Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0009

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/9 tas-6 ta’ Jannar 2021 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Turkija

    C/2021/52

    ĠU L 3, 7.1.2021, p. 4–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/9/oj

    7.1.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 3/4


    IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/9

    tas-6 ta’ Jannar 2021

    li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Turkija

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    1.1.   Il-bidu

    (1)

    Fl-14 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar (“HRFS” jew “il-prodott li qed jiġi investigat”) li joriġinaw mit-Turkija (“il-pajjiż ikkonċernat”) fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament bażiku”). Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

    (2)

    Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2020 minn Eurofer (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta, li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

    (3)

    Fit-12 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni tat bidu għal investigazzjoni antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina mit-Turkija u bdiet investigazzjoni separata. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

    1.2.   Reġistrazzjoni

    (4)

    Wara talba mill-ilmentatur appoġġata mill-evidenza meħtieġa, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1686 (4) (“ir-Regolament ta’ reġistrazzjoni”) f’konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

    1.3.   Partijiet interessati

    (5)

    Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu kuntatt magħha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet Torok, l-importaturi magħrufa, l-utenti, kif ukoll lil assoċjazzjonijiet li kien magħruf li kienu kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

    (6)

    Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. Il-Kummissjoni organizzat seduti ta’ smigħ ma’ bosta utenti u ma’ rappreżentanti tal-produtturi esportaturi Torok fl-istadju tal-bidu.

    1.4.   Kampjunar

    (7)

    Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    1.4.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

    (8)

    Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni stqarret li kienet għażlet b’mod provviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-Unjoni rrappurtati mill-produtturi tal-Unjoni fil-kuntest tal-analiżi tal-valutazzjoni permanenti ta’ qabel il-bidu, filwaqt li qieset ukoll il-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Dan il-kampjun kien magħmul minn tliet produtturi tal-Unjoni, li jinsabu fi tliet Stati Membri differenti, li kienu jirrappreżentaw madwar 34 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni u aktar minn 40 % tal-volum tal-bejgħ tal-Unjoni tal-produtturi li ppreżentaw ruħhom. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju.

    (9)

    Il-produttur esportatur Çolakoğlu Metalurji A.Ş biss. (“Colakoglu”) issottometta kummenti sal-iskadenza. Colakoglu afferma li l-kampjun propost tal-produtturi tal-Unjoni mhuwiex rappreżentattiv minħabba li (i) il-kumpaniji inklużi fil-kampjun la jirrappreżentaw l-akbar volum ta’ produzzjoni u lanqas l-akbar volum ta’ bejgħ fl-Unjoni; (ii) il-kampjun propost huwa żgħir wisq; (iii) ma jiżgurax firxa ġeografika; u (iv) il-kampjun b’mod deliberat jinkludi “partijiet li kienu diġà f’sitwazzjoni li tidher li mhix sodisfaċenti minħabba ċirkostanzi esterni.” B’hekk Colakoglu ppropona li fil-kampjun jiżdiedu ArcelorMittal Spain, ArcelorMittal Belgium u Acciaieria Arvedi SPA fl-Italja.

    (10)

    Fir-rigward tal-ewwel talba, kif imsemmi fin-nota tal-fajl t120.003571, il-Kummissjoni bbażat il-kampjun tagħha fuq l-akbar volumi ta’ prodott u bejgħ fl-Unjoni. Il-fatt li ċerti produtturi oħrajn kellhom valuri massimi għoljin provduti f’firxiet fil-verżjoni miftuħa tat-tweġibiet eżistenti tagħhom ma jfissirx li effettivament ipproduċew u/jew biegħu aktar.

    (11)

    It-tieni nett, il-Kummissjoni tqis li kampjun li jammonta għal madwar 34 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni u aktar minn 40 % tal-volum tal-bejgħ tal-Unjoni tal-produtturi li ppreżentaw ruħhom huwa rappreżentattiv biżżejjed. L-eżempji pprovduti minn Colakoglu ta’ każijiet fejn il-Kummissjoni ddeċidiet li tieħu kampjun ta’ aktar partijiet kienu jaqgħu f’qafas fejn il-Kummissjoni setgħet tippermetti skadenzi itwal. Iż-żieda fl-għadd ta’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun tkun ta’ piż żejjed u tipprevjeni t-tlestija tal-investigazzjoni fi żmien xieraq.

    (12)

    It-tielet, il-Kummissjoni qieset li l-kampjun jirrappreżenta firxa ġeografika tajba peress li t-tliet partijiet fil-kampjun jinsabu fi tliet Stati Membri differenti.

    (13)

    Fl-aħħar, l-aħħar affermazzjoni ta’ Colakoglu ma kinitx sostnuta minn evidenza. Kif spjegat hawn fuq, il-kriterji użati għall-għażla tal-kampjun kienu l-volumi tal-produzzjoni u l-bejgħ fl-Unjoni kif ukoll ir-rappreżentattività ġeografika.

    (14)

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset il-kummenti ta’ Colakoglu dwar ir-rappreżentattività tal-kampjun mhux iġġustifikati. Il-kampjun provviżorju magħmul minn tliet produtturi tal-Unjoni għalhekk tqies li kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni u ġie kkonfermat bħala l-kampjun finali.

    1.4.2.   Kampjunar tal-importaturi

    (15)

    Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

    (16)

    Importatur mhux relatat ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. Ma sar l-ebda kumment għal din id-deċiżjoni.

    1.4.3.   Kampjunar ta’ produtturi esportaturi fit-Turkija

    (17)

    Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi fit-Turkija biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tat-Turkija għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

    (18)

    Ħames produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F'konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet gruppi ta’ kumpaniji bbażati fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. F'konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kkonċernati kollha, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernati, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma sar l-ebda kumment.

    1.5.   Eżami individwali

    (19)

    Produttur esportatur Tork li bagħat lura l-formola tal-kampjunar talab eżami individwali f'konformità mal-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Fil-jum tal-bidu, il-Kummissjoni għamlet il-kwestjonarju, għall-produtturi esportaturi, disponibbli online (5). Barra minn hekk, meta ħabbret il-kampjun, il-Kummissjoni infurmat lill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kienu meħtieġa jipprovdu tweġiba għal dan il-kwestjonarju jekk kienu jixtiequ li jiġu eżaminati individwalment. Madankollu, il-kumpanija li oriġinarjament talbet eżami individwali ma pprovdietx tweġiba għall-kwestjonarju. Għalhekk, ma ngħata l-ebda eżami individwali.

    1.6.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

    (20)

    Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-ilmentatur u talbet lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-importatur mhux relatat li rritorna formola ta’ kampjunar flimkien ma’ importatur ieħor li ppreżenta ruħu, lil bosta utenti u lit-tliet produtturi esportaturi fit-Turkija inklużi fil-kampjun biex jimlew il-kwestjonarji rilevanti li disponibbli online (6).

    (21)

    Barra minn hekk, billi l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza ta’ distorsjonijiet tal-materja prima fit-Turkija fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju addizzjonali lill-Gvern tat-Turkija (“GOT”) dwar din il-kwistjoni.

    (22)

    Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-ilmentatur, Marcegaglia Carbon Steel S.P.A., San Polo Lamiere S.P.A., erba’ utenti fiil-grupp Network Steel, Network Steel S.L., it-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u l-GOT.

    1.7.   Żjarat ta’ verifika

    (23)

    Fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ konfinament stabbiliti minn diversi Stati Membri kif ukoll minn diversi pajjiżi terzi, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fi stadju provviżorju.

    (24)

    Il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki remoti (“RCC”) tal-kumpaniji/partijiet li ġejjin:

     

    Il-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet tagħhom

    ThyssenKrupp Steel Europe AG, Duisburg, il-Ġermanja

    Tata Steel IJmuiden BV, Velsen-Noord, in-Netherlands

    ArcelorMittal Mediterranée SAS, Fos-sur-Mer, Franza (7)

    ArcelorMittal France, Dunkerque, Franza

    Eurofer, Brussell, il-Belġju

     

    Importaturi

    Network Steel S.L., Madrid, Spanja

     

    Il-produtturi esportaturi fit-Turkija u n-negozjanti relatati tagħhom

    Habaş Sinai Ve Tibbi Gazlar İstihsal Endüstrisi A.Ş. (“Habas”)

    Çolakoğlu Metalurji A.Ş. u n-negozjant relatat tagħha Çolakoğlu Dış Ticaret A.Ş. (“Cotas”) (flimkien imsejjaħ “Colakoglu”)

    Ereğli Demir ve Çelik Fabrikalari T.A.S. (“Erdemir”); İskenderun Demir ve Çelik A.Ş. (“Isdemir”); u ċ-ċentru tas-servizzi relatat Erdemir Çelik Servis Merkezi San. ve Tic. A.Ş. (“Ersem”) (flimkien imsejħa il-“grupp Erdemir”)

    (25)

    Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku, saret konsultazzjoni mal-GOT permezz ta’ vidjokonferenza.

    (26)

    Wara l-RCC tal-grupp Erdemir, minħabba ċerti nuqqasijiet fl-informazzjoni dwar il-kostijiet tat-trasport ipprovduta mill-grupp, il-Kummissjoni ddeċidiet li tissostitwixxi dawn il-kostijiet bil-fatti disponibbli, f'konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, kif spjegat fil-premessi minn (56) sa (59)(59) hawn taħt.

    1.8.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

    (27)

    L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

    2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

    2.1.   Prodott ikkonċernat

    (28)

    Il-prodott ikkonċernat huwa ċerti prodotti tal-ħadid irromblati ċatti, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, kemm jekk ikunu f’kojls u kemm jekk ma jkunux (inklużi “prodotti “maqtugħa skont id-daqs” u “li jkunu strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b’laminazzjoni termali, mhux kurazzati, plakkati jew miksijin, li joriġinaw mit-Turkija, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 00, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10 (kodiċi TARIC 7225191090), 7225 30 90, ex 7225 40 60 (kodiċi TARIC 7225406090), 7225 40 90, ex 7226 19 10 (TARIC code 7226191090), 7226 91 91 u 7226 91 99. Il-kodiċijiet NM u TARIC huma mogħtija biss bħala informazzjoni.

    (29)

    It-tipi ta’ prodotti li ġejjin huma esklużi mill-prodott ikkonċernat:

    (i)

    prodotti ta’ azzar inossidabbli u azzar elettriku bis-siliċju bi grani orjentati;

    (ii)

    prodotti tal-azzar tal-għodda u tal-azzar li jintuża f’veloċità għolja;

    (iii)

    prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr disinji f’riljev, ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew aktar; u

    (iv)

    prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji f’riljev, ta’ ħxuna ta’ 4,75 mm jew aktar, iżda li ma taqbiżx l-10 mm, u ta’ wisa’ ta’ 2 050 mm jew aktar.

    (30)

    L-HRFS jintuża f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet f’ħafna setturi ekonomiċi inklużi l-kostruzzjoni, il-bini ta’ bastimenti u l-enerġija. Jintuża pereżempju fil-produzzjoni ta’ tagħmir agrikolu, ta’ azzar armat, ta’ komponenti tal-kostruzzjoni u tal-bini, ta’ apparat domestiku u ta’ oġġetti elettriċi, karozzi eċċ.

    2.2.   Prodott simili

    (31)

    L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użi bażiċi:

    il-prodott ikkonċernat;

    il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tat-Turkija; u

    il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

    (32)

    F’dan l-istadju l-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li dawk il-prodotti huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    2.3.   Dikjarazzjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott

    (33)

    Il-manifattur ta’ forklifts u komponenti għal trakkijiet forklifts u magni tal-kostruzzjoni talab l-esklużjoni ta’ prodotti tal-azzar bi żbarra twila b’laminazzjoni termali mill-prodott li qed jiġi investigat (8). Il-Kummissjoni nnotat li l-prodotti tal-azzar b’vireg twal b’laminazzjoni termali jaqgħu barra mill-ambitu ta’ din l-investigazzjoni virga twila 6-12m b’laminazzjoni termali hija prodott twil u mhux prodott tal-azzar ċatt.

    3.   DUMPING

    3.1.   Rimarki preliminari

    (34)

    Tliet kumpaniji ġew inklużi fil-kampjun, li waħda minnhom kienet grupp.

    (35)

    Il-bejgħ domestiku u mill-esportazzjoni kollu ta’ Habas lejn l-Unjoni kien bejgħ dirett lil klijenti mhux relatati.

    (36)

    Colakoglu biegħ fis-suq domestiku direttament lil klijenti mhux relatati, filwaqt li l-esportazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat ta’ Colakoglu lejn l-Unjoni fil-PI saru permezz ta’ kumpanija relatata, Cotas, li tinsab fit-Turkija.

    (37)

    Il-Grupp Erdemir kien jikkonsisti fi tliet kumpaniji involuti direttament fl-investigazzjoni: produtturi esportaturi Erdemir u Isdemir, u ċ-ċentru tas-servizzi Ersem. Kemm Erdemir kif ukoll Isdemir ipproduċew il-prodott li qed jiġi investigat, biegħuh fis-suq domestiku u esportawh lejn l-Unjoni u lejn pajjiżi terzi fil-PI. Ersem xtara l-prodott li qed jiġi investigat mingħand Erdemir u/jew Isdemir, biegħu mill-ġdid fis-suq domestiku b’aktar ipproċessar jew mingħajru (bħal qtugħ u qsim ta’ koljaturi fi pjanċi u strixxi).

    3.2.   Valur normali

    (38)

    Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għal kull produttur esportatur fil-kampjun kienx rappreżentattiv, f'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ mill-esportazzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (39)

    Abbażi ta’ dan, il-bejgħ totali minn kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun tal-prodott simili fuq is-suq domestiku kien rappreżentattiv.

