriet b’ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà maħruġ għall-ewwel darba fil-31 ta’ Diċembru 2027 jew wara jkunu mgħammra b’ADS-C PPE bħala parti mill-kapaċità tal-ATS B2, skont l-istandards applikabbli sabiex it-trajettorja tal-inġenju tal-ajru titniżżel b’konnessjoni dixxendentali.

    (c)

    Id-data fil-mira għall-industrijalizzazzjoni għall-punti 6.1.1, 6.1.2 u 6.1.3 ta’ dan l-Anness hija l-31 ta’ Diċembru 2023, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 409/2013.

    6.4.   Il-ħtieġa għas-sinkronizzazzjoni

    L-ANSPs kollha, il-Maniġer tan-Network u l-utenti tal-ispazju tal-ajru jridu jissinkronizzaw l-implimentazzjoni tas-sistema mmirata u t-twassil tas-servizzi stabbiliti fl-AF6 skont il-programm tal-mobilizzazzjoni sabiex jiżguraw titjib man-network kollu ta’ infrastruttura interoperabbli tal-komunikazzjoni bejn l-ajru u l-art u jtejbu l-użu tal-funzjonalità min-network. L-ippjanar sinkronizzat, inkluż il-pjanijiet direzzjonali avjoniċi tal-utenti tal-ispazju tal-ajru, se jevita d-diskrepanzi fl-implimentazzjoni u dewmien sinifikanti għall-partijiet interessati individwali.

    6.5.   It-titjib ambjentali mistenni

    Il-kondiviżjoni tat-trajettorja tat-titjira fl-ajru fost il-partijiet interessati tippermetti lill-utenti tal-ispazju tal-ajru li jtiru b’mod sikur fl-aktar trajettorja effiċjenti. Dan se jwassal għal żieda fl-effiċjenza tal-fjuwil, u għal tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 u tal-istorbju. Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar it-trajettorja se tippermetti aktar żvilupp tas-servizz u dan ikompli jnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tal-attività tal-inġenji tal-ajru.

    6.6.   Interdipendenzi ma’ funzjonalitajiet oħrajn tal-ATM

    L-AF6 għandha interdipendenzi mal-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru u mal-użu flessibbli avvanzat tal-ispazju tal-ajru msemmi fl-AF3.


    (1)  Informazzjoni dwar it-Titjira u l-Fluss għal Ambjent Kollaborattiv (FF-ICE). ID-DOK 9965 2012 TAL-ICAO U D-DOK 9854 2005 TAL-ICAO

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 13, 17.1.2009, p. 3).


    Top