    (40)

    Imbagħad, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħin fuq livell domestiku li kienu identiċi jew paragunabbli għat-tipi ta’ prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produtturi esportaturi b’bejgħ domestiku rappreżentattiv.

    (41)

    Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku minn kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni kienx rappreżentattiv, f'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni.

    (42)

    Għal wieħed mit-tliet esportaturi inklużi fil-kampjun, il-bejgħ domestiku tat-tipi ta’ prodotti identiċi jew komparabbli ma’ dawk esportati lejn l-Unjoni fil-PI kien rappreżentattiv. Għaż-żewġ esportaturi l-oħra inklużi fil-kampjun, għal xi tipi ta’ prodotti li ġew esportati lejn l-Unjoni matul il-PI jew ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku, jew il-bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott kien inqas minn 5 % fil-volum u għalhekk ma kienx rappreżentattiv.

    (43)

    Imbagħad, il-Kummissjoni ddefiniet il-proporzjon ta’ bejgħ bi profitt lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku meta mqabbel mal-bejgħ totali lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan sar sabiex jiġi deċiż jekk il-Kummissjoni setgħetx tinjora l-bejgħ domestiku mhux profittabbli bħala li ma kienx fl-andament normali tal-kummerċ għall-kalkolu tal-valur normali ta’ kull tip ta’ prodott, f'konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

    (44)

    Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku reali għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:

    (a)

    il-volum tal-bejgħ tat-tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett li huwa daqs jew ogħla mill-kost ikkalkolat ta’ produzzjoni, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dan it-tip ta’ prodott; u

    (b)

    l-prezz medju ponderat tal-bejgħ ta’ dak it-tip ta’ prodott ikun daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

    (45)

    Fuq naħa, il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku reali għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku bi profitt biss ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-PI, jekk:

    (a)

    il-volum tal-bejgħ bi profitt ta’ dak it-tip ta’ prodott jirrappreżenta 80 % jew inqas mill-volum totali tal-bejgħ ta’ dan it-tip; jew

    (b)

    il-prezz medju ponderat tal-bejgħ ta’ dan it-tip ta’ prodott ikun anqas mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

    (46)

    L-analiżi tal-bejgħ domestiku tat-tliet esportaturi inklużi fil-kampjun uriet li bejn 17 % sa 100 % tal-bejgħ domestiku kollu għal kull tip ta’ prodott matul il-PI kien profittabbli, u li l-prezz medju ponderat tal-bejgħ kien ogħla mill-kost unitarju tal-produzzjoni. Għaldaqstant, skont it-tip tal-prodott, il-valur normali ġie kkalkulat bħala l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-PI fis-sitwazzjoni deskritta fil-premessa (44), jew bħala medja ponderata tal-bejgħ bi profitt biss fis-sitwazzjoni deskritta fil-premessa (45).

    (47)

    Meta tip ta’ prodott ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi jew ma nbiegħx fis-suq domestiku kif previst fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, u meta ma kien hemm l-ebda bejgħ jew ma kienx hemm biżżejjed bejgħ ta’ tip ta’ prodott tal-prodott simili fl-andament normali tal-kummerċ, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali f'konformità mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

    (48)

    Għal tipi ta’ prodotti b’ebda bejgħ domestiku jew b’bejgħ domestiku insuffiċjenti tal-prodott simili fl-andament normali tal-kummerċ, il-valur normali nħadem biż-żieda ta’ dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun matul il-PI:

    (a)

    il-kostijiet tal-bejgħ medji ponderati, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) imġarrbin mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun mill-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament normali tal-kummerċ, matul il-PI; u

    (b)

    l-profitt medju ponderat li jsir mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun mill-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament normali tal-kummerċ, matul il-PI.

    (49)

    Għat-tipi tal-prodott mhux mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, żdiedu l-kostijiet SG&A medji u l-profitt tat-tranżazzjonijiet li saru matul l-andament normali tal-kummerċ fis-suq domestiku għal dawk it-tipi. Għat-tipi tal-prodott mhux mibjugħin fis-suq domestiku, żdiedu l-kostijiet SG&A medji ponderati u l-profitt tat-tranżazzjonijiet li saru matul l-andament normali tal-kummerċ fis-suq domestiku għal dawk it-tipi.

    3.3.   Prezz tal-esportazzjoni

    (50)

    Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala negozjanti, kif deskritt fil-premessi minn (34) sa (37) hawn fuq.

    (51)

    Żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni matul il-PI, għalhekk il-prezz tal-esportazzjoni tagħhom kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. It-tielet produttur esportatur fil-kampjun esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni esklussivament permezz ta’ kumpanija relatata li tinsab fit-Turkija.

    3.4.   Tqabbil

    (52)

    Il-Kummissjoni pparagunat il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

    (53)

    Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jkun żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f'konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar, it-tagħbija u l-kostijiet anċillari, il-kostijiet tal-kreditu, u l-kummissjonijiet.

    (54)

    Produttur esportatur wieħed esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpanija relatata li tinsab fit-Turkija li taġixxi bħala negozjant, li magħha talab li jikkostitwixxi entità ekonomika waħda. Il-Kummissjoni fakkret li skont il-ġurisprudenza tal-UE, teżisti entità ekonomika waħda fejn produttur jafda kompiti li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet ta’ dipartiment intern għall-bejgħ lil kumpanija ta’ distribuzzjoni għall-prodotti tiegħu li huwa jikkontrolla ekonomikament. Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li n-negozjant relatat ma ssodisfax dawn il-kriterji, peress li ma kienx jirrappreżenta l-kanal tal-bejgħ esklużiv u lanqas il-kanal esklużiv tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-produttur, li kien jesporta kemm il-prodott ikkonċernat kif ukoll prodotti oħra direttament lejn is-swieq ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll prodotti oħra lejn l-Unjoni matul il-PI. Għal dan ir-raġunijiet, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

    (55)

    B’konsegwenza ta’ dan, biex tistabbilixxi prezz tal-esportazzjoni mill-fabbrika għal dak il-produttur esportatur, il-prezz tal-esportazzjoni kien aġġustat f'konformità mal-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni naqqset mill-prezz tal-esportazzjoni l-kostijiet SG&A tan-negozjant relatat li nstab li ma jiffurmax entità ekonomika waħda mal-produttur esportatur, u profitt ugwali għall-profitt ta’ importatur mhux relatat fl-Unjoni stabbilit abbażi tal-informazzjoni fil-fajl ta’ din l-investigazzjoni kif ukoll is-sejbiet ta’ investigazzjoni preċedenti dwar l-importazzjonijiet ta’ prodotti simili għall-prodott investigat (9).

    (56)

    Matul l-RCC ta’ produttur esportatur wieħed fil-kampjun, il-Kummissjoni sabet li l-kumpanija kienet ħalliet barra informazzjoni importanti fir-rigward tal-kostijiet tat-trasport tagħha mġarrba għall-bejgħ tal-prodott ikkonċernat fis-suq domestiku. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta jekk il-kostijiet tat-trasport iddikkjarati bħala aġġustament għall-valur normali ġewx irrapportati b’mod korrett.

    (57)

    B’ittra datata l-1 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni infurmat lill-kumpanija rispettiva bl-intenzjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar dawk il-kostijiet tat-trasport. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-GOT permezz ta’ Note Verbale. Il-kumpanija ssottomettiet kummenti u dokumenti ta’ sostenn fit-8 ta’ Diċembru 2020, fejn iddikjarat li l-Kummissjoni ġabret b’mod korrett il-kontrolli mwettqa matul l-RCC fil-verżjoni sensittiva tar-rapport tal-RCC kondiviż mal-kumpanija. Il-kumpanija, madankollu, argumentat li r-rapport tal-RCC naqas milli jsemmi kwalunkwe informazzjoni li tiżvija pprovduta jew kwalunkwe informazzjoni li l-kumpanija rrifjutat li tipprovdi. Barra minn hekk, il-kumpanija sostniet li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku ma kinitx ġustifikata fis-sitwazzjoni inkwistjoni u pprovdiet għadd ta’ argumenti li jappoġġaw dik id-dikjarazzjoni. Fil-kummenti tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2020, il-GOT qajjem argumenti simili bħall-kumpanija kkonċernata, u semma l-każistika preċedenti tad-WTO fir-rigward tal-użu tal-Artikolu 18 biex jissostanzja l-opinjoni tiegħu li l-kriterji għall-applikazzjoni tal-fatti disponibbli ma ġewx issodisfati fil-każ preżenti.

    (58)

    F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret li l-għan ta’ rapport tal-RCC huwa li jiġbor l-avvenimenti u l-fatti tal-kontroverifika mill-bogħod u mhux li jippreżenta konklużjonijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li r-rapport tal-RCC kien komplut anki jekk ma semmiex li l-Kummissjoni qieset ċerta informazzjoni bħala li tiżvija. Barra minn hekk, id-dokumenti ta’ sostenn sottomessi mill-kumpanija ma ppreżentaw l-ebda informazzjoni ġdida li tbiddel is-sitwazzjoni b’mod sostanzjali. Fl-aħħar, il-kumpanija ssottomettiet numru ta’ argumenti biss fil-verżjoni sensittiva tal-kummenti tagħha peress li dawk l-argumenti kienu jikkonċernaw informazzjoni kunfidenzjali speċifika għall-kumpanija. Dawn id-dikjarazzjonijiet huma indirizzati fl-iżvelar provviżorju speċifiku tal-kumpanija.

    (59)

    L-ebda informazzjoni jew argumenti sottomessi mill-kumpanija jew mill-GOT kif imsemmi fil-premessa (57) ta’ hawn fuq ma kienu ta’ tali natura li kienu se jreġġgħu lura d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonfermat l-intenzjoni tagħha li tittratta l-informazzjoni dwar il-kostijiet tat-trasport imġarrba mill-kumpanija fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott investigat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fl-istadju provviżorju tal-investigazzjoni.

    (60)

    Żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ressqu allegazzjoni f'konformità mal-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku għal aġġustament ta’ rifużjoni tad-dazju, bl-argument li l-eżistenza ta’ skema ta’ rifużjoni tad-dazju għal ċerti materjali ta’ input fil-pajjiż ikkonċernat timplika li l-bejgħ domestiku kollu tagħhom kien jinkorpora taxxa indiretta meta mqabbel mal-bejgħ għall-esportazzjoni.

    (61)

    L-ilmentatur ippreżenta kummenti li jopponu l-allegazzjoni.

    (62)

    Fit-Turkija, dazju tal-importazzjoni japplika fuq iċ-ċangaturi u r-ruttam tal-azzar, li t-tnejn huma inputs fil-manifattura tal-HRFS. Madankollu, taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv (inward processing regime, IPR), il-produtturi domestiċi huma eżentati mill-ħlas ta’ tali dazju jekk iċ-ċangaturi/ il-laqx tal-azzar jintużaw biex jipproduċu prodotti lesti li finalment ikunu esportati. Iż-żewġ esportaturi inklużi fil-kampjun sostnew li l-ammont ta’ dazji li kienu jħallsu kieku l-HRFS lesti nbiegħu fuq livell domestiku minflok esportati jenħtieġ li jkun ikkunsidrat għall-iskop ta’ paragun ġust tal-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni.

    (63)

    Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-ebda wieħed miż-żewġ esportaturi inklużi fil-kampjun ma ħallas dazju tal-importazzjoni matul il-PI, billi ssodisfaw l-impenn tal-esportazzjoni marbut ma’ kull permess tal-IPR, għalhekk l-aġġustament għall-ħlas lura tad-dazju mitlub kien jirrappreżenta biss kost teoretiku. Għal din ir-raġuni, it-talba tqieset bla bażi u għalhekk ġiet miċħuda.

    (64)

    Żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun talbu lill-Kummissjoni biex tuża metodu ta’ kull xahar/trimestru biex tistabbilixxi l-marġnijiet tad-dumping individwali tagħhom. Huma affermaw li dan l-approċċ huwa ġġustifikat minn żewġ raġunijiet ewlenin: (i) il-varjazzjonijiet fil-kost tal-produzzjoni, u (ii) id-deprezzament tal-lira Torka matul il-PI.

    (65)

    Fir-rigward tal-ewwel argument, iż-żewġ kumpaniji sostnew li kien hemm varjazzjonijiet sinifikanti fil-prezz tal-materja prima matul il-PI, li min-naħa tagħhom irriżultaw f’varjazzjoni sinifikanti fil-kost tal-produzzjoni tagħhom ta’ kull xahar/trimestru. Għalhekk, il-kalkolu tal-marġni tad-dumping tagħhom fuq bażi annwali medja standard iwassal biex il-bejgħ domestiku fil-bidu u fl-aħħar tal-PI jagħmel telf għalkemm dan sar ’il fuq mill-kostijiet attwali tagħhom.

    (66)

    Fir-rigward tat-tieni argument, iż-żewġ kumpaniji sostnew li l-PI kien ikkaratterizzat minn varjazzjonijiet sinifikanti fir-rata tal-inflazzjoni tat-Turkija, b’mod partikolari matul l-ewwel nofs, u li l-lira Torka żvalutat b’mod sinifikanti matul il-PI.

    (67)

    L-ilmentatur issottometta kummenti bl-argument li t-talba għal kalkolu tad-dumping ta’ kull xahar jew trimestrali mhijiex ġustifikata fil-każ preżenti. Dwar iċ-ċaqliq fil-kost, huwa argumenta li l-varjazzjoni fil-kost tal-produzzjoni trimestrali ma kienx sinifikanti billi l-kostijiet fl-ewwel, fit-tielet u fir-raba’ trimestru kienu lkoll b’differenza ta’ 10 % minn xulxin, u barra minn hekk, iċ-ċaqliq fil-kostijiet huwa parti mill-operazzjonijiet normali tan-negozju. Fir-rigward tal-livell ta’ inflazzjoni fit-Turkija, l-ilmentatur sostna li ż-żewġ kumpaniji ħarsu biss lejn l-inflazzjoni fl-ewwel nofs tal-PI, billi r-rata medja ta’ inflazzjoni fit-Turkija fl-2019 kienet ta’ 15 %, li mhuwiex definibbli bħala “iperinflazzjoni” u mhux tali li jiġġustifika kalkolu ta’ dumping ta’ kull xahar jew trimestru.

    (68)

    Il-Kummissjoni analizzat id-dikjarazzjonijiet tal-produtturi esportaturi u ddeterminat li: (i) iċ-ċaqliq fil-kost tal-produzzjoni ta’ kull xahar/trimestrali affettwa l-aktar kwart tal-PI, filwaqt li l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat sar matul il-PI kollu, u li l-varjazzjoni kumplessiva tal-kostijiet ma kinitx daqshekk sinifikanti li tiġġustifika l-kalkolu ta’ dumping trimestrali; (ii) ir-rata medja tal-inflazzjoni (15 % (10)) u l-iżvalutazzjoni tal-lira Torka (inqas minn 20 % prinċipalment fit-tieni trimestru (11)) fil-PI ma kinux tali li jiġġustifikaw devjazzjoni mill-prattika konsistenti tal-Kummissjoni biex tikkalkula l-marġni tad-dumping fuq bażi annwali. Għalhekk, it-talba għal kalkolu ta’ dumping ta’ kull xahar jew trimestru ġiet miċħuda.

    3.5.   Marġnijiet tad-dumping

    (69)

    Għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

    (70)

    Fuq il-bażi ta' dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

    Kumpanija

    Marġni provviżorju tad-dumping

    Habaş Sinai Ve Tibbi Gazlar İstihsal Endüstrisi A.Ş.

    4,8 %

    Il-grupp Erdemir

    Ereğli Demir ve Çelik Fabrikalari T.A.S. - İskenderun Demir ve Çelik A.Ş.

    5,4 %

    Çolakoğlu Metalurji A.Ş.

    7,6 %

    (71)

    Għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-medja ponderata tal-marġni tad-dumping f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dak il-marġni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet tat-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

    (72)

    Fuq din il-bażi, il-marġni provviżorju tad-dumping tal-produtturi esportaturi li kkooperaw barra mill-kampjun, Ağir Haddecilik A.Ş. u Borçelik Çelik Sanayii Ticaret A.Ş., huwa ta’ 5,9 %.

    (73)

    Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fit-Turkija, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni, espress bħala proporzjon tal-volum totali tal-esportazzjoni – kif irrapportat fl-istatistika tal-Eurostat dwar l-importazzjoni – mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni.

    (74)

    Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu madwar 87 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-PI. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiddetermina l-marġni tad-dumping residwu fil-livell tal-produttur esportatur inkluż fil-kampjun bl-ogħla marġni tad-dumping.

    4.   DANNU

    4.1.   Definizzjoni tal-Industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

    (75)

    Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni fl-Unjoni, il-prodott simili kien manifatturat minn 22 produttur magħruf li jappartjenu għal 14-il grupp. Dawn il-produtturi jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

    (76)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet stabbilita għal madwar 74,6 miljun tunnellata, inkluża l-produzzjoni għas-suq kaptiv. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, jiġifieri t-tweġibiet tal-kwestjonarju kontroverifikati mill-bogħod li waslu mingħand Eurofer u mingħand il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, li kienu wkoll soġġetti għal RCCs.

    (77)

    Kif indikat fil-premessa (8), fil-kampjun intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni li kienu jirrappreżentaw aktar minn 34 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

    4.2.   Determinazzjoni tas-suq tal-Unjoni rilevanti

    (78)

    Sabiex tistabbilixxi jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu u sabiex tiddetermina l-konsum u d-diversi indikaturi ekonomiċi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-industrija fl-Unjoni (jiġifieri kaptiv u mhux) tal-prodott simili kellux jiġi kkunsidrat fl-analiżi.

    (79)

    L-industrija tal-Unjoni sa ċertu punt hija integrata vertikalment. L-HRFS huwa meqjus bħala materjal intermedju għall-produzzjoni ta’ diversi prodotti downstream b’valur miżjud, jiġifieri prodotti llaminati bil-kesħa. Il-Kummissjoni sabet li 52 % tal-produzzjoni totali tal-produtturi tal-Unjoni kienet destinata għall-użu kaptiv.

    (80)

    Id-distinzjoni bejn suq kaptiv u suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu f’dan il-każ. Fis-suq kaptiv il-prodott ikkonċernat jitqies bħala materjal primarju għall-produzzjoni ta’ diversi prodotti downstream b’valur miżjud u l-prezzijiet ta’ trasferiment huma stabbiliti fi ħdan il-gruppi skont diversi politiki tal-prezzijiet. Min-naħa l-oħra, il-produzzjoni li hija maħsuba għall-bejgħ fis-suq ħieles qiegħda tikkompeti direttament mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u hija mibjugħa bi prezzijiet tas-suq ħieles.

    (81)

    Sabiex kemm jista’ jkun tagħti stampa kompleta tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisbet id-data tal-attività kollha tal-HRFS u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx maħsuba għall-użu kaptiv jew għas-suq ħieles.

    (82)

    Il-Kummissjoni analizzat b’mod separat id-data relatata mas-suq ħieles u dak kaptiv u eżaminat ċerti indikaturi ekonomiċi relatati mal-industrija tal-Unjoni fuq il-bażi tad-data għas-suq ħieles. Dawn l-indikaturi huma: il-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, il-volum tal-esportazzjoni u l-prezzijiet, il-profittabbiltà, ir-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus. Fejn kien possibbli u ġustifikat, is-sejbiet tal-eżami tqabblu mad-data għas-suq kaptiv sabiex tiġi pprovduta stampa sħiħa tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

    (83)

    Madankollu, indikaturi ekonomiċi oħra jistgħu jiġu eżaminati b’mod siewi biss billi wieħed jirreferi għall-attività sħiħa tal-HRFS, inkluż l-użu kaptiv tal-industrija tal-Unjoni. Dawn huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, l-investimenti, l-istokkijiet, l-impjiegi, il-produttività, il-pagi u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. Huma jiddependu fuq l-attività kollha, kemm jekk il-produzzjoni tkun kaptiva kif ukoll jekk tinbiegħ fis-suq ħieles.

    4.3.   Konsum tal-Unjoni

    4.3.1.   Il-konsum fis-suq ħieles fl-Unjoni

    (84)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi: (a) tad-data tal-Eurofer dwar il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni, kontroverifikata mal-volumi tal-bejgħ irrappurtati mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun; u (b) l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat lejn l-Unjoni mill-pajjiżi terzi kollha kif irrappurtat fil-Eurostat.

    (85)

    Il-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles matul il-perjodu kkunsidrat żviluppa kif ġej:

    Tabella 1

    Il-konsum tas-suq ħieles fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

     

    2016

    2017

    2018

    PI

    Il-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles

    35 507 255

    34 704 015

    36 593 172

    35 157 748

    Indiċi

    100

    98

    103

    99

    Sors: Eurofer, produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-Eurostat

    (86)

    Bejn l-2016 u l-2018, il-konsum tas-suq ħieles żdied bi 3 % iżda konsegwentement naqas. Kumplessivament, il-konsum fis-suq ħieles naqas b’1 % matul il-perjodu kkunsidrat.

    4.3.2.   Il-konsum kaptiv fis-suq tal-Unjoni

    (87)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum kaptiv tal-Unjoni abbażi tal-użu kaptiv tal-produtturi kollha magħrufa fl-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-konsum kaptiv tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat żviluppa kif ġej:

    Tabella 2

    Il-konsum kaptiv fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

     

    2016

    2017

    2018

    PI

    Il-konsum kaptiv tal-Unjoni

    45 706 179

    46 957 017

    46 552 480

    42 675 368

    Indiċi

    100

    103

    102

    93

    Sors: L-Eurofer u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

    (88)

    Il-konsum kaptiv fis-suq żdied bi ftit sal-2018, u wara naqas. Il-konsum kaptiv kumplessiv naqas b’7 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

    4.3.3.   Konsum kumplessiv

    (89)

    Il-konsum kumplessiv – is-somma tal-konsum tas-suq kaptiv u ħieles – evolva kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 3

    Konsum kumplessiv (suq kaptiv u ħieles) (tunnellati)

     

    2016

    2017

    2018

    PI

    Il-konsum kumplessiv tal-Unjoni

    81 213 434

    81 661 032

    83 145 652

    77 833 116

    Indiċi

    100

    101

    102

    96

    Sors: Eurofer, produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-Eurostat

    (90)

    It-tabella ta’ hawn fuq turi li l-konsum kumplessiv żdied bi ftit fl-2017 u fl-2018 iżda naqas b’4 % b’mod ġenerali meta mqabbel mal-2016. Il-konsum kaptiv irrappreżenta kważi 55 % tal-konsum kumplessiv fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

    4.4.   L-importazzjonijiet mit-Turkija

    4.4.1.   Volum u sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mit-Turkija

    (91)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi l-volum tal-importazzjonijiet ġie mqabbel mal-konsum tal-Unjoni.

    (92)

    L-importazzjonijiet mit-Turkija żviluppaw kif ġej:

    Tabella 4

    Il-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq

     

    2016

    2017

    2018

    PI

    Il-volum tal-importazzjonijiet mit-Turkija (tunnellati)

    999 732

    1 836 513

    2 830 548

    2 843 116

    Indiċi

    100

    184

    283

    284

    Is-sehem mis-suq fis-suq ħieles

    2,8 %

    5,3 %

    7,7 %

    8,1 %

    Indiċi

    100

    188

    275

    287

    Sors: Eurofer, produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-Eurostat

    (93)

    L-importazzjonijiet mit-Turkija żdiedu b’184 % matul il-perjodu kkunsidrat, kważi tripplikaw is-sehem tagħhom fis-suq ħieles li żdied minn 2,8 % fl-2016 għal 8,1 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

    4.4.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mit-Turkija u twaqqigħ tal-prezz

    (94)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mit-Turkija żviluppa kif ġej:

    Tabella 5

    Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

     

    2016

    2017

    2018

    PI

    It-Turkija

    363

    490

    539

    493

    Indiċi

    100

    135

    148

    136

    Sors: Eurostat

    (95)

    Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mit-Turkija żdiedu minn EUR 363/tunnellata fl-2016 għal EUR 493/tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, żieda ta’ 36 %. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet żdied b’mod notevoli fl-2017 iżda wkoll fl-2018 minħabba żieda sinifikanti fil-prezz tal-materja prima ewlenija, b’mod partikolari l-laqx iżda wkoll il-mineral tal-ħadid u l-kokk. Id-differenza bejn il-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kif rifless fit-Tabella 10, kienet sinifikanti (7,5 %).

    (96)

    Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:

    (a)

    il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta' prodott korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-produtturi Torok fil-kampjun lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF, b’aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta' wara l-importazzjoni; u

    (b)

    l-prezzijiet medji ponderati korrispondenti tal-bejgħ għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika.

    (97)

    It-tqabbil tal-prezzijiet sar abbażi tat-tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament debitu fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-rifużjonijiet u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (98)

    Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-produtturi esportaturi fil-kampjun urew marġni medji ponderati ta’ twaqqigħ bejn 1,3 % u 2,9 %. Il-biċċa l-kbira tal-HRFS hija sensittiva ħafna għall-prezz u l-kompetizzjoni hija fil-biċċa l-kbira bbażata fuq il-prezz. Barra minn hekk, il-prezzijiet huma magħrufa fis-suq u produttur wieħed fil-kampjun iddikjara matul l-RCC li differenza żgħira fil-prezz twassal biex ix-xerrej jibdel il-fornituri. F’dan il-kuntest, il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet huma kkunsidrati sinifikanti.

    4.5.   Qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    4.5.1.   Rimarki ġenerali

    (99)

    F'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

    (100)

    Kif imsemmi fil-premessa (8), intuża l-kampjunar biex ikun determinat id-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

    (101)

    Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi ta’ data mit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurofer relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni, kontroverifikata fejn meħtieġ mat-tweġibiet għall-kwestjonarju mit-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data ġew kontroverifikati mill-bogħod u nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

    (102)

    L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping fl-imgħoddi.

    (103)

    L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità biex jiġi ġġenerat il-kapital.

    (104)

    L-ilmentatur talab lill-Kummissjoni biex tibda l-analiżi tax-xejriet tad-dannu mill-2017 fuq il-bażi li l-2016 (l-ewwel sena tal-perjodu kkunsidrat f’din l-investigazzjoni) kienet “sena mhux rappreżentattiva” peress li l-industrija tal-Unjoni nstabet li kienet ġarrbet dannu mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn bosta oriġini. Tabilħaqq, wara investigazzjoni b’perjodu ta’ investigazzjoni li jkopri l-ewwel nofs tal-2016, f’Ottubru 2017 ġew imposti miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ HRFS mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna (12). Barra minn hekk, il-miżuri anti-dumping u d-dazji kumpensatorji kontra ċ-Ċina kienu imposti f’April u f’Ġunju tal-2017 rispettivament (13). Il-Kummissjoni ddeċidiet li f’dan l-istadju tippreżenta data skont il-prattika normali tagħha, u għalhekk inkludiet l-2016. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-valutazzjoni tal-evoluzzjoni tal-indikaturi tad-dannu kienet eżaminata fill-kunsiderazzjoni li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet tabilħaqq għadha affettwata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u sussidjati fl-2016 imsemmija u wriet b’mod ċar sinjali ta’ rkupru wara l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping u kumpensatorji definittivi kontra dawk l-importazzjonijiet fl-2017.

    4.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

    4.5.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

    (105)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 6

    Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità

     

    2016

    2017

    2018

    PI

    Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

    77 715 486

    80 720 236

    79 489 096

    74 635 884

    Indiċi

    100

    104

    102

    96

    Kapaċità ta’ produzzjoni (tunnellati)

    92 948 209

    94 639 237

    95 741 308

    96 051 969

    Indiċi

    100

    102

    103

    103

    Użu tal-kapaċità

    84 %

    85 %

    83 %

    78 %

    Indiċi

    100

    102

    99

    93

    Sors: Eurofer, produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-Eurostat

    (106)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’4 %, jew b’madwar 3 miljun tunnellata, filwaqt li l-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet bi 3 %, bejn wieħed u ieħor l-istess volum bħat-tnaqqis fil-produzzjoni. Konsegwentament, l-użu tal-kapaċità naqas b’7 %, minn 84 % fl-2016 għal 78 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (107)

    L-użu tal-kapaċità jikkonċerna l-HRFS kumplessivament, inkluża l-produzzjoni għal użu kaptiv. Iż-żieda fil-produzzjoni u l-kapaċità bejn l-2016 u l-2017 tirrifletti t-titjib tal-kundizzjonijiet tas-suq tal-Unjoni bħala riżultat tal-miżuri anti-dumping kontra l-importazzjonijiet mill-Ukrajna, ir-Russja, l-Iran u l-Brażil. Fit-tieni parti tal-perjodu kkunsidrat iż-żidiet fil-kapaċità huma pjuttost ir-riżultat ta’ effiċjenzi miżjuda u tneħħija tal-ostakli.

    4.5.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

    (108)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles żviluppaw kif ġej:

    Tabella 7

    Volum tal-bejgħ fis-suq ħieles u sehem mis-suq

     

    2016

    2017

    2018

    PI

    Bejgħ tal-industrija tal-Unjoni (tunnellati)

    27 017 986

    27 811 745

    28 438 028

    27 670 198

    Indiċi

    100

    103

    105

    102

    Sehem mis-suq

    76,1 %

    80,1 %

    77,7 %

    78,7 %

    Indiċi

    100

    105

    102

    103

    Sors: Eurofer, produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-Eurostat

    (109)

    Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles żdied bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem tagħha mis-suq żdied bi 3 %, minn 76,1 % fl-2016 għal 78,7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Iż-żieda fis-sehem mis-suq bejn l-2018 u l-2019 (il-perjodu ta’ investigazzjoni) hija spjegata mill-fatt li, filwaqt li l-volum totali tas-suq ħieles naqas, għadd importanti ta’ tranżazzjonijiet li qabel kienu kkunsidrati bħala kaptivi saru tranżazzjonijiet fis-suq ħieles minħabba n-nuqqas ta’ investiment imsemmi fil-premessa (150). Għalhekk, kif imsemmi fil-premessa (111), il-bejgħ kaptiv naqas filwaqt li s-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq ħieles żdied minħabba l-bidla fl-istruttura tal-produtturi tal-Unjoni.

    (110)

    Il-volum kaptiv tal-industrija tal-Unjoni u s-sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu meqjus kif ġej:

    Tabella 8

    Volum kaptiv u sehem mis-suq

     

    2016

    2017

    2018

    PI

    Volum tas-suq kaptiv tal-Unjoni (tunnellati)

    45 706 179

    46 957 017

    46 552 480

    42 675 368

    Indiċi

    100

    103

    102

    93

    Il-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni (tunnellati)

    77 715 486

    80 720 236

    79 489 096

    74 635 884

    Indiċi

    100

    104

    102

    96

    Is-sehem tas-suq kaptiv fuq il-produzzjoni totali tal-Unjoni

    59 %

    58 %

    59 %

    57 %

    Indiċi

    100

    99

    100

    97

    Sors: Eurofer, produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-Eurostat

    (111)

    Is-suq kaptiv tal-industrija tal-Unjoni (magħmul mill-HRFS miżmum mill-industrija tal-Unjoni għal użu downstream) fl-Unjoni naqas b’madwar 7 %, jew madwar tliet miljun tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq kaptiv tal-industrija tal-Unjoni (espress bħala perċentwal tal-produzzjoni totali tal-Unjoni) naqas bi 3 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, minn 59 % għal 57 %. Ir-raġuni kienet it-tnaqqis fid-domanda ta’ prodotti downstream u l-bejgħ ta’ linji ta’ produzzjoni użati li jikkonsmaw il-prodott investigat (ara l-premessa (150)).

    4.5.2.3.   Tkabbir

    (112)

    Iċ-ċifri ta’ hawn fuq fir-rigward tal-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq kollha juru xejra ta’ tnaqqis qawwi mill-2017, kontra żieda żgħira fil-konsum tas-suq ħieles matul l-istess perjodu. L-industrija tal-Unjoni kibret biss, u modestament ħafna, jekk l-2016, sena li fiha nstab li ġarrbet dannu minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn pajjiżi oħra, tittieħed bħala punt tat-tluq.

    4.5.2.4.   L-impjiegi u l-produttività

    (113)

    L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 9

    L-impjiegi u l-produttività

     

    2016

    2017

    2018

    PI

    Għadd ta’ impjegati

    39 144

    43 963

    40 299

    39 178

    Indiċi

    100

    112

    103

    100

    Produttività (tunnellati għal kull impjegat)

    1 985

    1 836

    1 973

    1 905

    Indiċi

    100

    92

    99

    96

    Sors: L-Eurofer u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

    (114)

    Il-livell tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni relatat mal-produzzjoni tal-HRFS varja matul il-perjodu kkunsidrat iżda kumplessivament baqa’ stabbli. Fid-dawl tat-tnaqqis fil-produzzjoni, il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala tunnellati għal kull impjegat prodott fis-sena, naqset b’4 % matul il-perjodu kkunsidrat.

    4.5.2.5.   Il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat

    (115)

    Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu sinifikantement ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, fid-dawl tal-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mit-Turkija.

    (116)

    L-HRFS diġà kienu soġġetti għal investigazzjonijiet anti-dumping. Fl-2016, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet għadha affettwata b’mod sinifikanti mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna. Miżuri anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi ġew imposti f’Ottubru tal-2017 (14). Il-miżuri anti-dumping kontra ċ-Ċina ġew imposti f’April 2017, li kienu segwiti minn dazji kumpensatorji minn Ġunju 2017 (15).

    (117)

    Kif imsemmi fil-premessa (104), is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet tabilħaqq għadha affettwata mill-prattiki tad-dumping fl-2016 imsemmija u wriet b’mod ċar sinjali ta’ rkupru wara l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping definittivi kontra dawk l-importazzjonijiet fl-2017. Fir-rigward tal-bqija tal-perjodu kkunsidrat, l-irkupru kien għadu għaddej kif muri, fost fatturi oħra, minn livelli ta’ profittabbiltà aktar b’saħħithom (kif muri hawn taħt), iżda waqaf fl-2019.

    4.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

    4.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

    (118)

    Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 10

    Prezzijiet ta' bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni

     

    2016

    2017

    2018

    PI

    Il-prezz unitarju medju tal-bejgħ fis-suq ħieles (EUR/tunnellata)

    391

    531

    574

    533

    Indiċi

    100

    136

    147

    136

    Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

    413

    497

    540

    560

    Indiċi

    100

    121

    131

    136

    Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

    (119)

    Il-prezzijiet unitarji medji tal-bejgħ żdiedu b’mod sinifikanti fl-2017 meta mqabbla mal-2016. Tabilħaqq, filwaqt li l-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni tnaqqsu b’mod sever fl-2016 (16) minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping b’mod massiv mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna, l-industrija tal-Unjoni setgħet treġġa’ lura l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha għal livelli normali wara li ġew imposti miżuri anti-dumping kontra l-importazzjonijiet imsemmija fl-2017 (17). Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-2017 u fl-2018 jistgħu wkoll jammontaw għal żieda qawwija fil-kostijiet tal-materja prima, b’mod partikolari l-kost tal-mineral tal-ħadid u l-kokk, li rriżultat f’żieda qawwija ħafna fil-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-2018, jiġifieri b’31 % meta mqabbel mal-2016.

    (120)

    Madankollu, fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’aktar minn 7 %, minn EUR 574/tunnellata fl-2018 għal EUR 533/tunnellata, filwaqt li l-kost tal-produzzjoni tagħha żdied bi 3,7 %, minn EUR 540/tunnellata fl-2018 għal EUR 560/tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, filwaqt li fl-2017 u l-2018 l-industrija tal-Unjoni setgħet tgħaddi ż-żidiet fil-kostijiet li ġarrbet lill-klijenti tagħha u tibqa’ profittabbli, ma setgħetx tibqa’ tagħmel dan fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (121)

    Minħabba li l-biċċa l-kbira tal-prodott ikkonċernat hija sensittiva ħafna għall-prezz, il-produtturi tal-Unjoni kellhom isegwu t-tnaqqis qawwi fil-prezz offrut lis-swieq mill-produtturi esportaturi Torok u jnaqqsu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-bejgħ, minkejja ż-żieda fil-kostijiet, bil-għan li jżommu l-użu tal-kapaċità u l-ishma mis-suq.

    4.5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

    (122)

    Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 11

    Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

     

    2016

    2017

    2018

    PI

    (EUR)

    74 295

    78 101

    79 241

    83 187

    Indiċi

    100

    106

    107

    112

    Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

    (123)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat żdiedet bi 12 %. Dan juri li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux ibaxxu l-kostijiet tax-xogħol, minkejja ċ-ċirkostanzi tas-suq li kienu sejrin għall-agħar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

    4.5.3.3.   Inventarji

    (124)

    Il-livelli tal-ħażniet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 12

    Inventarji

     

    2016

    2017

    2018

    PI

    Stokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

    1 033 364

    1 207 363

    843 448

    862 918

    Indiċi

    100

    117

    82

    84

    Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

    5,1 %

    5,7 %

    4,2 %

    4,4 %

    Indiċi

    100

    110

    81

    85

    Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

    (125)

    Matul il-perjodu kkunsidrat il-livell tal-ħażniet tal-għeluq naqas b’16 %. Il-maġġoranza tat-tipi ta’ prodott simili huma prodotti mill-industrija tal-Unjoni skont ordnijiet speċifiċi tal-utenti. Għalhekk, l-istokkijiet mhumiex meqjusa bħala indikatur importanti tad-dannu f’dan il-każ. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-analiżi tal-evoluzzjoni tal-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni. Kif jidher hawn fuq, dan l-indikatur baqa’ relattivament stabbli għal madwar 5 % tal-volum tal-produzzjoni

    4.5.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

    (126)

    Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 13

    Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

     

    2016

    2017

    2018

    PI

    Il-profitabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

    -3,6 %

    6,8 %

    6,8 %

    -6,0 %

    Indiċi

    -100

    190

    190

    -170

    Il-fluss tal-flus (EUR)

    - 140 233 455

    441 133 402

    621 258 785

    - 308 384 431

    Indiċi

    -100

    315

    443

    -220

    Investimenti (EUR)

    144 626 230

    234 309 366

    210 822 274

    156 161 956

    Indiċi

    100

    162

    146

    108

    Redditu fuq l-investimenti

    -3,1 %

    9,7 %

    10,2 %

    -13,0 %

    Indiċi

    -100

    317

    331

    -424

    Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

    (127)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

    (128)

    Il-profittabbiltà żviluppat b’mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat, minkejja l-profitti li saru fl-2017 u fl-2018. Kif spjegat fil-premessa (120), il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu fil-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li l-kost tal-produzzjoni kompla jiżdied. Fil-fatt, fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni waqa’ għal livelli taħt il-kost tal-produzzjoni tagħha. Il-profittabbiltà naqset minn 6,8 % fl-2018 għal -6 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (129)

    Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Il-fluss tal-flus nett evolva fil-biċċa l-kbira b’konformità mal-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investimenti. Dan kien pożittiv mill-2017 sal-2018, bil-quċċata fl-2018, u sar negattiv fil-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-profittabbiltà kienet fl-iktar punt baxx fil-perjodu kkunsidrat. Il-kapaċità li jinġabar il-kapital kienet imxekkla mit-tnaqqis fil-profitti.

    (130)

    Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt (jew it-telf) f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan segwa l-istess xejra bħall-profittabbiltà.

    (131)

    Il-livell ta’ investimenti annwali żdied bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat, iżda naqas fl-2019 għal livelli li kienu bilkemm ogħla minn dawk fl-2016. B’mod ġenerali, l-investimenti kellhom biss l-għan li jżommu l-kapaċitajiet eżistenti u li jagħmlu sostituzzjoni xierqa tal-assi ta’ produzzjoni meħtieġa. Kien hemm ukoll investimenti sinifikanti marbuta ma’ kwistjonijiet ta’ saħħa, sigurtà u ambjent.

    4.5.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

    (132)

    Għalkemm il-konsum fis-suq ħieles naqas ftit matul il-perjodu kkunsidrat (-1 %), il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles żdiedu bi 2 % u s-sehem mis-suq tagħha fis-suq ħieles tela’ minn 76,1 % għal 78,7 %. Madankollu, dan it-titjib żgħir f’termini ta’ volumi ta’ bejgħ u sehem mis-suq jista’ jiġi osservat biss meta mqabbel mal-2016, meta l-industrija tal-Unjoni kienet qed issofri dannu minn dumping ikkawżat minn importazzjonijiet minn pajjiżi oħra. Huwa nnotat ukoll li d-diżinvestiment imsemmi fil-premessa (150) kien jinvolvi żieda kożmetika fil-bejgħ fis-suq ħieles. Minkejja dan, l-output tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni naqsu rispettivament b’4 % u 7 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2018 u l-2019 kien hemm tnaqqis aktar qawwi fl-output tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità, u l-bejgħ fis-suq ħieles naqas ukoll. L-industrija tal-Unjoni kibret mill-2017, u rkuprat mill-importazzjonijiet inġusti soġġetti għal miżuri anti-dumping u antisussidji, iżda naqset matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (133)

    Il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat (+ 36 %), l-aktar minħabba żieda qawwija fil-prezzijiet tal-materja prima.

    (134)

    Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu aktar mill-kostijiet fl-2017 u fl-2018, u dan ippermetta lill-produtturi tal-Unjoni jilħqu profittabbiltà ta’ 6,8 %. Madankollu, bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni l-industrija tal-Unjoni naqqset il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b’medja ta’ 7 %, minkejja ż-żieda fil-kostijiet (+4 %). Dan kellu effett devastanti fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, li naqset minn +6,8 % fl-2018 għal -6 % fl-2019.

    (135)

    Indikaturi finanzjarji oħrajn (il-fluss tal-flus, ir-redditu fuq l-investimenti) segwew xejra simili u konsegwentement, fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-livell tal-investimenti naqas b’mod qawwi meta mqabbel mas-snin ta’ qabel.

    (136)

    Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

    5.   KAWŻALITÀ

    (137)

    F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mit-Turkija kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F'konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn minbarra l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mit-Turkija ma jiġix attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-konsum kaptiv, l-evoluzzjoni tad-domanda u l-prezzijiet tal-materja prima.

    5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

    (138)

    L-importazzjonijiet mit-Turkija kważi tripplikaw matul il-perjodu kkunsidrat, u żdiedu minn madwar 1 000 000 tunnellata fl-2016, li jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 2,8 % għal 2 843 000 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 8,1 % (ara t-Tabella 4). Dawn l-importazzjonijiet li żdiedu saru bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Dan kellu impatt qawwi fuq l-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni fejn, f’kuntest ta’ żieda fil-kostijiet u kontra l-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping Torok, kellha tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, li rriżulta fi tnaqqis qawwi ħafna fil-profittabbiltà minn + 6,8 % għal telf kbir (profittabbiltà ta’ -6 %), u d-deterjorament konsegwenti tal-indikaturi finanzjarji tagħha.

    (139)

    Bosta partijiet sostnew li ma kien hemm l-ebda korrelazzjoni bejn l-importazzjonijiet Torok u d-dannu mġarrab mill-ilmentaturi. Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li fl-2017 u l-2018, waqt li ħadet vantaġġ minn ċirkostanzi tas-suq relattivament tajbin u mill-miżuri ta’ difiża tal-kummerċ ġodda fis-seħħ kontra ħames pajjiżi, l-industrija tal-Unjoni setgħet tagħmel profitti tajbin minkejja l-volum dejjem akbar ta’ importazzjonijiet mit-Turkija bi prezzijiet baxxi. Madankollu, kien fl-2019 li l-industrija tal-Unjoni kienet imġiegħla tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha ferm taħt il-kostijiet sabiex iżżomm is-sehem mis-suq tagħha minħabba d-depressjoni tal-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet Torok bi prezzijiet irħas meta mqabbla mal-2018. Għalhekk hemm korrelazzjoni ċara bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

    5.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

    5.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

    (140)

    Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 14

    Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

    Pajjiż

     

    sena

    sena

    sena

    PI

    Il-Federazzjoni Russa

    Volum (tunnellati)

    2 026 321

    744 941

    1 618 946

    1 407 644

    Indiċi

    100

    37

    80

    69

    Sehem mis-suq

    5,7 %

    2,1 %

    4,4 %

    4,0 %

    Indiċi

    100

    38

    78

    70

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    336

    468

    497

    445

    Indiċi

    100

    139

    148

    132

    Is-Serbja

    Volum (tunnellati)

    348 619

    465 158

    733 711

    860 952

    Indiċi

    100

    133

    210

    247

    Sehem mis-suq

    1,0 %

    1,3 %

    2,0 %

    2,4 %

    Indiċi

    100

    137

    204

    249

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    386

    498

    547

    479

    Indiċi

    100

    129

    142

    124

    L-Indja

    Volum (tunnellati)

    443 493

    1 121 530

    918 334

    847 592

    Indiċi

    100

    253

    207

    191

    Sehem mis-suq

    1,2 %

    3,2 %

    2,5 %

    2,4 %

    Indiċi

    100

    259

    201

    193

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    404

    493

    533

    464

    Indiċi

    100

    122

    132

    115

    Il-Brażil

    Volum (tunnellati)

    657 682

    370 567

    266 870

    114 142

    Indiċi

    100

    56

    41

    17

    Sehem mis-suq

    1,9 %

    1,1 %

    0,7 %

    0,3 %

    Indiċi

    100

    58

    39

    18

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    363

    494

    531

    485

    Indiċi

    100

    136

    146

    134

    L-Ukrajna

    Volum (tunnellati)

    1 080 094

    609 792

    131 958

    106 866

    Indiċi

    100

    56

    12

    10

    Sehem mis-suq

    3,0 %

    1,8 %

    0,4 %

    0,3 %

    Indiċi

    100

    58

    12

    10

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    331

    466

    472

    424

    Indiċi

    100

    141

    142

    128

    L-Iran

    Volum (tunnellati)

    928 896

    76 707

    56 026

    3 377

    Indiċi

    100

    8

    6

    0

    Sehem mis-suq

    2,6 %

    0,2 %

    0,2 %

    0,0 %

    Indiċi

    100

    80

    6

    0

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    305

    428

    489

    504

    Indiċi

    100

    140

    160

    165

    Iċ-Ċina

    Volum (tunnellati)

    1 031 310

    8 511

    636

    538

    Indiċi

    100

    1

    0

    0

    Sehem mis-suq

    2,9 %

    0,0 %

    0,0 %

    0,0 %

    Indiċi (EUR/tunnellata)

    100

    1

    0

    0

    Prezz medju

    325

    678

    3 503

    3 189

    Indiċi

    100

    209

    1 078

    981

    Pajjiżi terzi oħrajn

    Volum (tunnellati)

    973 121

    1 658 551

    1 598 115

    1 303 324

    Indiċi

    100

    170

    164

    134

    Sehem mis-suq

    2,7 %

    4,8 %

    4,4 %

    3,7 %

    Indiċi

    100

    174

    159

    135

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    385

    495

    562

    526

    Indiċi

    100

    129

    146

    136

    Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr it-Turkija

    Volum (tunnellati)

    7 489 536

    5 055 756

    5 324 596

    4 644 434

    Indiċi

    100

    68

    71

    62

    Sehem mis-suq

    21,1 %

    14,6 %

    14,6 %

    13,2 %

    Indiċi

    100

    69

    69

    63

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    345

    487

    531

    478

    Indiċi

    100

    141

    154

    139

    Sors: Eurostat

    (141)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha naqas minn 21,1 % għal 13,2 %. It-tnaqqis kumplessiv tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra minbarra t-Turkija huwa dovut l-aktar għall-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping kontra importazzjonijiet miċ-Ċina, il-Brażil, l-Iran, l-Ukrajna u r-Russja fl-2017. Il-miżuri jvarjaw minn 8,1 % sa 35,9 % għaċ-Ċina (inkluż l-effett ikkombinat mad-dazji kompensatorji) u minn 17,6 sa 96,5 EUR/tunnellata għall-erba’ pajjiżi l-oħra. Il-prezzijiet fit-tabella ta’ hawn fuq ma jinkludux dazji anti-dumping u kompensatorji bħal dawn.

    (142)

    Wara t-Turkija, il-pajjiżi esportaturi ewlenin fil-perjodu ta’ investigazzjoni kienu r-Russja (soġġetti għal dazji anti-dumping), is-Serbja u l-Indja.

    (143)

    L-importazzjonijiet mir-Russja kienu jammontaw għal inqas minn nofs l-importazzjonijiet mit-Turkija fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Russja, wara li żdied id-dazju anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet bħal dawn, kienu ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet mit-Turkija, għalkemm xi drabi inqas mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni. Konsegwentement, il-kobor tal-pressjoni tal-importazzjonijiet Russi, meta wieħed iżomm f’moħħu s-sehem mis-suq tagħhom, ma setax, b’mod kumplessiv, jagħmel pressjoni fuq il-produtturi tal-Unjoni bl-istess mod bħall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mit-Turkija.

    (144)

    L-importazzjonijiet mis-Serbja u mill-Indja kellhom sehem mis-suq kombinat ta’ 4,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni (60 % tas-sehem mis-suq tat-Turkija). L-importazzjonijiet mis-Serbja żdiedu b’147 % matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu fl-2017, iżda naqsu b’25 % minn dak iż-żmien. Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mis-Serbja u mill-Indja kienu taħt il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mit-Turkija, iżda ma tista’ tinsilet l-ebda konklużjoni dwar jekk dawn l-importazzjonijiet waqqgħux ukoll il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, anki fid-dawl tat-taħlita tal-prodott mhux magħrufa ta’ dawn l-importazzjonijiet (18). Fi kwalunkwe każ, id-daqs tal-pressjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet, meta wieħed iżomm f’moħħu s-sehem mis-suq tagħhom, ma setax, b’mod ġenerali, jagħmel pressjoni fuq il-produtturi tal-Unjoni bl-istess mod bħall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mit-Turkija.

    (145)

    L-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kienu żgħar ħafna u bħala medja bi prezzijiet ogħla mill-importazzjonijiet mit-Turkija.

    (146)

    Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra ma setgħux inaqqsu r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping Torok u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni.

    5.2.2.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

    (147)

    Il-volum u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 15

    Bejgħ għall-esportazzjoni

     

    2016

    2017

    2018

    PI

    Volum tal-esportazzjonijiet (tunnellati)

    1 597 262

    1 550 220

    1 434 739

    1 872 411

    Indiċi

    100

    97

    90

    117

    Prezz medju (EUR/tunnellata)

    382

    502

    554

    465

    Indiċi

    100

    132

    145

    122

    Sors: L-Eurofer (volumi) u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (prezzijiet)

    (148)

    Il-produtturi tal-Unjoni żiedu l-volumi tal-esportazzjoni bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat għal ftit inqas minn 1,9 miljun tunnellata fl-2019. L-esportazzjonijiet spiss isiru taħt kuntratti fit-tul u l-investigazzjoni żvelat li dawn jikkonsistu l-aktar f’taħlita ta’ prodotti inferjuri meta mqabbla mal-bejgħ fl-Unjoni. Madankollu, b’mod partikolari fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-esportazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni setgħu parzjalment jikkumpensaw għall-volumi tal-bejgħ mitlufa fis-suq tal-Unjoni u għenu lill-produtturi tal-Unjoni biex inaqqsu l-kostijiet fissi u oħrajn.

    (149)

    Madankollu, kumplessivament, il-volumi esportati mill-industrija tal-Unjoni kienu jirrappreżentaw biss madwar 7 % tal-volum tal-bejgħ tagħha fis-suq ħieles tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni u fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-impatt tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fuq id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien, jekk kien hemm, marġinali.

    5.2.3.   Konsum kaptiv

    (150)

    Kif muri fit-tabella 1 hawn fuq, il-konsum kaptiv naqas b’7 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis seħħ fit-tieni parti tal-perjodu kkunsidrat u kien parzjalment dovut għall-fatt li produttur wieħed tal-Unjoni, fl-2019, biegħ għadd ta’ linji li jużaw il-prodotti investigat lil kumpanija mhux relatata (19). Barra minn hekk, matul il-perjodu meqjus il-konsum tal-azzar f’ċerti setturi downstream naqas. Il-Kummissjoni ma setgħetx tikkwantifika t-tnaqqis f’kull wieħed minnhom.

    (151)

    Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li r-rwol tal-evoluzzjoni tal-konsum kaptiv fuq id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, jekk kien hemm, kien marġinali.

    5.2.4.   Evoluzzjoni tad-domanda

    (152)

    Kif muri fit-tabella 2, il-konsum tas-suq ħieles fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu kkunsidrat kien bażikament l-istess.

    (153)

    Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-evoluzzjoni tal-konsum tas-suq ħieles ma setgħetx tikkontribwixxi għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

    5.2.5.   Il-prezzijiet tal-materja prima

    (154)

    Kif spjegat fit-taqsima 4.5.3.1, iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima kienet bil-bosta r-raġuni ewlenija għaż-żieda fil-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

    (155)

    Fiha nnifisha, żieda fil-prezzijiet tal-materja prima mhijiex sors ta’ dannu għaliex ġeneralment tkun akkumpanjata minn żieda sussegwenti fil-prezz tal-bejgħ. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li ż-żieda fil-kostijiet tal-materja prima bħala tali ma kkawżatx dannu lill-industrija tal-Unjoni.

    5.2.6.   Fatturi oħra

    (156)

    Xi partijiet semmew fatturi oħra bħala sors tas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. Utent rabat profitti aktar baxxi mad-deterjorament tal-prestazzjoni tal-industrija tal-azzar fid-dinja fl-2019. Utent ieħor semma “kapaċità żejda fil-prodotti kollha” bħala kawża, filwaqt li ddikjara wkoll li l-produtturi tal-Unjoni jiffukaw fuq speċjalitajiet u huma milquta minn domanda dgħajfa f’settur li jinsab fi kriżi, jiġifieri fis-settur tal-karozzi.

    (157)

    L-ewwel żewġ affermazzjonijiet baqgħu vagi u mhux sostnuti. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-prestazzjoni tal-industrija tal-azzar u l-kapaċitajiet żejda, jekk kien hemm, ma kkontribwewx b’mod materjali għad-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni.

    (158)

    Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-aħħar affermazzjoni kienet żbaljata peress li l-produtturi tal-Unjoni jaqdu s-setturi kollha li jikkunsmaw l-azzar, mhux biss lis-settur tal-karozzi. F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda informazzjoni dwar id-daqs tas-setturi differenti li jikkonsmaw l-azzar fis-snin differenti koperti mill-perjodu kkunsidrat. Madankollu, kif deher fit-taqsima 5.2.4, kumplessivament il-konsum fis-suq ħieles baqa’ pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk ġie konkluż b’mod provviżorju li l-evoluzzjoni tad-domanda ma kkontribwietx għad-dannu fl-industrija tal-Unjoni.

    5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

    (159)

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet t’hawn fuq, il-Kummissjoni b’mod provviżorju stabbiliet rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mit-Turkija. Bħala riżultat tad-dumping Tork, l-industrija tal-Unjoni sabet ruħha, eżatt wara li kienet bdiet tirkupra minn prattiki preċedenti ta’ dumping (20), għal darb’oħra f’sitwazzjoni fejn ġarrbet dannu minħabba importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

    (160)

    Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

    (161)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mit-Turkija kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħrajn, ikkunsidrati b’mod individwali jew kollettiv, ma taffewx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali.

    6.   LIVELL TAL-MIŻURI

    (162)

    Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx suffiċjenti biex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping għall-industrija tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku.

    6.1.   Marġni tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’

    (163)

    Il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet f'konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, id-dannu jiġi eliminat kieku l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha, inklużi dawk il-kostijiet li jirriżultaw mill-ftehimiet ambjentali multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li għalihom l-Unjoni hija parti, u mill-Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (International Labour Organisation, ILO) elenkati fl-Anness Ia, u setgħet tikseb profitt raġonevoli (“profitt fil-mira”).

    (164)

    F'konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż li qed jiġi investigat, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet u l-investimenti, ir-riċerka u żvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni kollha, u l-livell ta’ profittabbiltà li wieħed għandu jistenna f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Dan il-marġni ta’ profitt jenħtieġ li ma jkunx inqas minn 6 %.

    (165)

    L-ilmentatur qies li mira raġonevoli għall-profitt jenħtieġ li tvarja bejn 10 % u 15 %. L-Assoċjazzjoni Torka tal-Esportaturi tal-Azzar ÇİB qieset dik il-firxa għolja wisq u minflok ipproponiet il-profitti fil-mira użati mill-Kummissjoni fl-investigazzjonijiet konklużi fl-2017 għall-istess prodott, li kienu 7 % u 7,9 %. Produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun qies li l-profitt fil-mira minimu jenħtieġ li ma jkunx inqas mis-7,9 % użat f’investigazzjoni preċedenti.

    (166)

    Il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi marġni ta’ profitt fuq il-bażi ta’ kwalunkwe waħda mis-snin ta’ qabel iż-żieda tal-importazzjonijiet mit-Turkija, billi f’dawk is-snin, l-industrija tal-Unjoni sofriet influss ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn oriġini oħra u għalhekk l-ebda waħda minn dawn is-snin ma setgħet tikkwalifika bħala sena b’sitwazzjoni kompetittiva normali fis-suq tal-Unjoni. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni kkunsidrat il-profittabbiltà milħuqa fl-2017. Fl-2017, il-livell tal-importazzjonijiet mit-Turkija kien diġà żdied b’miljun tunnellata meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, madankollu dan kien se jiżdied b’miljun tunnellata oħra fl-2018 u l-2019. Barra minn hekk, fl-2017 l-industrija tal-Unjoni kienet b’mod ċar f’sitwazzjoni ħafna aħjar mis-snin ta’ qabel minħabba l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping kontra l-importazzjonijiet tal-HRFS li joriġinaw miċ-Ċina, mill-Brażil, mill-Iran, mir-Russja u mill-Ukrajna u ċ-ċirkostanzi favorevoli tas-suq f’dik is-sena. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża b’mod provviżorju l-profitt medju miksub matul is-sena 2017 bħala profitt fil-mira. Dak il-profitt kien ta’ 6,8 %.

    (167)

    F'konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni vvalutat talba magħmula minn żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun dwar investimenti ppjanati li ma kinux implimentati matul il-perjodu kkunsidrat. Fuq il-bażi tal-evidenza dokumentarja riċevuta, li tista’ tiġi rrikonċiljata mas-sistema tal-kontabilità tal-kumpaniji, il-Kummissjoni aċċettat b’mod provviżorju dik it-talba u żiedet l-ammonti korrispondenti mal-prezz mhux dannuż ta’ dawk il-produtturi tal-Unjoni. Konsegwentement, il-marġni ta’ profitt fil-mira finali varja bejn 6,8 % u 8,0 %.

    (168)

    F'konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala l-aħħar pass, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw minn Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li għalihom l-Unjoni hija parti, li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżura f'konformità mal-Artikolu 11(2). Abbażi tal-informazzjoni ppreżentata, li kienet appoġġata mill-għodod u l-previżjonijiet ta’ rapportar tal-kumpaniji, il-Kummissjoni stabbiliet kost fil-firxa ta’ bejn EUR 2/tunnellata u EUR 12/tunnellata, minbarra l-kost reali tal-konformità ma’ dawn il-konvenzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Din id-differenza ġiet miżjuda mal-prezz mhux dannuż.

    (169)

    Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkulat prezz mhux dannuż tal-prodott simili għall-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq (ara l-premessa (167)) għall-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u mbagħad żiedet l-aġġustamenti f’konformità mal-Artikolu 7 (2d) skont it-tip.

    (170)

    Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-medja ponderata tal-prezz tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi inkluż fil-kampjun fil-pajjiż ikkonċernat skont it-tip, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-medja ponderata tal-prezz mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq ħieles tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. Ir-riżultat ta’ dawn il-kalkoli jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.

    Pajjiż

    Kumpanija

    Marġni tad-dumping

    Marġni tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’

    It-Turkija

    Çolakoğlu Metalurji A.Ş.

    7,6 %

    19,3 %

    Il-grupp Erdemir:

    Ereğli Demir ve Çelik Fabrikalari T.A.S.

    İskenderun Demir ve Çelik A.Ş.

    5,4 %

    23,5 %

    Habaş Sinai Ve Tibbi Gazlar İstihsal Endüstrisi A.Ş.

    4,8 %

    20,9 %

    Ağir Haddecilik A.Ş.

    5,9 %

    21,2 %

    Borçelik Çelik Sanayii Ticaret A.Ş.

    5,9 %

    21,2 %

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    7,6 %

    23,5 %

    6.2.   Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni

    (171)

    Kif spjegat fin-Notifika ta’ Bidu, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li fil-pajjiż ikkonċernat hemm distorsjonijiet fil-materja prima rigward il-prodott investigat. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, din l-investigazzjoni eżaminat id-distorsjonijiet allegati biex tivvaluta, jekk rilevanti, jekk dazju inferjuri għall-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina d-dannu.

    (172)

    Madankollu, billi l-marġnijiet adegwati biex jiġi eliminat id-dannu huma ogħla mill-marġnijiet tad-dumping, il-Kummissjoni qieset li, f’dan l-istadju, ma kienx neċessarju li dan l-aspett jiġi indirizzat.

    6.3.   Konklużjoni

    (173)

    Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ dazji provviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. B’konsegwenza ta’ dan, id-dazji anti-dumping provviżorji jenħtieġ li jiġu stabbiliti kif ġej:

    Pajjiż

    Kumpanija

    Dazju provviżorju anti-dumping

    It-Turkija

    Çolakoğlu Metalurji A.Ş.

    7,6 %

    Il-grupp Erdemir:

    Ereğli Demir ve Çelik Fabrikalari T.A.S. - İskenderun Demir ve Çelik A.Ş.

    5,4 %

    Habaş Sinai Ve Tibbi Gazlar İstihsal Endüstrisi A.Ş.

    4,8 %

    Ağir Haddecilik A.Ş.

    5,9 %

    Borçelik Çelik Sanayii Ticaret A.Ş.

    5,9 %

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    7,6 %

    7.   INTERESS TAL-UNJONI

    (174)

    Il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja li kien determinat dumping dannuż, l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-konsumaturi tal-Unjoni.

    7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

    (175)

    L-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn aktar minn 20 produttur f’16-il Stat Membru u timpjega 39 178 persuna (ara t-taqsima 4.5.2.4). Maġġoranza kbira tal-produtturi tal-Unjoni appoġġaw l-ilment. L-ebda produttur ma oppona l-bidu tal-investigazzjoni.

    (176)

    Kif konkluż fit-taqsimiet 4.5.4 u 5.3, is-sitwazzjoni tal-industrija kollha tal-Unjoni marret għall-agħar minħabba l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mit-Turkija. Id-dannu kien partikolarment materjali fir-rigward tal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, li għamlu telf sinifikanti matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

    (177)

    Il-miżuri anti-dumping kontra l-importazzjonijiet mit-Turkija huma mistennija li jerġgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet ta’ kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni u jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tikseb livelli ta’ profittabbiltà sostenibbli għal tali industrija b’kapital intensiv. B’riżultat ta’ dan, il-produtturi tal-Unjoni se jkunu jistgħu jirkupraw mis-sitwazzjoni dannuża, jinvestu aktar u jilħqu l-impenji differenti tagħhom, inklużi dawk soċjali u ambjentali.

    (178)

    In-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri jkun ifisser telf akbar fl-industrija tal-Unjoni, jipperikola l-vijabbiltà tagħha u probabbilment iwassal għall-għeluq tal-faċilitajiet tal-produzzjoni u għas-sensji.

    (179)

    Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

    7.2.   L-interess ta’ importaturi mhux relatati

    (180)

    Għalkemm il-Kummissjoni waslet għal aktar minn 20 importatur potenzjali tal-prodott investigat u assoċjazzjonijiet rilevanti mal-bidu, eventwalment importatur wieħed mhux relatat biss ippreżenta tweġiba għall-kwestjonarju u kkoopera matul l-investigazzjoni. Dik il-parti, Network Steel S.L, timpjega inqas minn 20 persuna. Il-fatturat tagħha relatat mal-HRFS varja bejn EUR 50 u EUR 80 miljun fl-2019. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, dan kien jammonta għal bejn 3,5 % sa 5,2 % tal-importazzjonijiet tal-HRFS mit-Turkija. Network Steel S.L huwa kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq il-bażi li, fl-Unjoni, l-HRFS huwa diġà affettwat ħafna mid-dazji anti-dumping u antisussidji fis-seħħ kontra ċ-Ċina, u d-dazji anti-dumping kontra l-Brażil, l-Ukrajna, ir-Russja u l-Iran. Dan sostna li mill-introduzzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja tal-azzar, minħabba l-livell insuffiċjenti ta’ kwoti tar-rati tariffarji u r-rekwiżit tad-depożitu meta kwota tilħaq status kritiku, l-importaturi tal-Unjoni jkollhom x’jaqsmu ma’ għadd imnaqqas ta’ fornituri u jiffaċċjaw b’mod kostanti r-riskju ta’ nuqqas ta’ provvista, li jagħmel l-attività tan-negozju tagħhom aktar imprevedibbli u diffiċli.

    (181)

    Minħabba s-sinifikat tal-importazzjonijiet Torok fl-attivitajiet tal-HRFS tan-Network Steel S.L., il-Kummissjoni kkunsidrat li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping baxxi jista’ jkollha impatt, għalkemm limitat, fuq ir-riżultati tagħha jekk il-parti żżomm it-taħlita attwali tal-fornituri tagħha. Fir-rigward tal-allegazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ HRFS mill-parti, dawn huma kontraditti mill-bosta sorsi ta’ provvista tal-HRFS (kemm fl-Unjoni kif ukoll barra l-Unjoni, kif żviluppat aktar fit-taqsima 7.3 hawn taħt) u għalhekk kienu miċħuda.

    (182)

    Fid-dawl tas-sehem żgħir tal-importazzjonijiet irrappreżentat minn dan l-uniku importatur mhux relatat li kkoopera, mhuwiex xieraq li s-sejbiet fir-rigward tan-Network Steel S.L. jiġu estiżi għall-importaturi mhux relatati tal-HRFS kollha. Madankollu, fl-astratt, il-miżuri anti-dumping fil-livell stabbilit jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv lil xi importaturi mhux relatati. Madankollu dan l-impatt jenħtieġ li ma jkunx sinifikanti b’mod kumplessiv u jiddependi ħafna fuq il-mudell ta’ negozju tal-importaturi, il-varjetà tas-sorsi tal-provvisti tagħhom u l-punt sa fejn iż-żieda fil-kostijiet tiġi mgħoddija lill-klijenti tagħhom. Għalhekk, kwalunkwe impatt negattiv tal-miżuri fuq l-importaturi mhux relatati b’mod ġenerali huwa mistenni li jkun limitat u ma jegħlibx l-effett pożittiv tal-miżuri fuq il-produtturi tal-HRFS tal-Unjoni.

    7.3.   Interess tal-utenti

    (183)

    Fis-swieq downstream tal-prodott ikkonċernat, ċerti utenti tal-Unjoni qed jikkompetu ma’, fost l-oħrajn, il-kumpaniji relatati tal-produtturi tal-Unjoni. Huma jużaw il-prodott investigat bħala materja prima għall-manifattura ta’ prodotti downstream bħall-prodotti ċatti b’laminazzjoni kiesħa, azzar miksi, profili vojta, tubi wweldjati u profili fi kwalitajiet differenti, u jużawh ukoll bħala output industrijali għal varjetà ta’ applikazzjonijiet, inklużi l-kostruzzjoni, il-bini tal-bastimenti, il-kontenituri tal-gass u r-reċipjenti taħt pressjoni.

    (184)

    Erba’ utenti relatati ma’ Network Steel S.L. li jinsabu fil-Portugall u fi Spanja ppreżentaw ruħhom u opponew il-miżuri. Billi l-korp tat-tweġibiet għall-kwestjonarju ta’ dawn l-utenti huwa komuni għal dak ta’ Network Steel S.L., it-talbiet tagħhom ġew ittrattati fit-taqsima 7.2 hawn fuq.

    (185)

    Il-Konsorzju tal-utenti u l-importaturi tal-Unjoni tal-HRFS (“il-Konsorzju”) (21), organizzazzjoni “ad hoc” magħmula għall-fini tad-difiża tal-interess ta’ ċerti utenti f’dan il-proċediment, ippreżenta kummenti li jopponu l-impożizzjoni ta’ dazji bl-argument li dawn ikunu ta’ detriment għall-interess tal-utenti tal-Unjoni (22). Barra minn hekk, żewġ utenti tal-Unjoni (Marcegaglia Carbon Steel S.P.A. u San Paolo Lamiere S.P.A.) ipprovdew tweġibiet individwali għall-kwestjonarju. L-argumenti pprovduti f’dawn it-tweġibiet għall-kwestjonarju ġew inklużi fis-sottomissjoni li saret mill-Konsorzju u għalhekk huma vvalutati b’mod konġunt.

    (186)

    L-ewwel nett, il-Konsorzju nnota li għajr għal xi ftit eċċezzjonijiet, is-sorsi ewlenin ta’ provvista tal-HRFS lejn l-Unjoni f’dawn l-aħħar snin huma bħalissa soġġetti għal dazji anti-dumping u/jew kumpensatorji (23). F’dan l-isfond, il-Konsorzju argumenta li l-utenti tal-Unjoni ma kellhom l-ebda għażla ħlief li jakkwistaw l-HRFS mill-bqija tal-pajjiżi terzi fornituri li ma kinux affettwati mill-miżuri ta’ difiża tal-kummerċ. Fost dawn, it-Turkija tqieset, allegatament, bħala l-uniku pajjiż esportatur li kapaċi jissodisfa d-domanda tal-utenti tal-Unjoni. Il-Konsorzju sostna li l-importazzjonijiet mit-Turkija kienu sempliċiment imlew il-vojt li tħalla mill-pajjiżi esportaturi ewlenin maqbuda mill-miżuri ta’ difiża tal-kummerċ, u għalhekk li l-impożizzjoni ta’ miżuri inevitabbilment teskludi s-suq tal-Unjoni għall-uniku sors ta’ provvista stabbli u affidabbli disponibbli bħalissa għall-utenti tal-Unjoni. Il-Konsorzju kkonkluda li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping twassal għal nuqqas ta’ provvista tal-HRFS fl-Unjoni u li b’hekk tmur kontra l-interess tal-utenti indipendenti tal-HRFS tal-Unjoni.

    (187)

    L-ewwel nett, l-objettiv tad-dazji anti-dumping u kumpensatorji huwa li jerġa’ jkun hemm kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni, f’dan il-każ, tal-HRFS. Il-Kummissjoni imponiet miżuri fuq ħames pajjiżi peress li kienet stabbiliet li dawn il-pajjiżi kienu involuti fi prattiki kummerċjali inġusti u għalhekk, jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. L-impożizzjoni ta’ miżuri tqieset li kienet fl-interess kumplessiv tal-Unjoni.

    (188)

    Il-Kummissjoni osservat ukoll li l-informazzjoni disponibbli fil-fajl turi li l-għażliet biex jinxtara l-HRFS barra l-Unjoni mhumiex limitati għat-Turkija. L-ewwel nett, hemm bosta pajjiżi li b’mod konsistenti fornew lis-suq tal-Unjoni fl-aħħar snin u li jistgħu jżidu aktar il-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni (24). Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li hemm produzzjoni ta’ HRFS f’bosta pajjiżi madwar id-dinja, minbarra dawk li attwalment ifornu s-suq tal-Unjoni. Fil-prinċipju, dawn il-pajjiżi jista’ jkollhom kapaċità biżżejjed disponibbli biex, jekk teżisti d-domanda, jidħlu fis-suq tal-Unjoni, kif kien diġà l-każ fil-passat, kif rikonoxxut minn utent indipendenti tal-Unjoni fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju (25). Il-Kummissjoni osservat ukoll li l-kompożizzjoni tat-taħlita tal-importazzjoni f’termini ta’ oriġini evolviet kontinwament matul l-aħħar snin, filwaqt li adattat għall-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi differenti li jipprevalu fis-suq tal-Unjoni, inklużi azzjonijiet regolatorji bħall-impożizzjoni ta’ miżuri għad-difiża tal-kummerċ.

    (189)

    F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni vvalutat l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet tal-HRFS fl-Unjoni skont l-oriġini li bdiet f’perjodu qabel iż-żieda tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping (is-snin 2013-2014) li wasslu għall-adozzjoni tal-miżuri anti-dumping, fl-2016 (26) u fl-2017 rispettivament. L-analiżi wriet li kien hemm b’mod konsistenti, bħala medja, madwar għaxar pajjiżi esportaturi li jfornu l-biċċa l-kbira tal-HRFS lis-suq tal-Unjoni. Id-distribuzzjoni tal-importazzjonijiet fosthom, inklużi l-oriġini u s-sehem tal-importazzjonijiet, madankollu varjat matul is-snin. Fil-fatt, fl-2018 u minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ kontra ħames pajjiżi, l-importazzjonijiet fl-Unjoni żdiedu bi 18 % meta mqabbla mal-2017, u kienu biss ftit taħt il-livelli tal-2016, sena fejn kien hemm madankollu volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li daħlu fis-suq tal-Unjoni, kif stabbilit mill-investigazzjonijiet rispettivi f’dak iż-żmien (27).

    (190)

    Id-disponibbiltà u d-diversifikazzjoni tal-HRFS minn oriġini differenti hija sostnuta ulterjorment mill-informazzjoni pprovduta minn ċerti utenti fit-tweġiba tagħhom għall-kwestjonarju. Din l-informazzjoni wriet li huma jistgħu jżidu b’mod sostanzjali x-xiri, f’volumi rilevanti, minn oriġini differenti minn sena għall-oħra, inkluż minn pajjiżi soġġetti għal miżuri anti-dumping, kif ukoll iżidu oriġini ġodda mas-sorsi ta’ provvista tagħhom (28). It-tweġibiet għall-kwestjonarju li waslu mill-utenti juru wkoll varjetà wiesgħa ta’ sorsi ta’ provvista, inkluża (prinċipalment) l-industrija tal-Unjoni. Għalhekk din l-informazzjoni tikkonferma li l-utenti tal-Unjoni jistgħu jadattaw għaċ-ċirkostanzi fis-suq, u jistgħu jaġġustaw malajr is-sorsi tal-provvista fejn meħtieġ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li ma hemm l-ebda informazzjoni fil-fajl li tindika li anke jekk il-volum tal-importazzjonijiet Torok jonqos sostanzjalment b’riżultat tal-miżuri anti-dumping, pajjiżi esportaturi oħra ma jkunux jistgħu jieħdu posthom fis-suq.

    (191)

    Barra mid-disponibbiltà suffiċjenti tas-sorsi ta’ importazzjoni, f'din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ kapaċitajiet żejda mdaqqsa fost il-produtturi tal-Unjoni, li jkunu jistgħu jżidu l-volum tal-bejgħ tagħhom lil utenti indipendenti fl-Unjoni.

    (192)

    Fl-aħħar, il-Kummissjoni nnotat ukoll li bħala tali, l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping ma tfissirx li l-importazzjonijiet mill-oriġini kkonċernata se jieqfu, jew saħansitra se jonqsu b’mod sinifikanti, iżda sempliċiment li jkunu importati bi prezzijiet ġusti. Kif rikonoxxut mill-Konsorzju, l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping ma waqqfitx l-importazzjonijiet Russi milli jidħlu fis-suq tal-Unjoni f’ammonti rilevanti (ir-Russja kienet it-tieni l-akbar pajjiż esportatur fil-perjodu ta’ investigazzjoni), u l-importazzjonijiet mill-Brażil u l-Ukrajna komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni, għalkemm fi kwantitajiet iżgħar. Fid-dawl tal-livelli ta’ dumping misjuba, u l-livell li jirriżulta mid-dazji anti-dumping, ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jassumi li l-importazzjonijiet mit-Turkija se jieqfu ladarba jkunu ġew imposti l-miżuri anti-dumping.

    (193)

    Fid-dawl tal-elementi ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk irrifjutat l-affermazzjonijiet relatati mal-allegat nuqqas ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista disponibbli għall-utenti u l-importaturi tal-Unjoni u r-riskju relatat ta’ nuqqas ta’ provvista jekk jiġu imposti miżuri.

    (194)

    Il-Konsorzju argumenta wkoll li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping kontra l-importazzjonijiet mit-Turkija, “anke dazju baxx ħafna”, taffettwa b’mod sproporzjonat lill-utenti tal-Unjoni, li l-vijabbiltà tagħhom f’xi każijiet tkun f’riskju, peress li ma setgħux jassorbu ż-żieda fil-kostijiet ikkawżata mill-miżuri u jkomplu jkunu kompetittivi fis-suq downstream. Il-Konsorzju sostna li d-dazju anti-dumping ikollu impatt dirett u sinifikanti fuq l-kostijiet tal-utenti u dawn iż-żidiet fil-kostijiet ma jistgħux jiġu mgħoddija lill-industriji downstream.

    (195)

    Il-Kummissjoni l-ewwel innotat li l-utenti fi swieq downstream ewlenin, bħall-industrija tal-karozzi, l-apparat industrijali jew is-settur tal-kostruzzjoni ma ppreżentawx ruħhom. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni indikat sottomissjoni magħmula mill-ilmentatur fejn kien argumentat li d-dazji anti-dumping ikollhom impatt baxx ħafna fuq is-swieq downstream u fuq prodotti tal-konsumatur bħall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ. Madankollu, l-informazzjoni disponibbli fil-fajl, b’mod partikolari fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-utenti, turi li x-xiri mit-Turkija konsistentement jirrappreżenta sehem relattivament modest (bejn 7 % u 14 %) tax-xiri totali ta’ dawn l-utenti fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Minħabba l-livell pjuttost baxx ta’ dazju propost, is-sorsi alternattivi ta’ provvista disponibbli, u l-piż pjuttost baxx tal-importazzjonijiet Torok fis-segment tan-negozju tal-HRFS tal-utenti, l-impatt tal-miżuri fuq dawn l-utenti, jekk ikun hemm, ikun limitat ħafna. Għall-utenti li ppreżentaw ruħhom, il-miżuri kumplessivi jinvolvu żieda fil-kostijiet li tvarja minn inqas minn 1 % sa 2,5 % għall-utenti l-aktar affettwati għall-attivitajiet rilevanti tagħhom jekk iżommu l-istess mudell ta’ provenjenza. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl li tindika li l-utenti ma jkunux jistgħu jgħaddu żieda potenzjali limitata fil-prezz. Bl-istess mod, xejn fil-fajl ma jsostni l-fatt li l-kompetittività tal-utenti tal-UE vis-à-vis l-importazzjonijiet downstream minn pajjiżi terzi se ssofri.

    (196)

    Il-Konsorzju argumenta wkoll li fl-2019, 22 % tal-importazzjonijiet totali tal-HRFS kienu soġġetti għal miżuri ta’ difiża tal-kummerċ u li jekk l-importazzjonijiet tat-Turkija (li jirrappreżentaw 38 % tal-importazzjonijiet tal-HRFS fl-2019) kienu soġġetti għall-miżuri, 60 % tal-importazzjonijiet totali tal-HRFS fl-Unjoni jkunu taħt miżuri. Il-Konsorzju għalhekk affermaw li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping tagħmel lill-utenti tal-Unjoni dipendenti b’mod sħiħ fuq il-provvisti tal-produtturi tal-Unjoni, u b’hekk tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-HRFS.

    (197)

    Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping provviżorju fiha nnifisha ma timpedixxix lill-utenti tal-Unjoni milli jkomplu jixtru mit-Turkija, għalkemm f’livelli ta’ prezzijiet li jikkumpensaw il-marġnijiet tad-dumping stabbiliti mill-investigazzjoni. Il-Kummissjoni fakkret li hemm eżempju ċar u riċenti fis-suq tal-HRFS fl-Unjoni, li juri li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping fiha nnifisha ma timpedixxix l-importazzjonijiet milli jidħlu fis-suq tal-Unjoni f’volumi rilevanti, kif innotat mill-Konsorzju stess meta rrefera għall-volumi ta’ importazzjoni tar-Russja minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ. Dan il-fatt huwa evidenti wkoll mis-sottomissjoni tal-Konsorzju fejn irrikonoxxa li l-importazzjonijiet soġġetti għal miżuri anti-dumping ammontaw għal mhux inqas minn 22 % tal-importazzjonijiet totali tal-HRFS fl-2019. Fi kwalunkwe każ, l-utenti tal-Unjoni se jkomplu jkollhom il-possibbiltà li jiddiversifikaw is-sorsi tal-provvista tagħhom fost bosta pajjiżi esportaturi kif spjegat hawn fuq. Il-Kummissjoni għalhekk irrifjutat l-affermazzjoni li l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping tagħmel lill-utenti tal-Unjoni dipendenti b’mod sħiħ fuq il-provvisti tal-produtturi tal-Unjoni, jew li ma tħallihomx jimportaw mit-Turkija f’ammonti rilevanti, bħala infondata.

    (198)

    Fl-istadju provviżorju, il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-effetti ta’ impożizzjoni potenzjali ta’ dazji fuq l-utenti ma jegħlbux l-effetti pożittivi tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, l-analiżi ta’ hawn fuq turi li l-impożizzjoni ta’ dazji l-aktar li jista’ jkollha huwa impatt minuri, jekk fil-fatt ikollha impatt, fuq l-utenti tal-HRFS.

    7.4.   Fatturi oħra

    (199)

    Bosta partijiet qajmu kwistjonijiet relatati mal-kompetittività u l-kompetizzjoni. Xi partijiet beżgħu minn oligopolju (imsaħħaħ) fl-Unjoni indikata filwaqt li oħrajn ilmentaw li l-produtturi tal-Unjoni jpoġġu ċ-ċentri u l-utenti tas-servizzi indipendenti tal-azzar f’sitwazzjoni inqas kompetittiva minn dawk relatati.

    (200)

    Il-Kummissjoni sabet li l-istqarrija dwar l-oligopolju bħala mhux ġustifikata fid-dawl tal-għadd ta’ impjanti industrijali u gruppi li jipproduċu l-azzar fl-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni juru kompetizzjoni b’saħħitha bejniethom u se jkomplu jikkompetu mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, li mhux se jieqfu. Fir-rigward tat-tieni affermazzjoni, l-ilmentaturi kkuntestawha fuq il-bażi li t-tranżazzjonijiet tagħhom ma’ ċentri tas-servizzi relatati tal-azzar huma f’kundizzjonijiet ta’ distakkament. Il-Kummissjoni qieset l-affermazzjoni bħala bla bażi, jiġifieri sal-punt li l-industrija tal-Unjoni tforni kwantitajiet sinifikanti liċ-ċentri indipendenti tas-servizzi tal-azzar u lill-utenti li pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju.

    7.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

    (201)

    Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti biex tikkonkludi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Turkija f’dan l-istadju tal-investigazzjoni.

    8.   MIŻURI PROVVIŻORJI ANTI-DUMPING

    (202)

    Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri provviżorji biex jiġi evitat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

    (203)

    Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri provviżorji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Turkija, f'konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ u l-marġnijiet tad-dumping (il-premessa (170) hawn fuq). L-ammont tad-dazji kien stabbilit fil-livell tal-marġnijiet tad-dumping.

    (204)

    Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorji, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:

    Pajjiż

    Kumpanija

    Dazju provviżorju anti-dumping

    It-Turkija

    Çolakoğlu Metalurji A.Ş.

    7,6 %

    Il-grupp Erdemir:

    Ereğli Demir ve Çelik Fabrikalari T.A.S. - İskenderun Demir ve Çelik A.Ş.

    5,4 %

    Habaş Sinai Ve Tibbi Gazlar İstihsal Endüstrisi A.Ş.

    4,8 %

    Ağir Haddecilik A.Ş.

    5,9 %

    Borçelik Çelik Sanayii Ticaret A.Ş.

    5,9 %

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    7,6 %

    (205)

    Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, huma kienu jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż kkonċernat u manifatturat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal kwalunkwe mir-rati individwali ta’ dazju anti-dumping.

    (206)

    Il-kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping individwali jekk sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni. It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha.

    (207)

    Biex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ kwalunkwe ċirkomvenzjoni potenzjali minħabba d-differenzi kbar fir-rati tad-dazju stabbiliti b’mod provviżorju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jeħtiġilhom jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn din il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping stabbilit b’mod provviżorju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

    (208)

    Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali stabbiliti b’mod provviżorju fuq l-importazzjonijiet, mhijiex l-uniku element li jrid jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jitolbu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

    (209)

    Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati aktar baxxi tad-dazju individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fix-xejra tal-kummerċ dovuta għall-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u sakemm il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati tista’ tibda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija ta’ rata/i ta’ dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

    (210)

    Sabiex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, ir-rata tad-dazju anti-dumping stabbilita b’mod provviżorju għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li tapplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda anke għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

    9.   REĠISTRAZZJONI

    (211)

    Kif imsemmi fil-premessa (4), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-HRFS soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv f'konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku.

    (212)

    Fid-dawl tas-sejbiet fl-istadju provviżorju, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ma titkompliex.

    (213)

    F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar l-applikazzjoni retroattiva possibbli ta’ miżuri anti-dumping. Deċiżjoni bħal din tittieħed fl-istadju definittiv.

    10.   INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVVIŻORJU

    (214)

    F'konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji provviżorji. Din l-informazzjoni saret disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw tlett ijiem ta’ xogħol biex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli żvelati speċifikament lilhom.

    (215)

    Kummenti dwar l-kalkoli tad-dumping kienu rċevuti minn żewġ produtturi esportaturi. L-ebda kumment ma kien ikkunsidrat ta’ natura klerikali.

    (216)

    Kummenti dwar l-kalkoli tad-dannu kienu rċevuti minn produtturi tal-Unjoni wieħed li kien inklużi fil-kampjun. Kumment wieħed kien jirrigwarda żball klerikali fil-komputazzjoni tal-prezz fil-mira ta’ dak il-produttur fil-kampjun. L-iżball kien korrett, madankollu il-korrezzjoni ma rriżultatx f’bidla fil-marġnijiet tad-dannu.

    11.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    (217)

    Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati sabiex iressqu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali fi żmien skadenza fissa.

    (218)

    Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji provviżorji huma provviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Il-prodott ikkonċernat huwa ċerti prodotti tal-ħadid irromblati ċatti, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, kemm jekk ikunu f’kojls u kemm jekk ma jkunux (inklużi “prodotti “maqtugħa skont id-daqs” u “li jkunu strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b’laminazzjoni termali, mhux kurazzati, plakkati jew miksijin, li joriġinaw mit-Turkija, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 00, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10 (kodiċi TARIC 7225191090), 7225 30 90, ex 7225 40 60 (kodiċi TARIC 7225406090), 7225 40 90, ex 7226 19 10 (kodiċi TARIC 7226191090), 7226 91 91 u 7226 91 99.

    Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:

    (i)

    prodotti ta’ azzar inossidabbli u azzar elettriku bis-siliċju bi grani orjentati;

    (ii)

    prodotti tal-azzar tal-għodda u tal-azzar li jintuża f’veloċità għolja;

    (iii)

    prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr disinji f’riljev, ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew aktar; u

    (iv)

    prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji f’riljev, ta’ ħxuna ta’ 4,75 mm jew aktar, iżda li ma taqbiżx l-10 mm, u ta’ wisa’ ta’ 2 050 mm jew aktar.

    2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:

    Pajjiż

    Kumpanija

    Dazju provviżorju anti-dumping

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    It-Turkija

    Çolakoğlu Metalurji A.Ş.

    7,6 %

    C602

    Il-grupp Erdemir:

    Ereğli Demir ve Çelik Fabrikalari T.A.S. - İskenderun Demir ve Çelik A.Ş.

    5,4 %

    C603

    Habaş Sinai ve Tibbi Gazlar İstihsal Endüstrisi A.Ş.

    4,8 %

    C604

    Ağir Haddecilik A.Ş.

    5,9 %

    C605

    Borçelik Çelik Sanayii Ticaret A.Ş.

    5,9 %

    C606

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    7,6 %

    C999

    3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta”. Jekk fattura bħal din ma tiġix ippreżentata, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

    4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

    5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

    Artikolu 2

    1.   Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar dan ir-Regolament lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    2.   Il-partijiet interessati li jkunu jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien ħamest ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    3.   Il-partijiet interessati li jkunu jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali għandhom jagħmlu dan fi żmien ħamest ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta għandu jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati wara din l-iskadenza u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax dawn it-talbiet jekk ikun xieraq.

    Artikolu 3

    1.   L-awtoritajiet doganali huma bil-preżenti ordnati jwaqqfu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita f'konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1686 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Turkija soġġetti għal reġistrazzjoni.

    2.   Id-data miġbura fir-rigward ta’ prodotti li jkunu ġew importati għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Jannar 2021.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

    (2)  L-Avviż ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Turkija. ĠU C 166, 14.5.2020, p. 9.

    (3)  L-Avviż ta’ bidu ta’ proċediment antisussidji li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Turkija. ĠU C 197, 12.6.2020, p. 4.

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1686 tat-12 ta’ Novembru 2020 li jagħmel suġġetti għar-reġistrazzjoni l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Turkija. ĠU L 379, 13.11.2020, p. 47.

    (5)  Dan il-kwestjonarju kif ukoll dawk għall-produtturi, l-importaturi u l-utenti tal-Unjoni huma disponibbli fuq https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2458

    (6)   Ibid.

    (7)  ArcelorMittal Mediterranée u ArcelorMittal France huma żewġ entitajiet legali differenti li jirrappreżentaw il-produzzjoni tal-HRFS ta’ ArcelorMittal fi Franza. Għalhekk, kull waħda minnhom għandha l-kontijiet awditjati u fiskali separati tagħha.

    (8)  Is-sottomissjoni tal-19 ta’ Ġunju 2020, issejvjata bħala n-numru t20.004238

    (9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1795 tal-5 ta' Ottubru 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mis-Serbja (ĠU L 258, 6.10.2017, p. 24), il-premessa (569).

    (10)  Disponibbli fuqhttps://data.worldbank.org/indicator/FP.CPI.TOTL.ZG?end=2019&locations=TR&start=1960&view=chart (ikkonsultat l-aħħar fil-11 ta’ Diċembru 2020).

    (11)  Disponibbli fuq https://www.ecb.europa.eu/stats/policy_and_exchange_rates/euro_reference_exchange_rates/html/eurofxref-graph-try.en.html (ikkonsultat l-aħħar fil-11 ta’ Diċembru 2020).

    (12)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1795 tal-5 ta' Ottubru 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mis-Serbja (ĠU L 258, 6.10.2017, p. 24).

    (13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 tal-5 ta’ April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 92, 6.4.2017, p. 68); Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17).

    (14)  Ara n-nota 13 f’qiegħ il-paġna.

    (15)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 tal-5 ta’ April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 92, 6.4.2017, p. 68); Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17).

    (16)  Ara, fost l-oħrajn, it-tabella 7 u l-premessa (339) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1795 tal-5 ta' Ottubru 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mis-Serbja (ĠU L 258, 6.10.2017, p. 24).

    (17)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1795 (ara n-nota 4 f’qiegħ il-paġna hawn fuq).

    (18)  Huwa nnotat li l-prezzijiet medji tal-Eurostat tal-importazzjonijiet mit-Turkija kienu 7,5 % inqas mill-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li t-tqabbil skont it-tip imwettaq f’din l-investigazzjoni rriżulta f’marġnijiet ta’ twaqqigħ ferm aktar baxxi li jvarjaw bejn 1,3 % u 2,9 %.

    (19)  https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/IP_19_2169

    (20)  Għal aktar dettalji dwar investigazzjonijiet preċedenti dwar dawn il-prodotti, ara t-taqsima 4.5.2.5.

    (21)  Membri individwali tal-Konsorzju ngħataw anonimità (id-Dokument tal-31 ta’ Lulju 2020, issejvjat bħala n-numru t20.005357).

    (22)  Is-sottomissjoni mill-Konsorzju tal-utenti tal-HRFS tat-2 ta’ Lulju 2020, issejvjata bħala n-numru t20.004517

    (23)  Il-pajjiżi soġġetti għal miżuri anti-dumping u/jew kumpensatorji huma: il-Brażil, iċ-Ċina, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna.

    (24)  Dawn il-pajjiżi żiedu bi kważi 1,5 miljun tunnellata l-importazzjoni tagħhom tal-azzar bejn il-perjodu ta’ qabel l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping, jiġifieri qabel l-2016 u l-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (25)  It-tweġiba għall-kwestjonarju (verżjoni miftuħa) ta’ San Polo Lamiere, fil-paġna 20 (it-22 ta’ Ġunju 2020, issejvjata bħala n-numru 20.004293).

    (26)  Fis-7 ta’ Ottubru 2016, ġew imposti dazji anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi; ĠU L 272, 7.10.2016, p. 33.

    (27)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 tal-5 ta' April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina; ĠU L 92, 6.4.2017, p. 68; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1795 tal-5 ta’ Ottubru 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mis-Serbja; ĠU L 258, 6.10.2017, p. 24.

    (28)  It-tweġiba għall-kwestjonarju (il-verżjoni miftuħa) Marcegaglia Carbon Steel S.P.A., it-tabella C tad-29 ta’ Ġunju 2020, (issejvjata bħala n-numru t20.004420).


    Top